|
1.5.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 110/36 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-28 ta’ April 2010
dwar l-inizjattiva ta’ programmazzjoni konġunta ta’ riċerka “Dieta tajba għal ħajja b’saħħitha”
(2010/250/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 181(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Is-saħħa taċ-ċittadini hija essenzjali għat-tkabbir u l-prosperità fl-Unjoni. |
|
(2) |
Fl-aħħar tliet deċenji, il-livelli ta’ piż żejjed u obeżità fil-popolazzjoni tal-Unjoni żdiedu drammatikament, b’mod partikolari fost it-tfal. |
|
(3) |
It-tendenza ta’ dieta fqira u ftit li xejn attività fiżika fost il-popolazzjoni tal-Unjoni qed tmur għall-agħar. |
|
(4) |
Qed tiżdied il-prevalenza ta’ għadd ta’ kundizzjonijiet kroniċi bħall-mard kardjovaskulari, pressjoni għolja, dijabete tat-tip 2, puplesiji, ċerti kanċers, mard muskoloskeletali u saħansitra sensiela ta’ kundizzjonijiet tas-saħħa mentali. |
|
(5) |
Kieku kellhom ikunu eliminati fatturi ta’ riskju komuni relatati mal-istil ta’ għixien fost l-oħrajn dawk relatati mad-dieta, madwar 80 % tal-każijiet ta’ mard tal-qalb, puplesiji u dijabete tat-tip 2, u 40 % tal-kanċers, jistgħu jkunu evitati. |
|
(6) |
Matul il-laqgħa tiegħu tat-3 ta’ Diċembru 2009, il-Kunsill dwar il-Kompetittività rrikonoxxa “Is-saħħa, l-ikel u l-prevenzjoni ta’ mard relatat mad-dieta” (it-titolu iktar tard inbidel għal “Dieta tajba għal ħajja b’saħħitha”) bħala qasam fejn l-ipprogrammar konġunt jipprovdi valur addizzjonali għall-isforzi ta’ riċerka frammentati li bħalissa qed jagħmlu l-Istati Membri. Għalhekk, il-Kunsill adotta konklużjonijiet li jirrikonoxxu l-bżonn li titvara inizjattiva ta’ pprogrammar konġunta dwar is-suġġett filwaqt li stieden lill-Kummissjoni biex tikkontribwixxi fil-preparazzjoni ta’ dik l-inizjattiva. Il-Kunsill reġa’ afferma wkoll li l-ipprogrammar konġunt huwa proċess immexxi mill-Istati Membri, bil-Kummissjoni taġixxi bħala medjatur. |
|
(7) |
L-ipprogrammar konġunt tar-riċerka fil-qasam tal-ikel u tas-saħħa jipprovdi għall-koordinazzjoni ta’ riċerka dwar l-impatt fuq is-saħħa tal-istili tal-ħajja u tad-dieta, jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-ħolqien ta’ Żona ta’ Riċerka Ewropea li taħdem b’mod sħiħ fuq il-prevenzjoni ta’ mard relatat mad-dieta u jsaħħaħ it-tmexxija u l-kompetittività tal-attivitajiet ta’ riċerka f’dan il-qasam. |
|
(8) |
Sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza tal-isforzi konġunti tal-Istat Membri fil-qasam tal-ikel u tas-saħħa, l-Istati Membri għandhom jiżviluppaw u jimplimentaw aġenda strateġika ta’ riċerka bbażata fuq approċċ komuni fir-rigward tal-prevenzjoni ta’ mard relatat mad-dieta. |
|
(9) |
Bil-għan li tiġi żgurata ġestjoni effikaċi tal-azzjoni konġunta li għandha tittieħed, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu struttura ta’ ġestjoni komuni li jkollha s-setgħa tistabbilixxi kundizzjonijiet, regoli u proċeduri komuni għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni u sabiex timmonitorja l-implimentazzjoni tal-aġenda strateġika ta’ riċerka. |
|
(10) |
Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti b’din ir-Rakkomandazzjoni, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw mal-Kummissjoni billi jesploraw inizjattivi possibbli tal-Kummissjoni sabiex jgħinu lill-Istati Membri jiżviluppaw u jimplimentaw l-aġenda strateġika ta’ riċerka. |
|
(11) |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw regolament lill-Kummissjoni dwar il-progress li jkun sar fuq dan l-ipprogrammar konġunt. |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
|
(1) |
L-Istati Membri huma mħeġġa jiżviluppaw viżjoni komuni dwar kif il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fil-qasam tar-riċerka fuq livell tal-Unjoni jistgħu jgħinu biex titjieb il-prevenzjoni tal-mard relatat mad-dieta. |
|
(2) |
L-Istati Membri huma mħeġġa jiżviluppaw aġenda strateġika ta’ riċerka li tistabbilixxi bżonnijiet u objettivi ta’ riċerka għal perjodu ta’ żmien minn medju sa twil fil-qasam tal-prevenzjoni ta’ mard relatat mad-dieta. L-aġenda strateġika ta’ riċerka għandha tinkludi pjan ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-prijoritajiet u meta dawn għandhom jintlaħqu u li jispeċifika l-azzjonijiet, l-istrumenti u r-riżorsi meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħha. |
|
(3) |
L-Istati Membri huma mħeġġa jinkludu l-azzjonijiet li ġejjin, bħala parti mill-aġenda strateġika ta’ riċerka u tal-pjan ta’ implimentazzjoni:
|
|
(4) |
L-Istati Membri huma mħeġġa jistabbilixxu struttura ta’ ġestjoni komuni fil-qasam tal-prevenzjoni ta’ mard relatat mad-dieta li jkollha s-setgħa tistabbilixxi kundizzjonijiet komuni, regoli u proċeduri għall-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni u biex timmonitorja l-implimentazzjoni tal-aġenda ta’ riċerka strateġika. |
|
(5) |
L-Istati Membri huma mħeġġa jimplimentaw flimkien l-aġenda ta’ riċerka strateġika, inkluż permezz tal-programmi ta’ riċerka nazzjonali tagħhom jew attivitajiet ta’ riċerka nazzjonali oħra. |
|
(6) |
L-Istati Membri huma mħeġġa jikkooperaw mal-Kummissjoni bl-għan li jesploraw inizjattivi possibbli tal-Kummissjoni biex l-Istati Membri jkunu mgħejjuna fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ aġenda ta’ riċerka strateġika u bl-għan li jikkoordinaw il-programmi konġunti b’inizjattivi oħra tal-Unjoni f’dan il-qasam. |
|
(7) |
L-Istati Membri huma mħeġġa jirrappurtaw b’mod regolari lill-Kummissjoni dwar il-progress li jsir fuq din l-inizjattiva ta’ pprogrammar konġunt. |
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni
Máire GEOGHEGAN-QUINN
Membru tal-Kummissjoni