8.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 322/42


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Novembru 2010

għan-nomina tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-sena 2015 fil-Belġju

(2010/757/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li jistabbilixxi azzjoni Komunitarja għall-avveniment tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura għas-snin 2007 sa 2019 (1), partikolarment l-Artikolu 9(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-rapporti tal-Bord tal-Għażla ta’ Frar 2010 dwar il-proċess tal-għażla tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura fil-Belġju,

Billi:

Filwaqt li qies li l-kriterji msemmija fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE huma mwettqa bis-sħiħ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Mons ġiet innominata bħala “Il-Kapitali Ewropea tal-Kultura 2015” fil-Belġju.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

F. LAANAN


(1)  ĠU L 304, 3.11.2006, p. 1.