|
27.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 322/1 |
RIŻOLUZZJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Novembru 2010
dwar id-djalogu strutturat tal-UE dwar l-isport
2010/C 322/01
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
1. WAQT LI JFAKKAR:
|
(i) |
Fl-Artikolu 165 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jeħtieġ b'mod partikolari li l-Unjoni “tikkontribwixxi għat-tmexxija 'l quddiem tal-kwistjonijiet Ewropej tal-Isport, waqt li tieħu kont tan-natura speċifika tiegħu, l-istrutturi tiegħu bbażati fuq il-volontarjat u l-funzjoni soċjali u edukattiva tiegħu” u tiżviluppa “id-dimensjoni Ewropea fl-isport”. |
|
(ii) |
Id-Dikjarazzjoni dwar l-Isport mill-Kunsill Ewropew, Anness 5 tal-Konklużjonijiet tal-Presidenza (Brussell, 12 ta' Diċembru 2008), li tappella għat-tisħiħ tad-djalogu kostruttiv mal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali u rappreżentanti tad-dinja tal-isport. |
2. KONXJU:
|
(i) |
Li diversi mekkaniżmi ta' djalogu fil-qasam tal-isport ilhom stabbiliti għal xi żmien fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali. |
|
(ii) |
Li l-Presidenzi suċċessivi tal-UE organizzaw għadd ta' laqgħat informali tal-Ministri tal-Isport u d-Diretturi tal-Isport. |
|
(iii) |
Li sar djalogu fil-livell tal-UE mal-partijiet interessati tal-isport fil-livelli differenti, b'mod partikolari fi ħdan il-Forum tal-UE dwar l-Isport. |
|
(iv) |
Dwar id-djalogu soċjali Ewropew fil-qasam tal-isport, b'kumitat settorjali soċjali dwar il-futbol stabbilit fl-2008. |
3. JIKKUNSIDRA LI:
|
(i) |
Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, bdiet era ġdida fil-prijoritajiet tal-UE fil-qasam tal-isport. |
|
(ii) |
Djalogu msaħħaħ tal-UE mal-partijiet interessati fl-isport iservi ta' opportunità għal skambju ta' fehmiet kontinwu u strutturat tajjeb dwar il-prijoritajiet, l-implimentazzjoni u s-segwitu għall-kooperazzjoni tal-UE fil-qasam tal-isport. |
|
(iii) |
Hu meħtieġ li tali djalogu jkompli jiġi żviluppat billi jiġu konsolidati l-istrutturi u l-prattiki eżistenti, b'mod partikolari il-Forum annwali tal-UE dawr l-Isport. |
|
(iv) |
Barra minn hekk, hemm ħtieġa speċifika biex jiġi żviluppat il-komponent ta' livell għoli tad-djalogu diġà eżistenti, marbut mal-laqgħat tal-Kunsill. |
4. KONSEGWENTEMENT JAQBEL LI L-PRESIDENZA TAL-KUNSILL GĦANDHA:
|
(i) |
Tlaqqa’, fuq bażi regolari, ġeneralment fil-marġini tal-laqgħa tal-Kunsill, laqgħa informali tar-rappreżentanti mexxejja tal-awtoritajiet pubbliċi tal-UE u l-moviment tal-isport bil-għan tal-iskambju ta' fehmiet dwar kwistjonijiet ta' sport fl-UE; |
|
(ii) |
Tistabbilixxi, wara l-konsultazzjoni meħtieġa, aġenda għal kull laqgħa li għandha tiffoka partikolarment fuq il-kwistjonijiet indirizzati jew li għandhom jiġu indirizzati fil-laqgħat tal-Kunsill reċenti jew li jmiss; |
|
(iii) |
Tistieden għal-laqgħa numru ta' parteċipanti, billi tfittex li tiżgura parteċipazzjoni bilanċjata mill-awtoritajiet pubbliċi tal-UE, min-naħa l-waħda u rappreżentanti tal-moviment tal-isport min-naħa l-oħra; |
|
(iv) |
Tistieden għal din il-laqgħa rappreżentanti tal-Kunsill (il-Grupp ta' Tliet Presidenzi , rappreżentant tal-Grupp li jmiss ta' Tliet Presidenzi, b'assistenza mis-Segretarjat tal-Kunsill), il-Kummissjoni Ewropea, u l-Parlament Ewropew; |
|
(v) |
Tfittex li tinkiseb parteċipazzjoni rappreżentattiva, wiesgħa u bilanċjata mill-moviment tal-isport fil-laqgħa, b'enfasi partikolari fuq korpi mill-UE u mill-Ewropa. |
Il-Presidenza għandha tieħu kont sħiħ, meta tiddeċiedi dwar il-lista ta' mistednin mill-moviment tal-isport, tal-aġenda tal-laqgħa tal-Kunsill, tal-prijoritajiet tat-Tliet Presidenzi u ta' kwalunkwe kwistjoni urġenti jew topika, inklużi dawk imqajma fil-kuntest tal-Forum annwali tal-UE dwar l-Isport. Barra minn hekk, meta adatt, għandha tiġi kkunsidrata l-kontinwità tar-rappreżentanza.
F’dan ir-rigward, il-Presidenza għandha wkoll isegwi, il-linji gwida li ġejjin:
|
— |
Id-diversità tad-dinja tal-isport għandha tkun riflessa billi jiġu kkunsidrati partikolarment l-aspetti li ġejjin: Sport Olimpiku u sport mhux Olimpiku; sport professjonali u sport għad-dilettanti; sport kompetittiv u sport rekreattiv kif ukoll sport għal kulħadd u sport għall-persuni b'diżabbiltà. |
|
— |
Għandu jittieħed kont tal-interessi tal-atturi differenti fis-settur tal-isport, inklużi dawk b'dimensjoni Ewropea pereżempju l-organizzazzjonijiet ċentrali, il-federazzjonijiet Ewropej u nazzjonali, il-klabbs u l-isportivi rġiel u l-isportivi nisa. |
|
— |
Għandha tittieħed inkonsiderazzjoni n-natura speċifika tas-settur tal-isport. |
|
— |
Għandu jittieħed kont ukoll tad-dimensjoni internazzjonali tal-kooperazzjoni tal-UE fl-isport. |