22.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 126/23 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/33/UE
tal-21 ta’ Mejju 2010
li tikkoreġi l-verżjoni Spanjola tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE tal-20 ta' Diċembru 2001 li tirrigwarda l-meraq tal-frott u ċerti prodotti simili maħsuba għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,
Billi:
(1) |
Wara l-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/106/KE (2), fl-14 ta' Awwissu 2009, li emendat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/112/KE, issa l-Anness V tal-aħħar Direttiva fih żball fil-verżjoni tal-lingwa Spanjola, li jeħtieġ li jiġi kkoreġut. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati. |
(2) |
Għalhekk, id-Direttiva 2001/112/KE għandha tiġi kkoreġuta kif meħtieġ. |
(3) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Dan l-Artikolu jikkonċerna biss il-verżjoni Spanjola.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma' din id-Direttiva, l-aktar tard sal-1 ta' Jannar 2011. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.
Meta l-Istati Membri jaddottaw dawk il-miżuri, għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussel, il-21 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 10, 12.1.2002, p. 58.
(2) ĠU L 212, 15.8.2009, p. 42.