20.2.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 45/14


RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUNSILL

tas-16 ta’ Frar 2010

dwar il-kwittanza li trid tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (is-seba’ EDF) għas-sena finanzjarja 2008

(2010/101/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra ir-Raba’ Konvenzjoni ACP-KEE, iffirmata f’Lomé fil-15 ta’ Diċembru 1989 (1), u emendata mill-Ftehim iffirmat fil-Mawrizju fl-4 ta’ Novembru 1995 (2),

Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern dwar il-finanzjament u l-amministrazzjoni tal-għajnuna Komunitarja taħt ir-raba’ Konvenzjoni ACP-KEE (3), minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim Intern”, li jistabbilixxi, fost l-oħrajn, is-seba’ Fond Ewropew għall-Iżvilupp (is-seba’ EDF) u partikolarment l-Artikolu 32(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tad-29 ta’ Lulju 1991 applikabbli għall-koperazzjoni fil-finanzjament tal-iżvilupp taħt ir-raba’ Konvenzjoni ACP-KEE (4), u partikolarment l-Artikoli 69 sa 77 tiegħu,

Wara li eżamina l-kont tad-dħul u tal-infiq u l-karta tal-bilanċ relatati mal-operazzjonijiet tas-seba’ EDF kif kienu fil-31 ta’ Diċembru 2008 u r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar is-sena finanzjarja 2008 flimkien mar-risposti tal-Kummissjoni (5),

Billi

(1)

Skond l-Artikolu 32(3) tal-Ftehim Intern, il-kwittanza għall-amministrazzjoni finanzjarja tas-seba’ EDF trid tingħata lill-Kummissjoni mill-Parlament Ewropew fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

(2)

L-implimentazzjoni ġenerali mill-Kummissjoni tal-operazzjonijiet tas-seba’ EDF matul is-sena finanzjarja 2008 kienet sodisfaċenti,

B’DAN JIRRAKKOMANDA li l-Parlament Ewropew jagħti lill-Kummissjoni kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet tas-seba’ EDF għas-sena finanzjarja 2008.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Frar 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

E. SALGADO


(1)  ĠU L 229, 17.8.1991, p. 3.

(2)  ĠU L 156, 29.5.1998, p. 3.

(3)  ĠU L 229, 17.8.1991, p. 288.

(4)  ĠU L 266, 21.9.1991, p. 1.

(5)  ĠU C 269, 10.11.2009, p. 257.