4.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 318/49 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-3 ta’ Diċembru 2010
li tistabbilixxi l-bilanċ finali li għandu jitħallas jew li għandu jkun irkuprat malli jagħlaq il-programm fil-qasam tal-programmi ta’ żvilupp rurali tranżizzjonali ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (l-FAEGG) mill-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja u s-Slovakkja
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 8471)
(It-testi bl-Estonjan, bil-Grieg, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Polakk u bis-Slovakk biss huma awtentiċi)
(2010/750/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 27/2004 tal-5 ta’ Jannar 2004 li jwaqqaf ir-regoli ddettaljati għat-tħaddim tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 dwar l-iffinanzjar mit-Taqsima tal-Garanziji tal-FAEGG tal-miżuri tal-iżvilupp rurali fir-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(4) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 32(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999 tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar is-sostenn għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Gwida u Garanzija (FAEGG) u li jemenda u jħassar ċerti Regolamenti (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 47(3) tiegħu,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat għall-Fondi Agrikoli,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/984/UE (4) stabbilixxiet il-bilanċ finali li għandu jitħallas jew li għandu jkun irkuprat minħabba l-għeluq tal-programm fil-qasam tal-programmi ta’ żvilupp rurali tranżizzjonali ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG) mir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija u s-Slovenja. |
(2) |
Fuq il-bażi tal-kontijiet annwali mressqin mill-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja u s-Slovakkja dwar in-nefqa fil-qasam tal-mizuri tal-iżvilupp rurali, flimkien mal-informazzjoni meħtieġa, il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (5) kienu approvati għas-snin finanzjarji tal-2005 (6), l-2006 (7), l-2007 (8), l-2008 (9) u l-2009 (10). Id-deċiżjonijiet ta’ approvazzjoni rispettivi ġew adottati. |
(3) |
Id-data tal-eliġibbiltà finali għall-programmi tal-Istrument Temporanju tal-Iżvilupp Rurali (is-STŻR) ġiet stabbilita għall-31 ta’ Diċembru 2008. Estensjoni tad-data tal-eliġibbiltà finali ngħatat lill-Estonja, lil Malta u lis-Slovakkja. L-ispejjeż imġarrba bejn is-16 ta’ Ottubru 2008 u t-30 ta’ Ġunju 2009 ġew iddikjarati fil-kontijiet annwali tal-2009; għalhekk, id-deċiżjonijiet tal-approvazzjoni tal-kontijiet imsemmija hawn fuq japprovaw in-nefqa sħiħa mġarrba taħt dawn il-programmi. |
(4) |
L-Artikolu 32(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 jipprovdi li l-ħlasijiet totali kkombinati li jsiru fir-rigward tal-programm, qabel il-ħlas tal-bilanċ finali, ma għandhomx jaqbżu l-95 % tal-impenn Komunitarju għall-programm. |
(5) |
Għan-nefqa għall-iżvilupp rurali koperta bl-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 27/2004, il-bilanċ finali li għandu jitħallas jew li għandu jkun irkuprat għandu jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-aħħar deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-kontijiet u fuq informazzjoni addizzjonali pprovduta mill-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja u s-Slovakkja skont il-premessa (6) t’hawn taħt. |
(6) |
Fid-dawl tal-għeluq tal-programmi ta’ Żvilupp Rurali Tranżizzjonali, l-Istati Membri kkonċernati ntalbu jipprovdu informazzjoni dwar id-djun pendenti fir-rigward tal-programmi. Id-dejta dwar id-djun kienet ivverifikata u kkunsidrata mill-Kummissjoni meta ġie kkalkulat il-bilanċ finali. |
(7) |
Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-Deċiżjoni ma tagħmilx ħsara lil deċiżjonijiet meħuda sussegwentement mill-Kummissjoni li jeskludu mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea nefqa li ma jiġix effettwat skont ir-regoli tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-ammonti tal-bilanċ finali li jistgħu jkunu rkuprati minn kull Stat Membru jew li għandhom jitħallas lilu skont din id-Deċiżjoni fil-qasam tal-miżuri tal-iżvilupp rurali applikabbli fl-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja u s-Slovakkja, huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-deċiżjoni tiddetermina l-bilanċi finali tal-programmi ta’ Żvilupp Rurali Tranżizzjonali li jibqa’ ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (l-FAEGG).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Estonja, lir-Repubblika ta’ Ċipru, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lir-Repubblika ta’ Malta, lir-Repubblika tal-Polonja u lir-Repubblika Slovakka.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Dacian CIOLOŞ
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 161, 26.6.1999, p. 1.
(3) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 80.
(4) ĠU L 338, 19.12.2009, p. 95.
(5) ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.
(6) ĠU L 118, 3.5.2006, p. 20 u ĠU L 122, 11.5.2007, p. 47.
(7) ĠU L 122, 11.5.2007, p. 41 u ĠU L 139, 29.5.2008, p. 54.
(8) ĠU L 139, 29.5.2008, p. 25; ĠU L 33, 3.2.2009, p. 31 u ĠU L 34, 5.2.2010, p. 30.
(9) ĠU L 111, 5.5.2009, p. 35 u ĠU L 36, 9.2.2010, p. 27.
(10) ĠU L 112, 30.4.2010, p. 10.
ANNESS
Programmi tas-STŻR: Nefqa ddikjarata għall-2000 sal-2006, bilanċ finali u nuqqas ta' impenn tal-kofinanzjament tal-UE
(f'EUR) |
||||||||
Stati Membri ġodda |
EE |
CY |
LV |
LT |
MT |
PL |
SK |
|
Nefqa ddikjarata għall-2004 sal-2009 |
||||||||
A |
Ammont totali impenjat għall-programm |
150 500 000,00 |
74 800 000,00 |
328 100 000,00 |
489 500 000,00 |
26 900 000,00 |
2 866 400 000,00 |
397 100 000,00 |
B |
Nefqa eliġibbli mġarrba mill-Istati Membri sal-15 ta' Ottubru 2009 |
150 248 896,61 |
74 751 757,19 |
327 974 003,26 |
489 455 652,85 |
27 258 271,08 |
2 865 928 297,23 |
400 572 246,92 |
C |
Nefqa approvata annwalment |
|
|
|
|
|
|
|
Fl-2004 |
|
|
|
|
|
|
|
|
Fl-2005 |
40 250 337,00 |
5 089 164,32 |
71 209 552,00 |
108 795 351,22 |
6 464 227,06 |
490 115 738,88 |
91 734 583,46 |
|
Fl-2006 |
42 408 371,67 |
24 796 690,13 |
95 213 650,83 |
140 012 181,61 |
7 939 611,15 |
1 149 556 890,99 |
117 633 325,77 |
|
Fl-2007 |
40 720 193,48 |
17 817 990,09 |
110 967 368,28 |
156 247 750,70 |
4 148 025,92 |
1 085 818 964,54 |
144 596 146,16 |
|
Fl-2008 |
24 148 768,74 |
17 570 826,20 |
46 986 857,87 |
79 148 259,37 |
2 241 670,14 |
121 595 191,28 |
39 259 760,34 |
|
Fl-2009 |
2 721 225,72 |
9 474 074,82 |
2 607 932,10 |
4 033 561,97 |
5 102 120,76 |
12 361 738,57 |
7 348 431,19 |
|
Nefqa totali approvata għall-2004 sal-2009 |
150 248 896,61 |
74 748 745,56 |
326 985 361,08 |
488 237 104,87 |
25 895 655,03 |
2 859 448 524,26 |
400 572 246,92 |
|
Bilanċ finali u nuqqas ta' impenn tal-kofinanzjament tal-UE (is-sitwazzjoni fl-għeluq) |
||||||||
D |
Nefqa totali eliġibbli (l-iktar baxxa minn fost A, B jew C) |
150 248 896,61 |
74 748 745,56 |
326 985 361,08 |
488 237 104,87 |
25 895 655,03 |
2 859 448 524,26 |
397 100 000,00 |
E |
Minnha naqqas: irregolaritajiet irkuprati mill-Istati Membri li għandhom jitnaqqsu mill-bilanċ finali |
317 991,79 |
737 013,13 |
451 269,19 |
360 798,14 |
393 589,63 |
4 465 986,89 |
7 282,74 |
F |
Nefqa totali eliġibbli li għandha tiġi rrimburżata (D-E) |
149 930 904,82 |
74 011 732,43 |
326 534 091,89 |
487 876 306,73 |
25 502 065,40 |
2 854 982 537,37 |
397 092 717,26 |
G |
Minnha naqqas: ħlasijiet bil-quddiem |
24 080 000,00 |
11 968 000,00 |
52 496 000,00 |
78 320 000,00 |
4 304 000,00 |
458 624 000,00 |
63 536 000,00 |
H |
Minnha naqqas: ħlasijiet intermedji li saru diġà |
118 894 999,00 |
59 092 000,00 |
259 199 000,00 |
386 705 000,00 |
21 251 000,00 |
2 264 456 000,00 |
313 708 999,00 |
I |
Ħlas jew irkupru tal-bilanċ finali nett (F-G-H) |
6 955 905,82 |
2 951 732,43 |
14 839 091,89 |
22 851 306,73 |
–52 934,60 |
131 902 537,37 |
19 847 718,26 |