|
28.1.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 24/11 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/2/UE
tas-27 ta’ Jannar 2010
li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE fir-rigward tal-estensjoni tal-użu tas-sustanza attiva chlormequat
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (1), u b’mod partikolari t-tieni inċiż tat-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Bis-saħħa tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/37/KE (2), il-chlormequat kienet inkluża bħala sustanza attiva fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE. |
|
(2) |
Meta kien qed japplika għall-inklużjoni tal-chlormequat, in-notifikatur tagħha, CCC Task Force, ressaq dejta dwar l-użu bħala regolatur tat-tkabbir tal-pjanti, liema dejta appoġġat il-konklużjoni ġenerali li tgħid li hu mistenni li prodotti li jipproteġu l-pjanti li fihom il-chlormequat għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ sikurezza stabbiliti fl-Artikolu 5(1)(a) u (b) tad-Direttiva 91/414/KEE. Madankollu, il-chlormequat kienet inkluża fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva bid-dispożizzjoni speċifika li l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw biss użi tagħha fuq iċ-ċereali. |
|
(3) |
Barra minn dak l-użu, il-Belġju u l-Iżvezja issa applikaw għal emenda għal din id-dispożizzjoni speċifika biex jawtorizzaw l-użu tal-chlormequat fuq ornamenti u ħaxix għaż-żrieragħ, rispettivament. Fid-29 ta’ Ottubru 2009 u fl-4 ta’ Novembru 2009 dawn l-Istati Membri infurmaw lill-Kummissjoni bil-konklużjoni tagħhom li l-estensjonijiet tal-użu mitluba ma jikkawżaw ebda riskju ieħor barra dawk li diġà tqiesu fid-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-chlormequat fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE u fir-rapport ta’ reviżjoni tal-Kummissjoni dwar is-sustanza. B’mod partikolari, l-estensjonijiet jikkonċernaw applikazzjonijiet dwar għelejjel mhux edibbli u għaldaqstant mhu se jkun hemm ebda residwi fl-ikel. Barra minn dan, il-parametri l-oħra ta’ applikazzjoni, kif stipulati fid-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, jibqgħu l-istess. |
|
(4) |
Għalhekk huwa ġustifikat li jkunu modifikati d-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-chlormequat. |
|
(5) |
Għaldaqstant huwa xieraq li d-Diretttiva 91/414/KEE tiġi emendata skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
L-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE huwa emendat kif stipulat fl-Anness ma’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw sa mhux iktar tard mit-28 ta’ Mejju 2010, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tabella ta’ korrelazzjoni bejn dawn id-dispożizzjonijiet u din id-Direttiva.
Għandhom japplikaw dawn id-dispożizzjonijiet mid-29 ta’ Mejju 2010.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.
Artikolu 3
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 4
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2010.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
ANNESS
Fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE, ir-ringiela 281 hi sostitwita b’dan li ġej:
|
Nru |
Isem Komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (1) |
Dħul fis-seħħ |
Skadenza tal-inklużjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
||||
|
“281 |
chlormequat Nru tal-CAS 7003-89-6 (chlormequat) Nru tal-CASo999-81-5 (chlormequat chloride) Nru tal-CIPAC 143 (chlormequat) Nru tal-CIPAC 143.302 (chlormequat chloride) |
2-chloroethyltrimethylammonium (chlormequat) 2-chloroethyltrimethylammonium chloride (chlormequat chloride) |
≥ 636 g/kg Impuritajiet 1,2-dichloroethane: mass. ta’ 0.1 g/kg (fuq il-kontenut niexef tal-chlormequat chloride). Chloroethene (vinylchloride): mass. ta’ 0,0005 g/kg (fuq il-kontenut niexef tal-chlormequat chloride). |
1 ta’ Diċembru 2009 |
30 ta’ Novembru 2019 |
PARTI A L-użu bħala regolatur tat-tkabbir tal-pjanti fuq iċ-ċereali u l-għelejjel edibbli biss jista’ jiġi awtorizzat. PARTI B Waqt il-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-chlormequat għal użu għajr dak fis-segala u t-triticale, notevolment fejn jidħol l-esponiment tal-konsumaturi, l-Istati Membri għandhom joqogħdu partikolarment attenti għall-kriterji fl-Artikolu 4(1) (b), u għandhom jiżguraw li tiġi pprovduta kull dejta u informazzjoni meħtieġa qabel ma tingħata awtorizzazzjoni bħal din. Għall-implimentazzjoni tal-prinċipji uniformi tal-Anness VI, għandhom jitqiesu l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ reviżjoni dwar il-chlormequat u b'mod partikolari l-Appendiċijiet I u II tiegħu, kif iffinalizzat mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali fit-23 ta’ Jannar 2009. F’din il-valutazzjoni ġenerali l-Istati Membri jridu joqogħdu partikolarment attenti:
Il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għandhom jinkludu miżuri li jnaqqsu r-riskju, fejn ikun xieraq. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jitolbu l-preżentazzjoni ta’ aktar informazzjoni dwar id-destin u l-imġiba (studji ta’ assorbiment li għandhom isiru fl-20 °C, kalkolu mill-ġdid tal-konċentrazzjonijiet imbassra fl-ilma taħt l-art, fl-ilma tal-wiċċ u s-sediment), il-metodi ta’ monitoraġġ għall-kalkolu tas-sustanza fi prodotti u ilma għall-annimali, u r-riskju għall-organiżmi akkwatiċi, l-għasafar u l-mammiferi. Huma għandhom jiżguraw li n-notifikant li fuq talba tiegħu ġiet inkluża l-chlormequat f’dan l-Anness jipprovdi informazzjoni bħal din lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Novembru 2011.” |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità u l-ispeċifikazzjoni tas-sustanza attiva huma pprovduti fir-rapport ta’ reviżjoni.