|
3.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 137/4 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-2 ta’ Ġunju 2010
dwar il-monitoraġġ tal-livelli ta’ acrylamide fl-ikel
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/307/UE)
Il-KUMMISSJONI EWROPEA,
wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2007/331/KE tat-3 ta’ Mejju 2007 dwar il-monitoraġġ tal-livelli ta’ acrylamide fl-ikel (1) tistipula programm ta’ monitoraġġ ta’ tliet snin (2007–2009) għall-acrylamide f' ċertu ikel. |
|
(2) |
Ir-riżultati għall-2007 ġew miġbura mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem l-EFSA) fir-Rapport Xjentifiku dwar ir-“Riżultati tal-monitoraġġ tal-livelli ta’ ” acrylamide fl-ikel’ (2), maħruġ fit-30 ta’ April 2009. Ir-rapport jinkludi wkoll ir-riżultati tal-acrylamide għaż-żmien ta’ bejn l-2003 u l-2006 miġbura mill-Istati Membri u kkompilati mill-Istitut tal-Materjali u l-Kejl ta’ Referenza taċ-Ċentru għar-Riċerka Konġunta tal-Kummissjoni. Ir-riżultati għas-snin 2008 u 2009 għadhom mhumiex disponibbli. Ladarba dawn ikunu disponibbli, ir-Rapport Xjentifiku ser jiġi aġġornat. |
|
(3) |
Il-Konfederazzjoni tal-Industrija tal-Ikel u x-Xorb (CIAA) żviluppat sett ta’ għodda (“toolbox”) li jistgħu jintużaw b'mod selettiv mill-produtturi tal-ikel b'konformità mal-ħtiġijiet partikulari tagħhom biex ibaxxu l-livelli ta’ acrylamide fil-prodotti tagħhom. |
|
(4) |
Ir-rapport tal-EFSA tat-30 ta’ April 2009 ikkonkluda li ma kienx hemm tendenza konsistenti bejn il-gruppi tal-ikel lejn livelli aktar baxxi ta’ acrylamide u li ma kienx ċar f'dan l-istadju jekk is-sett ta’ għodda għall-acrylamide kinitx kisbet l-effetti mixtieqa tagħha. |
|
(5) |
L-isforzi tal-industrija tal-ikel u tal-Istati Membri biex jinvestigaw modi ta’ formazzjoni u modi għat-tnaqqis tal-livelli ta’ acrylamide fl-ikel għadhom għaddejjin. Sabiex wieħed ikun jista’ jissorvelja l-impatt ta’ dawk l-isforzi, huwa xieraq li jitkompla l-ġbir tad-dejta. |
|
(6) |
L-esperjenza fl-applikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni 2007/331/KE wriet li l-programm ta’ monitoraġġ jeħtieġ xi ftit adattamenti, eż. fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-oġġetti tal-ikel. |
|
(7) |
Huwa importanti li r-riżultati tal-monitoraġġ jiġu rrapportati darba fis-sena lill-EFSA li għandha tiżgura l-kompilazzjoni ta’ din id-dejta f'dejtabejs. |
|
(8) |
Din ir-rakkomandazzjoni m'għandhiex tkun limitata fiż-żmien, iżda l-bżonn ta’ monitoraġġ għandu jkun stmat fuq bażi regolari, |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
|
(1) |
L-Istati Membri għandhom iwettqu, skont l-Anness ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, il-monitoraġġ tal-livelli ta’ acrylamide fl-ikel kif hemm imsemmija f'dak l-Anness. |
|
(2) |
L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-EFSA sal-1 ta’ Ġunju ta’ kull sena u għall-ewwel darba sal-1 ta’ Ġunju 2011 id-dejta għas-sena ta’ qabel fil-format kif stipulat mill-EFSA għall-kompilazzjoni f'dejtabejs waħda. |
|
(3) |
Sabiex jiġi żgurat li l-kampjuni huma rappreżentattivi għal-lott li ttieħed bħala kampjun, l-Istati Membri għandhom isegwu l-proċeduri għall-kampjuni stabbiliti fil-parti B tal-Anness għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 333/2007 tal-28 ta’ Marzu 2007 li jistabbilixxi l-metodi ta’ teħid ta’ kampjuni u analiżi għall-kontroll uffiċjali ta’ livelli ta’ ċomb, kadmju, merkurju, landa inorganika, 3-MCPD u benzo(a)pyrene fl-oġġetti tal-ikel (3). |
|
(4) |
Li l-Istati Membri jwettqu l-analiżi tal-acrylamide skont il-kriterja stipulati fil-punti 1 u 2 tal-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi tal-għalf u l-ikel, mas-saħħa tal-annimali u mar-regoli dwar il-benessri tal-annimali (4). |
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 123, 12.5.2007, p. 33.
(2) Ir-Rapport Xjentifiku tal-EFSA (2009) 285.
ANNESS
A. Il-punti u l-proċedura tat-teħid tal-kampjuni
|
1. |
It-teħid tal-kampjuni tal-prodotti għandu jitwettaq f’livell tas-suq (eż. f’supermarkets, ħwienet żgħar, fran tal-ħobż, u fil-ħwienet taċ-ċips u r-restoranti), fejn hemm traċċabilità tajba, jew fuq siti ta’ produzzjoni. Fejn hu possibbli, il-prodotti li joriġinaw f’wieħed mill-Istati Membri għandhom jettieħdulhom il-kampjuni (1). |
|
2. |
It-teħid ta’ kampjuni u l-analiżi għandhom jitwettqu qabel id-data ta’ skadenza tal-kampjun. |
B. Il-prodotti, l-għadd u l-frekwenzi tal-kampjuni, rekwiżiti analitiċi
|
1. |
It-Tabella t'hawn taħt tagħti ħarsa ġenerali dwar l-għadd minimu ta’ kampjuni għall-analiżi ta’ kull sena għal kull kategorija ta’ prodott. L-Istati Membri huma mistiedna jieħdu aktar kampjuni fejn possibbli. It-tqassim tal-kampjuni għal kull Stat Membru huwa msejjes fuq iċ-ċifri tal-popolazzjoni b’għadd minimu ta’ 4 kampjuni għal kull kategorija ta’ prodotti u għal kull Stat Membru. |
|
2. |
L-għadd ta’ kampjuni jirreferi għall-għadd minimu ta’ kampjuni li għandu jittieħed fis-sena. Fejn japplikaw kundizzjonijiet speċifiċi (eż. it-teħid ta’ kampjuni darbtejn fis-sena) dan huwa speċifikat fit-Taqsima C. |
|
3. |
Billi kull kategorija ta’ prodotti tinkludi varjetà wiesgħa ta’ prodotti bi speċifikazzjonijiet differenti, l-informazzjoni addizzjonali għandha tingħata għal kull wieħed mill-prodotti fil-kampjun (kif speċifikat fit-Taqsima C). Sabiex wieħed jinnota x-xejriet taż-żmien huwa importanti li l-prodotti bl-istess speċifikazzjonijiet (eż. l-istess tip ta’ ħobż) jittieħdulhom il-kampjuni kull sena fejn possibbli. |
|
4. |
Jekk fi prodotti bl-istess karatteristiċi jinkisbu ripetutament riżultati ’l isfel mil-limitu ta’ kwantifikazzjoni (LOQ – limit of quantification) dan il-prodott jista’ jinbidel ma’ ieħor sakemm jaqa’ fl-istess kategorija ta’ prodotti u sakemm tingħata deskrizzjoni tal-prodott. |
|
5. |
Biex tkun żgurata l-komparabilità ta’ riżultati analitiċi għandhom jintgħażlu metodi li jistgħu jiksbu LOQ ta’ 30 μg/kg (l-iżjed tranżizzjoni ta’ ion/ion intensa) għall-ħobż u l-ikel tat-trabi u t-tfal iż-żagħar u ta’ 50 μg/kg għall-prodotti tal-patata, prodotti ċereali oħrajn, kafè u għal prodotti oħra. Ir-riżultati għandhom jiġu rrappurtati kkorreġuti għall-irkupru. |
Għadd minimu ta' kampjuni għal kull kategorija ta' prodott
|
Pajjiż ta' bejgħ |
Ċips mibjugħa bħala lesti biex jittieklu |
Krisps tal-patata |
Ċips imsajjra minn qabel/prodotti tal-patata għat-tisjir fid-dar |
Ħobż artab |
Ċereali tal-kolazzjon |
Gallettini, crackers, ħobż iqarmeċ u ikel simili |
Kafè u sostituti tal-kafè |
Ikel tat-trabi (minbarra ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali) |
Ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali għat-trabi u tfal żgħar |
Prodotti oħra |
Total |
|
(0) |
(1) |
(2) |
(3) |
(4) |
(5) |
(6) |
(7) |
(8) |
(9) |
(10) |
(11) |
|
AT |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
8 |
44 |
|
BE |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
8 |
44 |
|
CY |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
40 |
|
CZ |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
8 |
44 |
|
DE |
24 |
24 |
24 |
24 |
24 |
24 |
24 |
24 |
24 |
14 |
230 |
|
DK |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
8 |
44 |
|
ES |
14 |
14 |
14 |
14 |
14 |
14 |
14 |
14 |
14 |
14 |
140 |
|
EE |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
40 |
|
EL |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
8 |
44 |
|
FR |
20 |
20 |
20 |
20 |
20 |
20 |
20 |
20 |
20 |
14 |
194 |
|
FI |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
8 |
44 |
|
HU |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
8 |
44 |
|
IT |
20 |
20 |
20 |
20 |
20 |
20 |
20 |
20 |
20 |
14 |
194 |
|
IE |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
8 |
44 |
|
LU |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
40 |
|
LT |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
40 |
|
LV |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
40 |
|
MT |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
40 |
|
NL |
6 |
6 |
6 |
6 |
6 |
6 |
6 |
6 |
6 |
8 |
62 |
|
PT |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
8 |
44 |
|
PL |
14 |
14 |
14 |
14 |
14 |
14 |
14 |
14 |
14 |
14 |
140 |
|
SE |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
8 |
44 |
|
SI |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
40 |
|
SK |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
8 |
44 |
|
UK |
20 |
20 |
20 |
20 |
20 |
20 |
20 |
20 |
20 |
14 |
194 |
|
BG |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
4 |
8 |
44 |
|
RO |
8 |
8 |
8 |
8 |
8 |
8 |
8 |
8 |
8 |
8 |
80 |
|
Total |
202 |
202 |
202 |
202 |
202 |
202 |
202 |
202 |
202 |
224 |
2 042 |
C. Informazzjoni minima addizzjonali li għandha tiġi pprovduta għal kull prodott
L-informazzjoni minima addizzjonali li għandha tiġi pprovduta għal kull prodott fil-kampjun hija speċifikata fil-punti 1 sa 10. L-Istati Membri huma mistiedna li jipprovdu informazzjoni aktar dettaljata.
1. Ċips, mibjugħin lesti biex jittieklu, u li jinkludu magħhom is-sottokategoriji li ġejjin:
|
1.1. |
|
|
1.2. |
|
Il-prodotti lesti biex jittieklu għandhom jiġu kkampjunati fi ħwienet żgħar, fil-katini tal-fast food u fir-restoranti. L-ikkampjunar għandu jsir darbtejn fis-sena f’Marzu u f’Novembru (2), li jirriżulta fl-għadd totali ta’ kampjuni speċifikati fit-tabella.
Informazzjoni speċifika li għandha tingħata:
|
— |
patata friska bħala materjal tal-bidu (sottokategorija 1.1) jew “pre-fabricates” (għaġina tal-patata) (sottokategorija 1.2), |
|
— |
żieda ta’ ingredjenti oħra. |
2. Krisps tal-patata, li jinkludu s-sottokategoriji li ġejjin:
|
2.1. |
|
|
2.2. |
|
L-ikkampjunar għandu jinżamm darbtejn fis-sena f’Marzu u f’Novembru (2), li jirriżulta fl-għadd totali ta’ kampjuni speċifikati fit-tabella.
Informazzjoni speċifika li għandha tingħata:
|
— |
patata friska bħala materjal tal-bidu (sottokategorija 2.1.) jew “pre-fabricates” (għaġina tal-patata) (sottokategorija 2.2.), |
|
— |
proċess tal-qali: Moqlija kollha flimkien jew kontinwament moqlija, |
|
— |
żieda ta’ ingredjenti oħra, togħmiet jew addittivi. |
3. Ċips imsajjra minn qabel/prodotti tal-patata għat-tisjir fid-dar, inklużi s-sottokategoriji li ġejjin:
|
3.1. |
|
|
3.2. |
|
Din il-kategorija tinkludi prodotti friski jew surġelati. L-ikkampjunar għandu jsir darbtejn fis-sena f’Marzu u f’Novembru (2), li jirriżulta fl-għadd totali ta’ kampjuni speċifikati fit-tabella.
L-analiżi ta’ kull kampjun għandha ssir fuq il-prodott wara t-tħejjija (eż. qali, ħami, eċċ). It-tħejjija għandha ssir fil-laboratorju skont l-istruzzjonijiet fuq it-tikketta.
Informazzjoni speċifika li għandha tingħata:
|
— |
sottokategorija li għaliha jappartjeni l-prodott (kif imsemmi hawn fuq), |
|
— |
patata friska bħala materjal tal-bidu jew “pre-fabricates” (għaġina tal-patata), |
|
— |
prodott mibjugħ frisk jew surġelat, |
|
— |
kundizzjonijiet użati għat-tħejjija skont it-tikketta, |
|
— |
żieda ta’ ingredjenti oħra. |
4. Ħobż artab:
Informazzjoni speċifika li għandha tingħata:
|
— |
, eż. qamħ, segala, ħobż magħmul minn qmuħ differenti, ħobż ma' ingredjenti oħra, eċċ. |
L-għażla tat-tip ta’ ħobż għall-kampjunar għandu jirrifletti d-drawwiet tal-ikel ta’ kull Stat Membru kkonċernat.
5. Ċereali tal-kolazzjon (esklużi meusli u porridge):
Informazzjoni speċifika li għandha tingħata:
|
— |
tip ta’ qamħ, |
|
— |
ingredjenti oħra (eż. zokkor, ġewż, għasel, ċikkulata). |
Jekk ġew analizzati l-meusli u l-porridge, dawn għandhom ikunu rrapportati taħt il-Grupp 10. “Prodotti oħra”.
6. Gallettini, crackers, ħobż iqarmeċ u ikel simili (esklużi l-għaġina u kejkijiet), li jinkludu is-sottokategoriji li ġejjin:
|
6.1. |
(eż. crackers tal-krema, crackers tas-soda, crackers “snack”) |
|
6.2. |
(iffermentat/mhux iffermentat) |
|
6.3. |
(eż. għall-ġelat) |
|
6.4. |
|
|
6.5. |
|
Informazzjoni speċifika li għandha tingħata:
|
— |
sottokategorija li għaliha jappartjeni l-prodott (kif imsemmi hawn fuq). |
L-għażla tal-prodotti għall-kampjunar għandu jirrifletti d-drawwiet tal-ikel ta’ kull Stat Membru kkonċernat.
7. Kafè u sostituti tal-kafè, li jinkludi s-sottokategoriji li ġejjin:
|
7.1. |
|
|
7.2. |
|
|
7.3. |
|
Informazzjoni speċifika li għandha tingħata:
|
— |
sottokategorija li għaliha jappartjeni l-prodott (kif imsemmi hawn fuq), |
|
— |
għall-kafè inkaljat il-grad ta’ inkaljar, (eż. medju skur), it-tip tal-fażola, jekk disponibbli, informazzjoni dwar jekk il-prodott huwiex mibjugħ bħala kafè mitħun jew bħala ful, dekaffeinat/mhux dekaffeinat, |
|
— |
kafè instant (solubbli) dekaffeinat/mhux dekaffeinat, |
|
— |
għas-sostituti tal-kafe: il-materjal tal-bidu (eż. xgħir, segala, ċikwejra). |
Il-kampjuni tal-kafé u s-sostituti tal-kafè għandhom ikunu analizzati kif mibjugħa u dan sabiex tkun żgurata l-komparabbiltà tad-dejta.
Jekk ikun possibbli, fit-tieni pass, ix-xarba tista’ tiġi analizzata bħala waħda lesta għall-konsum. Il-kundizzjonijiet tal-preparazzjoni (kif indikati fuq it-tikketta) għandhom jiġu speċifikati, pereżempju l-ammont ta’ kafè, l-ammont ta’ ilma użat, dettalji tal-apparat użat, it-temperatura tad-distillazjoni, eċċ). Jekk il-kapaċità analitika limitata hija disponibbili, l-analiżi tal-kampjun kif mibjugħ għandha tingħata prijorità.
8. Ikel tat-trabi, għajr l-ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali (3):
Għandhom ikunu fil-mira l-oġġetti tal-ikel li fihom il-patata, l-għeruq tal-ħaxix jew iċ-ċereali bħala ingredjenti prinċipali (minbarra l-prodotti li jaqgħu taħt il-kategorija ta’ ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali).
Informazzjoni speċifika li għandha tingħata:
|
— |
l-ingredjenti ewlenin. |
9. L-ikel ipproċessat abbażi taċ-ċereali għat-trabi u għat-tfal żgħar (4) , li jinkludi s-sottokategoriji li ġejjin:
|
9.1. |
|
|
9.2. |
|
Il-kampjuni għandhom jiġu analizzati kif jinbiegħu u dan sabiex tkun żgurata l-komparabbiltà tad-dejta.
Informazzjoni speċifika li għandha tingħata:
|
— |
sottokategorija li għaliha jappartjeni l-prodott (kif imsemmi hawn fuq), |
|
— |
deskrizzjoni tal-prodott, |
|
— |
tip ta’ qmuħ, ingredjenti oħra. |
10. Prodotti oħrajn:
Din il-kategorija tinkludi l-prodotti tal-patata, il-prodotti magħmula miċ-ċereali, il-prodotti tal-kawkaw minbarra dawk il-prodotti speċifikati f'wieħed mill-kategoriji msemmija hawn fuq (eż. patata “roesti” patata, ikel “snack” abbażi taċ-ċereali (eż. “curls” magħmulin mill-qamħ, ċips tat-tortilla, popcorn), meusli, porridge, għaġina u kejkijiet, eċċ).
L-għażla tal-prodotti għall-kampjunar għandu jirrifletti d-drawwiet tal-ikel ta’ kull Stat Membru kkonċernat.
Il-prodotti jistgħu jeħtieġu li jiġu analizzati wara t-tisjir kif indikat fuq it-tikketta. Jekk inhu hekk, il-kundizzjonijiet użati għandhom ikunu speċifikati.
Informazzjoni speċifika li għandha tingħata:
|
— |
isem il-prodott u d-deskrizzjoni dettaljata tal-prodott (eż. ingredjenti ewlenin), |
|
— |
il-kundizzjonijiet li fihom tħejja l-prodott skont it-tikketta. |
(1) F’każijiet eċċezzjonali prodott speċifiku jista’ jkun biss fis-suq bħala wieħed importat minn pajjiż terz. F’każijiet bħal dawn jistgħu jittieħdu kampjuni tal-prodott importat.
(2) Fil-każ li l-ikel ikun prodott minn patata pproċessata, mhux meħtieġ li jittieħdu l-kampjuni darbtejn fis-sena.
(3) Kif definit fl-Artikolu 1(2)(b) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/125/KE tal-5 ta’ Diċembru 2006 dwar ikel ipproċessat ibbażat fuq iċ-ċereali u ikel tat-trabi għat-trabi u għat-tfal żgħar (ĠU L 339, 6.12.2006, p. 16).
(4) Kif definit fl-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2006/125/KE.