|
19.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 69/11 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/25/UE
tat-18 ta’ Marzu 2010
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE biex tinkludi l-penoxsulam, il-proquinazid u l-ispirodiclofen bħala sustanzi attivi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u partikolarment l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE fid-29 ta’ Novembru 2002, l-Italja rċeviet applikazzjoni minn Dow AgroScience għall-inklużjoni tas-sustanza attiva penoxsulam fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/131/KE (2) kkonfermat li l-fajl kien “komplut” fis-sens li seta’ jitqies li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tat-tagħrif tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, ir-Renju Unit irċieva fid-9 ta’ Jannar 2004 applikazzjoni minn DuPont Ltd għall-inklużjoni tas-sustanza attiva proquinazid fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/686/KE (3) kkonfermat li l-fajl kien “komplut” fis-sens li seta’ jitqies li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tat-tagħrif tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 91/414/KEE, fit-23 ta’ Awwissu 2001 il-Pajjiżi l-Baxxi rċevew applikazzjoni minn Bayer CropScience għall-inklużjoni tas-sustanza attiva spirodiclofen fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/593/KE (4) kkonfermat li l-fajl kien “komplut” fis-sens li seta’ jitqies li jissodisfa, fil-prinċipju, ir-rekwiżiti tad-dejta u tat-tagħrif tal-Annessi II u III tad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(4) |
L-effetti ta’ dawn is-sustanzi radjoattivi fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent ġew ivvalutati, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Direttiva 91/414/KEE, għall-użu propost mill-applikanti. L-Istati Membri maħtura bħala relaturi bagħtu abbozz ta’ rapport ta’ valutazzjoni fl-10 ta’ Frar 2005 (penoxsulam), fl-14 ta’ Marzu 2006 (proquinazid) u fil-21 ta’ April 2004 (spirodiclofen). |
|
(5) |
Ir-rapporti ta’ valutazzjoni għaddew minn reviżjoni tal-pari mill-Istati Membri u mill-EFSA fi ħdan il-Valutazzjoni tal-Grupp ta’ Ħidma tagħha u ġew ippreżentati lill-Kummissjoni fil-format tar-Rapporti Xjentifiċi tal-EFSA fil-31 ta’ Awwissu 2009 għall-penoxsulam (5) fit-13 ta’ Ottubru 2009 (6) għall-proquinazid u fis-27 ta’ Lulju 2009 (7) għall-ispirodiclofen. Dawn ir-rapporti u l-abbozzi tar-rapporti ta’ valutazzjoni ġew riveduti mill-Istati Membri u l-Kummissjoni fi ħdan il-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali u ffinalizzati fit-22 ta’ Jannar 2010 fil-format tar-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni għall-penoxsulam, il-proquinazid u l-ispirodiclofen. |
|
(6) |
Minn eżamijiet varji li saru jidher li l-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom is-sustanzi radjoattivi kkonċernati jistgħu jkunu mistennija li jissodisfaw, b’mod ġenerali, ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 5(1) (a) u (b) u fl-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fir-rigward tal-użi li kienu eżaminati u ddettaljati fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni. Għaldaqstant huwa xieraq li l-penoxsulam, il-proquinazid u l-ispirodiclofen jiġu inklużi fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, biex jiġi żgurat li fl-Istati Membri kollha l-awtorizzazzjonijiet tal-prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom dawn is-sustanzi attivi jistgħu jingħataw skont id-dispożizzjonijiet ta’ dik id-Direttiva. |
|
(7) |
Bla ħsara għal din il-konklużjoni, huwa xieraq li jinkiseb iktar tagħrif dwar ċerti punti speċifiċi. L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 91/414/KEE jistipula li l-inklużjoni ta’ sustanza fl-Anness I tista’ tkun suġġetta għal xi kundizzjonijiet. Jixraq li, fir-rigward tal-penoxsulam, ikun meħtieġ li n-notifikant jibgħat iktar informazzjoni dwar ir-riskju ‘l barra mill-għalqa għal pjanti akkwatiċi iktar għoljin. |
|
(8) |
Bla ħsara għall-obbligi definiti mid-Direttiva 91/414/KEE bħala konsegwenza tal-inklużjoni ta’ sustanza attiva fl-Anness I, l-Istati Membri għandhom jingħataw perjodu ta’ sitt xhur wara l-inklużjoni biex jirrevedu l-awtorizzazzjonijiet provviżorji eżistenti ta’ prodotti għall-ħarsien tal-pjanti li fihom il-penoxsulam, il-proquinazid jew l-ispirodiclofen biex jiżguraw li r-rekwiżiti stipulati mid-Direttiva 91/414/KEE, b’mod partikolari fl-Artikolu 13 tagħha u l-kundizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Anness I, jiġu sodisfatti. L-Istati Membri għandhom jittrasformaw l-awtorizzazzjonijiet provviżorji eżistenti f’awtorizzazzjonijiet sħaħ, jemendawhom jew jirtirawhom f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 91/414/KEE. B’deroga mid-data tal-għeluq imsemmija hawn fuq, għandu jingħata perjodu itwal għall-preżentazzjoni u l-valutazzjoni tal-fajl komplut tal-Anness III ta’ kull prodott għall-ħarsien tal-pjanti għal kull użu intenzjonat skont il-prinċipji uniformi stipulati fid-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(9) |
Għaldaqstant huwa xieraq li d-Diretttiva 91/414/KEE tiġi emendata skont dan. |
|
(10) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ma’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Jannar 2011 il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet, kif ukoll tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawk id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Huma għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ Frar 2011.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir din ir-referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
1. L-Istati Membri għandhom, b’konformità mad-Direttiva 91/414/KEE u fejn meħtieġ, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għal prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-penoxsulam, il-proquinazid jew l-ispirodiclofen bħala sustanza attiva sal-31 ta’ Jannar 2011. Sa dakinhar, huma għandhom jivverifikaw b’mod partikolari li l-kundizzjonijiet fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva relatati mal-penoxsulam, il-proquinazid u l-ispirodiclofen ikunu sodisfatti, bl-eċċezzjoni ta’ dawk identifikati fil-parti B tal-annotazzjoni li tikkonċerna s-sustanza attiva, u li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għandu, jew għandu aċċess għal fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva skont il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 13(2) ta’ dik id-Direttiva.
2. B’deroga mill-paragrafu 1, għal kull prodott għall-protezzjoni tal-pjanti awtorizzat li fih il-penoxsulam, il-proquinazid jew l-ispirodiclofen jew bħala l-unika sustanza attiva jew inkella bħala waħda minn bosta sustanzi attivi li jkunu lkoll elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2010, l-Istati Membri għandhom jirrivalutaw il-prodott skont il-prinċipji uniformi stipulati fl-Anness VI tad-Direttiva 91/414/KEE, fuq il-bażi ta’ fajl li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness III ta’ dik id-Direttiva u billi titqies il-parti B tal-annotazzjoni fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva li tikkonċerna l-penoxsulam, il-proquinazid jew l-ispirodiclofen. Fuq il-bażi ta’ din il-valutazzjoni, huma għandhom jiddeterminaw jekk il-prodott jissodisfax jew le l-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 4(1)(b), (c), (d) u (e) tad-Direttiva 91/414/KEE.
Wara li ssir din id-determinazzjoni l-Istati Membri għandhom:
|
(a) |
fil-każ ta prodott li fih il-penoxsulam, il-proquinazid jew l-ispirodiclofen bħala l-unika sustanza attiva, fejn hemm bżonn, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar 2012; jew |
|
(b) |
fil-każ ta’ prodott li fih il-penoxsulam, il-proquinazid jew l-ispirodiclofen bħala wieħed minn bosta sustanzi attivi, fejn hemm bżonn, jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni sal-31 ta’ Jannar 2012 jew sad-data ffissata għal tali emenda jew irtirar fid-Direttiva jew Direttivi rispettivi li żiedu s-sustanza jew sustanzi rilevanti għall-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, skont liema waħda minnhom tkun l-aktar reċenti. |
Artikolu 4
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Awwissu 2010.
Artikolu 5
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(2) ĠU L 37, 10.2.2004, p. 34.
(3) OJ L 313, 12.10.2004, p. 21.
(4) ĠU L 192, 11.7.2002, p. 60.
(5) Ir-Rapport Xjentifiku tal-EFSA (2009) 343, 1-90, Konklużjoni rigward ir-reviżjoni tal-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva penoxsulam (finalizzat: il-31 ta’ Awwissu 2009).
(6) Ir-Rapport Xjentifiku tal-EFSA (2009) 7(10):1350, 1-135, Konklużjoni rigward ir-reviżjoni tal-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva proquinazid (iffinalizzat: it-13 ta’ Ottubru 2009).
(7) Ir-Rapport Xjentifiku tal-EFSA (2009) 339, 1-86, Konklużjoni rigward ir-reviżjoni tal-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva spirodiclofen (iffinalizzat: is-27 ta’ Lulju 2009).
ANNESS
Fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, ir-ringieli li ġejjin huma miżjuda fl-aħħar tat-tabella:
|
Nru |
Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (1) |
Dħul fis-seħħ |
Skadenza tal-inklużjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||||||
|
“306 |
Penoxsulam CAS Nru 219714-96-2 CIPAC Nru 758 |
3-(2,2-difluoroethoxy)-N-(5,8-dimethoxy[1,2,4]triazolo[1,5-c]pyrimidin-2-yl)-α,α,α-trifluorotoluene-2-sulfonamide |
> 980 g/kg L-impurità Bis-CHYMP 2-chloro-4-[2-(2-chloro-5-methoxy-4-pyrimidinyl)hydrazino]-5-methoxypyrimidine ma jridux jaqbżu ż-0.1 g/kg fil-materjal tekniku |
fl-1 ta’ Awwissu 2010. |
fil-31 ta’ Lulju 2020. |
PARTI A L-użi bħala erbiċida biss jistgħu jiġu awtorizzati. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-penoxsulam, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-22 ta’ Jannar 2010. F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari għall-:
Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri li jnaqqsu r-riskju, fejn ikun xieraq. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jiżguraw li n-notifikant jippreżenta lill-Kummissjoni b’aktar informazzjoni biex jiġi indirizzat ir-riskju barra mill-għalqa għall-pjanti akkwatiċi aktar għoljin. Għandhom jiżguraw li n-notifikant jipprovdi lill-Kummissjoni b’din l-informazzjoni sal-31 ta’ Lulju 2012. L-Istati Membri Relaturi għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 13(5) bl-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku kif immanifatturat kummerċjalment. |
||||||||
|
307 |
Proquinazid CAS Nru 189278-12-4 CIPAC Nru 764 |
6-iodo-2-propoxy-3-propylquinazolin-4(3H)-one |
> 950 g/kg |
fl-1 ta’ Awwissu 2010. |
fil-31 ta’ Lulju 2020. |
PARTI A L-użi bħala funġiċida biss jistgħu jiġu awtorizzati. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-proquinazid, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-22 ta’ Jannar 2010. F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari:
Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri li jnaqqsu r-riskju, fejn ikun xieraq. L-Istati Membri Relaturi għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 13(5) bl-ispeċifikazzjoni tal-materjal tekniku kif immanifatturat kummerċjalment. |
||||||||
|
308 |
Spirodiclofen CAS Nru 148477-71-8 CIPAC Nru 737 |
3-(2,4-dichlorophenyl)-2-oxo-1-oxaspiro[4.5]dec-3-en-4-yl 2,2-dimethylbutyrate |
> 965 g/kg L-impuritajiet li ġejjin ma għandhomx jeċċedu ċertu ammont fil-materjal tekniku: 3-(2,4-dichlorophenyl)-4-hydroxy-1-oxaspiro[4.5]dec-3-en-2-one (BAJ-2740 enol): ≤ 6 g/kg N,N-dimethylacetamide: ≤ 4 g/kg |
fl-1 ta’ Awwissu 2010. |
fil-31 ta’ Lulju 2020. |
PARTI A L-użi bħala akariċidi u insettiċidi biss jistgħu jiġu awtorizzati. PARTI B Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar l-ispirodiclofen, u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-22 ta’ Jannar 2010. F’din il-valutazzjoni globali, l-Istati Membri jridu jagħtu attenzjoni partikolari:
Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri li jnaqqsu r-riskju, fejn xieraq.” |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni ta’ sustanzi attivi huma pprovduti fir-rapport ta’ reviżjoni.