|
22.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 338/50 |
DEĊIŻJONI Nru 1/2010 TAL-KUMITAT VETERINARJU KONĠUNT STABBILIT BIL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA DWAR KUMMERĊ FI PRODOTTI AGRIKOLI
tal-1 ta’ Diċembru 2010
rigward l-emenda tal-Appendiċi 1, 2, 5, 6, 10 u 11 tal-Anness 11 għall-Ftehim
(2010/797/UE)
IL-KUMITAT VETERINARJU KONĠUNT,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ il-“Ftehim Agrikolu”), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(3) tal-Anness 11 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim Agrikolu daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002. |
|
(2) |
Taħt l-Artikolu 19(1) tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu l-Kumitat Veterinarju Konġunt huwa responsabbli biex jikkunsidra kwalunkwe kwistjoni li tinqala’ b’rabta ma’ dan l-Anness u l-implimentazzjoni tiegħu u għat-twettiq tal-kompiti previsti fih. L-Artikolu 19(3) ta’ dak l-Anness jawtorizza lill-Kumitat Veterinarju konġunt biex jemenda l-Appendiċi tiegħu, b’mod partikolari bil-ħsieb li dawn jiġu adattati u aġġornati. |
|
(3) |
L-Appendiċi tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu ġew emendati għall-ewwel darba mid-Deċiżjoni Nru 2/2003 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli tal-25 ta’ Novembru 2003 li jemenda l-Appendiċi 1, 2, 3, 4, 5, 6 u 11 tal-Anness 11 tal-Ftehim (1). |
|
(4) |
L-Appendiċi tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu ġew emendati l-aħħar mid-Deċiżjoni Nru 1/2008 tal-Kumitat Veterinarju Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli tat-23 ta’ Diċembru 2008 rigward l-emendar tal-Appendiċi 2, 3, 4, 5, 6 u 10 tal-Anness 11 tal-Ftehim (2). |
|
(5) |
Il-Konfederazzjoni Svizzera talbet estensjoni għad-deroga preċedentement mogħtija fir-rigward tal-eżami maħsub biex tinstab il-preżenza tat-Trichinella fil-karkassi u l-laħam ta’ ħnieżer domestiċi maħsuba għat-tismin u għall-biċċerija fl-istabbilimenti tal-qatla b’kapaċità baxxa. Billi dawn il-karkassi u l-laħam tal-ħnieżer domestiċi, kif ukoll il-preparazzjonijiet tal-laħam, il-prodotti tal-laħam u l-prodotti proċessati tal-laħam li ġejjin minnhom, ma jistgħux ikunu oġġett ta’ skambji mal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9(a) tal-Ordinanza Svizzera dwar l-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali tad-Département Fédéral de l’Intérieur (RS 817.022.108), din it-talba tista’ tiġi sodisfatta. Id-deroga in kwistjoni għandha, għalhekk, issir applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2014. |
|
(6) |
Wara l-aħħar emendar tal-Appendiċi tal-Anness 11 tal-Ftehim, id-dispożizzjonijiet leġislattivi tal-Appendiċi 1, 2, 5, 6 u 10 tal-Anness 11 għal dak il-Ftehim ġew emendati wkoll. Il-punti ta’ kuntatt imsemmija fl-Appendiċi 11 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu għandhom għalhekk jiġu aġġornati. |
|
(7) |
Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu adattati d-dispożizzjonijiet tal-Appendiċi 1, 2, 5, 6, 10 u 11 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Appendiċi 1, 2, 5, 6, 10 u 11 tal-Anness 11 tal-Ftehim Agrikolu għandhom jiġu emendati f’konformità mal-Annessi I sa VI għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni, mfassla f’żewġ kopji, għandha tiġi ffirmata mill-kopresidenti jew persuni oħra bis-setgħa li jaġixxu f’isem il-partijiet.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data meta ż-żewġ partijiet ikunu ffirmawha.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Iffirmat f’Berna, l-1 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Konfederazzjoni Svizzera
Il-Kap tad-Delegazzjoni
Hans WYSS
Iffirmat fi Brussell, l-1 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Unjoni Ewropea
Il-Kap tad-Delegazzjoni
Paul VAN GELDORP
ANNESS I
I.
Il-Kapitolu V, “Influwenza Avjarja” tal-Appendiċi 1 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:“V. Influwenza avjarja
A. LEĠISLAZZJONI (*1)
|
L-Unjoni Ewropea |
L-Isvizzera |
||||||
|
Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16). |
|
B. REGOLI U PROĊEDURI SPEĊJALI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI
|
1. |
Il-laboratorju ta’ referenza għall-influwenza avjarja tal-Unjoni Ewropea għandu jkun is-Central Veterinary Laboratory, New Haw, Weybridge, Surrey KT15 3NB, ir-Renju Unit. L-Isvizzera għandha tħallas l-ispejjeż dovuti minnha għall-attivitajiet imwettqa mil-laboratorju f’dik il-kapaċità. Il-funzjonijiet u l-kompiti ta’ dan il-laboratorju għandhom ikunu kif stabbiliti fl-Anness VII (2) tad-Direttiva 2005/94/KE. |
|
2. |
Skont l-Artikolu 97 tal-Ordinanza dwar l-epiżutija, l-Isvizzera stabbiliet pjan ta’ kontinġenza, li huwa ppubblikat fuq is-sit tal-Internet tal-Office Vétérinaire Fédéral. |
|
3. |
L-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt f’konformità b’mod partikolari mal-Artikolu 60 tad-Direttiva 2005/94/KE u l-Artikolu 57 tal-Att dwar l-epiżutija. |
(*1) Kemm-il darba ma jkunx hemm indikazzjoni kuntrarja, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att kif emendat qabel l-1 ta’ Settembru 2009.” "
II.
Il-Kapitolu VII, “Mard tal-ħut u l-molluski”, tal-Appendiċi 1 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:“VII. Mard tal-ħut u tal-molluski
A. LEĠISLAZZJONI (*2)
|
L-Unjoni Ewropea |
L-Isvizzera |
||||
|
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14). |
|
B. REGOLI U PROĊEDURI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI
|
1. |
Bħalissa t-trobbija tal-gajdri ċatti mhijiex prattikata fl-Isvizzera. Fil-każ li jfeġġu l-Bonamiosis jew il-Marteiliosis, l-Office Vétérinaire Fédéral jintrabat li jieħu l-miżuri ta’ emerġenza meħtieġa f’konformità mar-regoli tal-Unjoni Ewropea fuq il-bażi tal-Artikolu 57 tal-Att dwar l-epiżutija. |
|
2. |
Għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-mard tal-ħut u tal-molluski, l-Isvizzera għandha tapplika l-Ordinanza dwar l-epiżutija, b’mod partikolari l-Artikoli 61 (obbligi tal-lokaturi ta’ drittijiet ta’ sajd u tal-organi responsabbli għas-sorveljanza tas-sajd), 62 sa 76 (miżuri ġenerali għall-ġlieda kontra l-mard), 275 sa 290 (miżuri speċifiċi fir-rigward tal-mard tal-ħut, laboratorji ta’ dijanjożi) u 291 (epiżutija li għandha tiġi ssorveljata). |
|
3. |
Il-laboratorju ta’ referenza għall-mard tal-krustaċji tal-Unjoni Ewropea għandu jkun is-Centre for Environment, Fisheries & Aquaculture Science (CEFAS), Weymouth Laboratory, ir-Renju Unit. Il-laboratorju ta’ referenza għall-mard tal-ħut tal-Unjoni Ewropea għandu jkun in-National Veterinary Institute, Technical University of Denmarkiet, Hangövej 2, 8200 Århus, id-Danimarka. Il-laboratorju ta’ referenza għall-mard tal-molluski tal-Unjoni Ewropea għandu jkun il-Laboratoire IFREMER, BP 133, 17390 La Tremblade, Franza. L-Isvizzera għandha tħallas l-ispejjeż dovuti minnha għal attivitajiet imwettqa fil-kapaċità msemmija hawn fuq. Il-funzjonijiet u l-kompiti ta’ dawn il-laboratorji għandhom ikunu kif stabbiliti fil-Parti I tal-Anness VI tad-Direttiva 2006/88/KE. |
|
4. |
L-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt f’konformità b’mod partikolari mal-Artikolu 58 tad-Direttiva 2006/88/KE u l-Artikolu 57 tal-Att dwar l-epiżutija. |
(*2) Kemm-il darba ma jkunx hemm indikazzjoni kuntrarja, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-Att kif emendat qabel l-1 ta’ Settembru 2009.” "
(*1) Kemm-il darba ma jkunx hemm indikazzjoni kuntrarja, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att kif emendat qabel l-1 ta’ Settembru 2009.”
(*2) Kemm-il darba ma jkunx hemm indikazzjoni kuntrarja, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-Att kif emendat qabel l-1 ta’ Settembru 2009.” ”
ANNESS II
1.
Il-Paragrafu 7(d) tal-Parti B, “Regoli u proċeduri speċjali għall-implimentazzjoni” tal-Kapitolu I, “Annimali bovini u ħnieżer”, tal-Appendiċi 2 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:|
“(d) |
l-iżolament għandu jintemm meta, wara t-tneħħija tal-annimali infettati, żewġ eżamijiet seroloġiċi tal-annimali kollha ta’ trobbija u ta’ għadd rappreżentattiv ta’ annimali tat-tismin li jitwettqu f’intervall ta’ mill-inqas 21 jum jagħtu riżultati negattivi; Minħabba l-istatus rikonoxxut tal-Isvizzera, id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2008/185/KE (ĠU L 59, 4.3.2008, p. 19), emendata l-aħħar mid-Deċiżjoni 2009/248/KE (ĠU L 73, 19.3.2009, p. 22), għandhom japplikaw mutatis mutandis.” |
2.
Il-Paragrafu 11 tal-Parti B, “Regoli u proċeduri speċjali għall-implimentazzjoni” tal-Kapitolu I, “Annimali bovini u ħnieżer” tal-Appendiċi 2 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:|
“11. |
L-annimali bovini u l-ħnieżer li huma l-oġġett ta’ skambji bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera għandhom ikunu akkumpanjati minn ċertifikati sanitarji f’konformità mal-mudelli stabbiliti fl-Anness F għad-Direttiva 64/432/KEE. Għandhom japplikaw l-adattamenti li ġejjin:
|
3.
Il-Paragrafu 4 tal-Parti B, “Regoli u proċeduri speċjali għall-implimentazzjoni” tal-Kapitolu IV, “Tjur u bajd tat-tfaqqis”, tal-Appendiċi 2 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu huwa sostitwit b'dan li ġej:|
“4. |
Għall-kunsinni ta’ bajd għat-tfaqqis lejn l-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet Svizzeri jintrabtu li jikkonformaw mar-regoli ta’ mmarkar stabbiliti fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 617/2008 tas-27 ta’ Ġunju 2008 dwar it-termini tal-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 f’dak li jikkonċerna n-normi għat-tqegħid fis-suq tal-bajd tat-tfaqqis u tal-flieles tat-tjur tal-irziezet (ĠU L 168, 28.6.2008, p. 5).”. |
4.
Il-Kapitolu V, “Annimali u prodotti tal-akkwakultura”, tal-Appendiċi 2 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:“V. Annimali u prodotti tal-akkwakultura
A. LEĠISLAZZJONI (*1)
|
L-Unjoni Ewropea |
L-Isvizzera |
||||||
|
Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f’annimali akkwatiċi (ĠU L 328, 24.11.2006, p. 14). |
|
B. REGOLI U PROĊEDURI SPEĊJALI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI
|
1. |
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, l-Isvizzera hi rikonoxxuta bħala uffiċjalment ħielsa mill-anemija infettiva tas-salamun u minn infezzjonijiet mill-Marteilia refringens u mill-Bonamia ostreae. |
|
2. |
Il-Kumitat Veterinarju Konġunt għandu jiddeċiedi dwar kwalunkwe applikazzjoni tal-Artikoli 29, 40, 41, 43, 44, 50 tad-Direttiva 2006/88/KE. |
|
3. |
Il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għat-tqegħid fis-suq ta’ annimali akkwatiċi ornamentali, annimali tal-akkwakultura maħsuba għat-trobbija, inklużi żoni ta’ stabbiliment mill-ġdid, ta’ pixkeriji u ta’ faċilitajiet ornamentali miftuħa, kif ukoll għar-ripopolazzjoni u tal-annimali tal-akkwakultura u tal-prodotti tal-annimali maħsuba għall-konsum mill-bniedem huma stabbiliti fl-Artikoli 4 sa 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1251/2008 tat-12 ta’ Diċembru 2008 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE fir-rigward tal-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni għat-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali tal-akkwakultura u prodotti tagħhom u li jistabbilixxi lista ta’ speċi li jgħaddu l-mard (ĠU L 337, 16.12.2008, p. 41). |
|
4. |
L-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt f’konformità b’mod partikolari mal-Artikolu 58 tad-Direttiva 2006/88/KE u l-Artikolu 57 tal-Att dwar l-epiżutija. |
(*1) Kemm-il darba ma jkunx hemm indikazzjoni kuntrarja, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att kif emendat qabel l-1 ta’ Settembru 2009.” "
(*1) Kemm-il darba ma jkunx hemm indikazzjoni kuntrarja, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att kif emendat qabel l-1 ta’ Settembru 2009.” ”
ANNESS III
Il-Parti A, “Identifikazzjoni tal-annimali” tal-Kapitolu V tal-Appendiċi 5 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“A. Identifikazzjoni tal-annimali
A. LEĠISLAZZJONI (*1)
|
L-Unjoni Ewropea |
L-Isvizzera |
||||||||
|
|
B. REGOLI U PROĊEDURI SPEĊJALI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI
|
a) |
Il-Kumitat Veterinarju Konġunt għandu jkun responsabbli għall-applikazzjoni tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2008/71/KE. |
|
b) |
L-ispezzjonijiet fuq il-post għandhom jitwettqu taħt ir-responsabbiltà tal-Kumitat Veterinarju Konġunt f’konformità b’mod partikolari mal-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 1760/2000, l-Artikolu 57 tal-Att dwar l-epiżutija u l-Artikolu 1 tal-Ordinanza tal-14 ta’ Novembru 2007 dwar il-koordinazzjoni tal-ispezzjonijiet fl-azjendi agrikoli (OCI, RS 910.15). |
(*1) Kemm-il darba ma jkunx hemm indikazzjoni kuntrarja, kull referenza għal att għandha tinftiehem bħala referenza għal dak l-att kif emendat qabel l-1 ta’ Settembru 2009.” ”
ANNESS IV
1.
Il-paragrafu (6) tat-Taqsima “Kondizzjonijiet speċjali” tal-Kapitolu I tal-Appendiċi 6 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:|
“(6) |
L-awtoritajiet kompetenti tal-Isvizzera jistgħu jidderogaw mill-eżami maħsub biex tinstab il-preżenza tat-Trichinella fil-karkassi u l-laħmijiet ta’ ħnieżer domestiċi miżmuma għat-tismin u għall-qtil fl-istabbilimenti tal-qtil b’kapaċità baxxa.
Din id-dispożizzjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2014. B’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(3) tal-Ordinanza tad-DFE tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar l-iġjene matul il-qtil tal-annimali (OhyAb; RS 817 190.1) u tal-Artikolu 9(8), tal-Ordinanza tad-DFI tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar l-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali (RS 817 022 108), dawn il-karkassi u l-laħmijiet tal-ħnieżer domestiċi miżmuma għat-tismin u għall-qtil kif ukoll il-preparazzjonijiet tal-laħam, il-prodotti tal-laħam u l-prodotti proċessati tal-laħam li ġejjin minnhom għandhom ikunu mmarkati b’timbru speċjali tas-saħħa f’konformità mal-mudell speċifikat fl-aħħar subparagrafu tal-Anness 9 tal-Ordinanza tad-DFE tat-23 ta’ Novembru 2005 dwar l-iġjene matul il-qtil tal-annimali (OhyAb; RS 817 190.1). Dawn il-prodotti ma jistgħux ikunu oġġett ta’ skambji mal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 9a tal-Ordinanza tad-DFI dwar l-oġġetti tal-ikel li joriġinaw mill-annimali (RS 817 022 108).”. |
2.
Il-Paragrafu (11) tat-Taqsima “Kondizzjonijiet speċjali” tal-Kapitolu I tal-Appendiċi 6 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:|
“11. |
|
ANNESS V
Il-Kapitolu V tal-Appendiċi 10 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu huwa b’dan emendat kif ġej:
|
1. |
Jitħassru l-paragrafi 3, 6, 7, 8, 9 u 14 tal-Parti 1.A. |
|
2. |
Il-paragrafi li ġejjin jiżdiedu mal-parti 1.A:
|
ANNESS VI
L-Appendiċi 11 tal-Anness 11 għall-Ftehim Agrikolu huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Appendiċi 11
Punti ta’ kuntatt
|
1. |
Għall-Unjoni Ewropea:
|
|
2. |
Għall-Isvizzera:
Kuntatt ieħor importanti:
|