|
9.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 324/48 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-6 ta’ Diċembru 2010
dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Solomon
(2010/763/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Fuq il-bażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2009 li tawtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati f’isem il-Komunità bil-għan li tikkonkludi Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd mal-Gżejjer Solomon, il-Komunità nnegozjat mal-Gżejjer Solomon Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd li jipprovdi opportunitajiet ta’ sajd lill-bastimenti tal-UE fl-ilmijiet taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tal-Gżejjer Solomon fir-rigward tas-sajd. |
|
(2) |
B’riżultat ta’ dawk in-negozjati ġie inizjalat Ftehim ta’ Sħubija ġdid dwar is-Sajd fis-26 ta’ Settembru 2009. |
|
(3) |
Bidd-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2010/397/UE (1), il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Solomon ġie ffirmat u qed jiġi applikat proviżorjament mid-9 ta’ Ottubru 2009. |
|
(4) |
Il-Ftehim għandu jiġi konkluż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gżejjer Solomon huwa b’dan approvat (2).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuni mogħtija s-setgħa jipproċedu, f’isem l-Unjoni Ewropea, bin-notifika prevista fl-Artikolu 18 tal-Ftehim, sabiex jiġi espress il-kunsens tal-Unjoni biex tkun marbuta bil-Ftehim (3).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
J. MILQUET
(1) ĠU L 190, 22.7.2010, p. 1.
(2) It-test tal-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 190, 22.7.2010, p. 3 flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar.
(3) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim għandha tiġi pubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat tal-Kunsill.