|
3.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 326/4 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-2 ta' Diċembru 2010
li taħtar żewġ membri fil-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi
2010/C 326/03
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 79 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprovdi li l-Kunsill għandu jaħtar bħala membri tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru. |
|
(2) |
Bid-Deċiżjoni tas-7 ta' Ġunju 2007 (2) il-Kunsill ħatar 27 membru tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi. |
|
(3) |
Il-Gvern Svediż informa lill-Kunsill bl-intenzjoni tiegħu li jissostitwixxi lir-rappreżentant Svediż fil-Bord ta' Tmexxija u ppreżenta nomina għal rappreżentant ġdid, li għandu jinħatar għal perijodu li jintemm fil-31 ta' Mejju 2013. |
|
(4) |
Il-Gvern Sloven informa lill-Kunsill bil-ħsieb tiegħu li jissostitwixxi lir-rappreżentant Sloven fil-Bord ta' Tmexxija u ppreżenta nomina għal rappreżentant ġdid, li għandu jinħatar għal perijodu li jintemm fil-31 ta' Mejju 2013. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sinjura Nina CROMNIER ta' nazzjonalità Svediża, imwielda fl-14 ta' Ottubru 1966, għandha tinħatar membru tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi flok is-Sinjura Ethel FORSBERG għall-perijodu mill 4 ta’ Diċembru 2010 sal-31 ta' Mejju 2013.
Artikolu 2
Is-Sinjura Simona FAJFAR ta' nazzjonalità Slovena, imwielda fis-17 ta' Novembru 1970, għandha tinħatar membru tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi flok is-Sinjura Marta CIRAJ għall-perijodu mill 4 ta’ Diċembru 2010 sal-31 ta' Mejju 2013.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
E. SCHOUPPE
(1) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(2) ĠU C 134, 16.6.2007, p. 6.