|
8.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 322/47 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-7 ta’ Diċembru 2010
li temenda l-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2010/221/UE fir-rigward ta’ miżuri nazzjonali approvati mill-Ungerija u r-Renju Unit għall-viremija tar-rebbiegħa tal-karpjuni
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 8617)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/761/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE tal-24 ta’ Ottubru 2006 dwar il-ħtiġiet tas-saħħa tal-annimali għall-annimali tal-akkwakultura u l-prodotti tagħhom, u dwar il-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard f'annimali akkwatiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/221/UE tal-15 ta’ April 2010 li tapprova miżuri nazzjonali biex jiġi limitat l-impatt ta’ ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura u annimali akkwatiċi selvaġġi b’konformità mal-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/88/KE (2) tippermetti li ċerti Stati Membri japplikaw restrizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq u għall-importazzjoni fuq kunsinni ta’ dawk l-annimali sabiex jevitaw l-introduzzjoni ta’ ċertu mard, inkluża l-viremija tar-rebbiegħa tal-karpjuni (SVC), sakemm l-Istati Membri wrew li huma, jew ċerti żoni demarkati, ħielsa mill-marda kkonċernata (“żoni ħielsa mill-mard”) jew li stabbilixxew programm ta’ qerda biex jiksbu t-tali ħelsien. |
|
(2) |
L-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/221/UE jelenka ż-żoni li huma ħielsa mill-mard u l-Anness II tagħha jelenka ż-żoni bi programmi ta’ qerda approvati. |
|
(3) |
L-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/221/UE attwalment jelenka lill-Gran Brittanja bħala żona tar-Renju Unit bi programm ta’ qerda approvat għall-SVC. Dak l-Istat Membru issa ressaq informazzjoni li turi li l-programm ta’ qerda tiegħu tlesta b'suċċess u li l-Gran Brittanja għandha titqies bħala ħielsa mill-SVC u tiġi elenkata fl-Anness I, minflok l-Anness II, ta’ dik id-Deċiżjoni fir-rigward ta’ dik il-marda. |
|
(4) |
L-Ungerija ressqet applikazzjonijiet lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni ta’ miżuri nazzjonali fir-rigward tal-SVC. L-Ungerija wettqet ukoll sorveljanza mmirata tal-SVC għall-aħħar sentejn li wriet li t-territorju kollha tagħha huwa ħieles mill-SVC. L-Ungerija għalhekk għandha tiġi elenkata fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2010/221/UE bħala ħielsa mill-SVC. |
|
(5) |
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2010/221/UE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2010/221/UE għandhom jiġu sostitwiti bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2010/221/UE għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej:
“ANNESS I
L-Istati Membri u ż-żoni li huma meqjusa ħielsa mill-mard elenkat fit-tabella u approvati biex jieħdu miżuri nazzjonali biex jevitaw l-introduzzjoni ta' dak il-mard skont l-Artikolu 43(2) tad-Direttiva 2006/88/KE
|
Marda |
Stat Membru |
Kodiċi |
Id-demarkazzjoni ġeografika taż-żona b'miżuri nazzjonali approvati |
|
Il-viremija tar-rebbiegħa tal-karpjuni (SVC) |
Id-Danimarka |
DK |
It-territorju kollu |
|
L-Irlanda |
IE |
It-territorju kollu |
|
|
L-Ungerija |
HU |
It-territorju kollu |
|
|
Il-Finlandja |
FI |
It-territorju kollu |
|
|
L-Isvezja |
SE |
It-territorju kollu |
|
|
Ir-Renju Unit |
UK |
It-territorju kollu tar-Renju Unit; it-territorji ta' Guernsey, Jersey u l-Isle of Man. |
|
|
Mard batteriku tal-kliewi (BKD) |
L-Irlanda |
IE |
It-territorju kollu |
|
Ir-Renju Unit |
UK |
It-territorju tal-Irlanda ta' Fuq; it-territorji ta' Jersey u l-Isle of Man. |
|
|
Vajrus tan-Nekrożi Pankreatika Infettiva (IPN) |
Il-Finlandja |
FI |
Il-partijiet kontinentali tat-territorju |
|
L-Isvezja |
SE |
Il-partijiet kontinentali tat-territorju |
|
|
Ir-Renju Unit |
UK |
It-territorju tal-Isle of Man |
|
|
Infezzjoni bil- Gyrodactylus salaris (GS) |
L-Irlanda |
IE |
It-territorju kollu |
|
Il-Finlandja |
FI |
Iż-żoni tal-ġbir tal-ilma ta' Tenojoki u Näätämönjoki; Iż-żoni tal-ġbir tal-ilma ta' Paatsjoki, Luttojoki, u Uutuanjoki huma kkunsidrati bħala żoni ta' lqugħ. |
|
|
Ir-Renju Unit |
UK |
It-territorju kollu tar-Renju Unit; it-territorji ta' Guernsey, Jersey u l-Isle of Man. |
“ANNESS II
L-Istati Membri u ż-żoni bi programmi ta’ qerda fir-rigward ta’ ċertu mard fl-annimali tal-akkwakultura, u approvati sabiex jieħdu miżuri nazzjonali biex jikkontrollaw dak il-mard skont l-Artikolu 43(2) tad-Direttiva 2006/88/KE
|
Marda |
Stat Membru |
Kodiċi |
Id-demarkazzjoni ġeografika taż-żona b'miżuri nazzjonali approvati |
|
Mard batteriku tal-kliewi (BKD) |
Il-Finlandja |
FI |
Il-partijiet kontinentali tat-territorju |
|
L-Isvezja |
SE |
Il-partijiet kontinentali tat-territorju |
|
|
Ir-Renju Unit |
UK |
It-territorju tal-Gran Brittanja |
|
|
Vajrus tan-Nekrożi Pankreatika Infettiva (IPN) |
L-Isvezja |
SE |
Il-partijiet kostali tat-territorju |