|
27.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 312/31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-26 ta’ Novembru 2010
fuq il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar l-emenda tal-Anness 6 għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli
(2010/724/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-Ftehim dwar Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika, tal-4 ta’ April 2002 dwar il-konklużjoni tas-sebà ftehim mal-Konfederazzjoni Svizzera (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar kummerċ fi prodotti agrikoli (2) (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim dwar l-Agrikoltura”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2002. |
|
(2) |
L-Artikolu 6 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura jistabbilixxi Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura responsabbli mill-amministrazzjoni tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura u jiżgura li l-ftehim jitħaddem bla xkiel. |
|
(3) |
L-Artikolu 11 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura jippermetti lill-Kumitat Konġunt biex permezz ta’ deċiżjoni jemenda l-Annessi u l-Appendiċijiet mal-Annessi tal-Ftehim. |
|
(4) |
Il-Kumitat Konġunt riċentament iddecieda li jemenda l-Artikoli 2 u 3 tal-Appendiċijiet 1, 2, 3 u 4 mal-Anness 6 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura. |
|
(5) |
L-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni 2002/309/KE jistipula li biex tiġi adottata l-pożizzjoni tal-Unjoni dwar deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt biex jemenda l-Anness 6 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura, il-Kummissjoni għandha timxi mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 4 u 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE (3) Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal tal-Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Oltikoltura u l-Foresterija stabbilit bl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 66/399/KEE (4). |
|
(6) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea li għandha tittieħed mill-Kummissjoni fil-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura dwar l-emendi għall-Anness 6 tal-Ftehim dwar l-Agrikoltura għandhom ikunu definiti minn din id-Deċiżjoni. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal tal-Propagazzjoni għall-Agrikoltura, l-Oltikoltura u l-Foresterija, |
IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea li għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni fil-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura stabbilit bl-Artikolu 6 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli għandha tissejjes fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura anness ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Id-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea wara l-adozzjoni.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2010
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 1.
(2) ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.
ANNESS
Proposta għal
ID-DEĊIŻJONI Nru …/2010 TAL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA STABBILIT MILL-FTEHIM BEJN IL-KOMUNITÀ EWROPEA U L-KONFEDERAZZJONI SVIZZERA DWAR IL-KUMMERĊ FI PRODOTTI AGRIKOLI
ta' …
dwar l-emendi għall-Anness 6
(…/…/…)
IL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA,
Wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli, u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002. |
|
(2) |
L-Anness 6 jikkonċerna żrieragħ u materjal tat-tnissil ta' speċi agrikoli, ta' ħxejjex, ta' frott u ta' pjanti ornamentali u ta' dwieli. L-imsemmi Anness 6 huwa supplimentat b’erba’ appendiċijiet. |
|
(3) |
L-Appendiċijiet mal-Anness 6 ġew sostwiti għall-ewwel darba mid-Deċiżjoni Nru 4/2004 tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura, mehmuż mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/660/KE (1) |
|
(4) |
L-Appendiċi 1, sezzjoni 1, tiddefinixxi l-leġislazzjoni taż-żewġ partijiet u tirrikonoxxi li l-ħtiġijiet preskritti f’dawk il-leġislazzjonijiet għandhom l-istess effetti. |
|
(5) |
L-Appendiċi 2 tagħti lista tal-ispezzjoni taż-żerriegħa u l-korpi taċ-ċertifikazzjoni tal-Partijiet. |
|
(6) |
L-Appendiċi 3 tagħti lista ta' derogi awtorizzati mill-Unjoni Ewropea u mill-Isvizzera. |
|
(7) |
L-Appendiċi 4 tagħti lista ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti miż-żewġ partijiet minn fejn iż-żerriegħa tista’ tiġi importata. Barra minn dan din tiddefinixxi l-ispeċi konċernati u l-ambitu tar-rikonoxximent. |
|
(8) |
Il-Partijiet ikkunsidraw li kien hemm bżonn ta' simplifikazzjoni tal-Appendiċi 2 li telenka l-korpi imsemmija fl-Artikolu 2(3) u l-Artikolu 3(1). |
|
(9) |
Il-Partijiet qiesu li d-dispożizzjonijiet leġiżlattivi rispettivi tagħhom dwar il-materjali tat-tnissil tad-dwieli qed jiksbu l-istess effetti. |
|
(10) |
Il-Partijiet ikkommettew irwieħhombiex jiżguraw li l-kontrolli mal-fruntieri fuq żrieragħ tal-ispeċi li għalihom il-Partijiet irrikonoxxew il-konformità tal-leġislazzjoni tagħhom, elenkati fl-Appendiċi 1, sezzjoni 1, għandhom jiġu mneħħija |
|
(11) |
Sa mid-dħul fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2004, tad-Deċiżjoni Nru 4 imsemmija fuq, id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi tal-Partijiet elenkati fl-Appendiċijiet 1, 3 u 4 ġew emendati f'oqsma li jaffettwaw il-Ftehim. |
|
(12) |
Wara t-tkabbir tal-Unjoni Ewropea, il-listi tal-pajjiżi terzi rikonoxxuti miż-żewġ partijiet għandhom jiġu emendati. |
|
(13) |
L-Artikoli 2 u 3 u l-Appendiċijiet 1, 2, 3 u 4 mal-Anness 6 għandhom għalhekk jiġu emendati sabiex jikkunsidraw dawn it-tibdiliet varji, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
L-Artikolu 2(3) huwa mibdul b’dan li ġej:
“3. L-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni għandhom ikunu elenkati fl-Appendiċi 2. Lista tal-korpi responsabbli mill-kontrolli tal-konformità, aġġornata regolarment, tista' tinkiseb mill-Awtoritajiet imsemmija fl-Appendiċi 2.”
Artikolu 2
L-Artikolu 3(1) huwa mibdul b'dan li ġej:
“1. Kull Parti għandha tirrikonoxxi, fir-rigward tal-ispeċi koperti mill-leġislazzjoni elenkata fis-sezzjoni 2 tal-Appendiċi 1, iċ-ċertifikati kif inhuma definiti fil-paragrafu 2 li saru skont il-leġislazzjoni tal-ieħor mill-korpi imsemmija fl-Artikolu 2(3).”
Artikolu 3
L-Appendiċijiet mal-Anness 6 tal-Ftehim huma b'dan mibdula bit-testi tal-Appendiċijiet annessi ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2011.
Magħmul fi Brussell, …
Għall-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura
Il-President u l-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea
Paul VAN GELDORP
Il-Kap tad-Delegazzjoni Svizzera
Jacques CHAVAZ
Is-segretarju tal-Kumitat
Malgorzata SLIWINSKA-KLENNER
Appendiċi 1
LEĠISLAZZJONI (2)
Sezzjoni 1 (rikonoxximent tal-konformità tal-leġislazzjoni)
A. DISPOŻIZZJONIJIET TAL-UNJONI
1. Atti leġislattivi
Id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE tal-14 ta' Ġunju 1966 dwar it-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa ta' pjanti tal-għalf (ĠU 125, 11.7.1966, p. 2298/66).
Id-Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-14 ta' Ġunju 1966 dwar il-marketing [it-tqegħid fis-suq] taż-żerriegħa tal-ġwież [taċ-ċereali] (ĠU 125, 11.7.1966, p. 2309/66).
Id-Direttiva tal-Kunsill 68/193/KEE tad-9 ta' April 1968 dwar il-marketing [it-tqegħid fis-suq] ta' materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja (ĠU L 93, 17.4.1968, p. 15).
Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-varjetajiet komuni ta' katalgi ta' speċi ta' pjanti agrikoli (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 1).
Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/54/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-bejgħ [tqegħid] fis-suq ta' żerriegħa tal-pitravi (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 12).
Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-bejgħ [it-tqegħid] fis-suq tal-patata taż-żerriegħa (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 60).
Id-Direttiva tal-Kunsill 2002/57/KE tat-13 ta' Ġunju 2002 dwar il-marketing [it-tqegħid fis-suq] taż-żerriegħa ta' pjanti taż-żejt u tal-fibra (ĠU L 193, 20.7.2002, p. 74).
2. Atti mhux leġislattivi
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 80/755/KEE tas-17 ta' Lulju 1980 li tawtorizza stampar li ma jitħassarx ta' informazzjoni preskritta fuq pakketti ta' żerriegħa taċ-ċereali (ĠU L 207, 9.8.1980, p. 37).
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 81/675/KEE tat-28 ta' Lulju 1981 li tistabbilixxi li ċerti sistemi ta' siġillar huma sistemi li ma jistgħux jerġgħu jintużaw skont it-tifsira tad-Direttivi tal-Kunsill 66/400/KEE, 66/401/KEE, 66/402/KEE, 69/208/KEE u 70/458/KEE (ĠU L 246, 29.8.1981, p. 26).
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 93/17/KEE tat-30 ta' Marzu 1993 li tistabbilixxi gradi ta' patata taż-żerriegha bażika tal-Komunità, flimkien mal-kundizzjonijiet u marki applikabbli għal dawn il-gradi (ĠU L 106, 30.4.1993, p. 7).
Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/125/KE tal-24 ta' Jannar 1997 li tawtorizza l-istampar li ma jitħassarx tat-tagħrif preskritt fuq il-pakketti taż-żerriegħa tal-pjanti taż-żejt u l-ħjut [u tal-fibra] u li temenda d-Deċiżjoni 87/309/KEE li tawtorizza l-istampar li ma jitħassarx tat-tagħrif preskritt fuq il-pakketti ta' ċerti speċi ta' pjanti tal-għalf (ĠU L 48, 19.2.1997, p. 35).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 dwar l-ekwivalenza tal-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa fil-pajjiżi terzi fuq l-uċuħ tar-raba’ li jipproduċu ż-żerriegħa u dwar l-ekwivalenza taż-żerriegħa prodotta fil-pajjiżi terzi (OJ L 8, 14.1.2003, p. 10).
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2003/90/KE tas-6 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi miżuri ta' implimentazzjoni għall-iskopijiet tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/53/KE fir-rigward tal-karatteristiċi li għandhom jiġu koperti bħala minimu mill-eżami u l-kondizzjonijiet minimi għall-eżami ta' ċerti varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli (ĠU L 254, 8.10.2003, p. 7).
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/266/KE tas-17 ta' Marzu 2004 li tawtorizza l-istampar li ma jitħassarx ta' informazzjoni preskritta fuq pakketti li jkun fihom iż-żerriegħa ta' pjanti tal-għalf (ĠU L 83, 20.3.2004, p. 23.
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2004/29/KE tal-4 ta' Marzu 2004 dwar id-determinazzjoni tal-karatteristiċi u kondizzjonijiet minimi għall-ispezzjoni ta' varjetajiet ta' dwieli (ĠU L 71, 10.3.2004, p. 22).
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/842/KE tal-1 ta' Diċembru 2004 rigward l-implimentar ta' regolamentazzjoni li biha l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa li tappartjeni għal varjetajiet li għalihom ġiet sottomessa applikazzjoni għad-dħul fil-katalogu nazzjonali ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli jew speċi veġetali (ĠU L 362, 9.12.2004, p. 21).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/834/KE tat-8 ta' Novembru 2005 dwar l-ekwivalenza tal-kontrolli, rigward il-prattika għaż-żamma ta' varjetajiet, imwettqa f'pajjiżi terzi u li temenda d-Deċiżjoni 2003/17/KE (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 51).
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/47/KE tat-23 ta' Mejju 2006 li tistipula kundizzjonijiet speċjali rigward il-preżenza tal-Avena fatua fiż-żrieragħ taċ-ċereali (ĠU L 136, 24.5.2006, p. 18).
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/124/KE tat-18 ta' Diċembru 2008 li tillimita l-bejgħ [it-tqeghid fis-suq] taż-żerriegħa ta' ċertu speċi ta' magħlef [pjanti tal-għalf] u [pjanti] taż-żejt u tal-fibra għaż-żerriegħa li ġiet uffiċjalment iċċertifikata bħala żerriegħa bażika jew żerriegħa ċertifikata (ĠU L 340, 19.12.2008, p. 73).
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 637/2009 tat-22 ta' Lulju 2009 li jwaqqaf regoli ta' implimentazzjoni dwar l-adattabilità tad-denominazzjonijiet ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli u speċi ta' ħxejjex (ĠU L 191, 23.7.2009, p. 10).
B. DISPOŻIZZJONIJIET SVIZZERI (3)
Il-Liġi Federali tad-29 ta' April 1998 dwar l-agrikoltura (RS 910.1).
L-Ordinanza tas-7 ta' Diċembru 1998 dwar il-produzzjoni u d-dħul fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa ta' materjal tat-tnissil ta' pjanti (RS 916 151).
L-Ordinanza DFE tas-7 ta' Diċembru 1998 dwar żrieragħ u nebbieta ta' speċi tal-uċuħ tar-raba’ maħduma u pjanti tal-għalf (RS 916 151.1).
L-Ordinanza OFAG tas-7 ta' Diċembru 1998 dwar il-katalogu tal-varjetajiet ta' ċereali, patata, pjanti tal-għalf, pjanti taż-żejt u tal-fibra u pitravi (RS 916 151.6).
L-Ordinanza DFE tat-2 ta' Novembru 2006 dwar il-produzzjoni u d-dħul fiċ-ċirkulazzjoni ħielsa ta' materjal tat-tnissil tad-dwieli (RS 916 151.3).
Sezzjoni 2 (rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati)
A. DISPOŻIZZJONIJIET TAL-UNJONI
1. Atti leġislattivi
—
2. Atti mhux leġislattivi
—
B. DISPOŻIZZJONIJIET SVIZZERI
—
C. ĊERTIFIKATI MEĦTIEĠA GĦALL-IMPORTAZZJONI
—
Appendiċi 2
L-AWTORITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2 PARAGRAFU 3
A. L-UNJONI EWROPEA
IL-BELĠJU
|
Bureau de Coordination Agricole/Landbouwbureau |
|
BCA/LB |
|
Rue du Progrès 50/Vooruitgangstraat 50 |
|
City Atrium, 6ème étage/6de verdieping |
|
1210 BRUXELLES/BRUSSEL |
|
indirizz elettroniku: BCA-LB-COORD@spw.wallonie.be |
IL-BULGARIJA
|
Executive Agency of Variety Testing, |
|
Field Inspection and Seed Control |
|
125, Tzarigradsko Shosse Blvd. |
|
1113 Sofia |
|
BULGARIA |
|
Tel. + 359 2 870 03 75 |
|
Faks: + 359 2 870 65 17 |
|
indirizz elettroniku: iasas@iasas.government.bg |
IR-REPUBBLIKA ĊEKA
|
Central Institute for Supervising and Testing in Agriculture (Ústřední kontrolní a zkušební ústav zemědělský) |
|
Division of Seed Materials and Planting Stock (Odbor osiv a sadby) |
|
Za Opravnou 4 |
|
CZ-150 06 Praha 5 – Motol |
ID-DANIMARKA
|
Ministry of Food, Agriculture and Fisheries |
|
Plant Directorate |
|
Skovbrynet 20 |
|
DK-2800 Kgs. Lyngby |
|
Tel. + 45 45 26 36 00 |
|
Faks: + 45 45 26 36 10 |
|
indirizz elettroniku: meb@pdir.dk |
IL-ĠERMANJA
|
Bundessortenamt |
|
Osterfelddamm 80 |
|
30627 Hannover |
|
Tel. + 49511-9566-50 |
|
Faks: + 49511 9566-9600 |
|
indirizz elettroniku: BSA@bundessortenamt.de |
L-ESTONJA
|
Agricultural Board |
|
Teaduse 2 |
|
Saku 75501 Harju county |
|
ESTONIA |
|
Faks ġenerali: + 372 6712 604 |
IL-GREĊJA
|
Ministry of Rural Development and Food |
|
Directorate of Plant Production Inputs |
|
6, Kapnokoptiriou Str |
|
Athens 10433 |
|
Greece |
|
Tel. + 302102124199, |
|
Faks: + 302102124137 |
|
indirizz elettroniku: ax2u017@minagric.gr |
SPANJA
|
Oficina Española de Variedades Vegetales |
|
Ministerio de Medio Ambiente y Medio Rural y Marino |
|
c/Alfonso XII, 62 |
|
28014 Madrid |
|
Tel. + 34913476659 |
|
Faks: + 34913476703 |
FRANZA
|
GNIS-Service Officiel de Contrôle et de Certification |
|
44, rue du Louvre |
|
F - 75001 PARIS |
|
Tel. + 33 (0) 1 42 33 76 93 |
|
Faks: + 33 (0) 1 40 28 40 16 |
L-IRLANDA
|
Department of Agriculture, Fisheries and Food |
|
Seed Certification Division |
|
Backweston Farm |
|
Leixlip |
|
Co. Kildare |
|
Republic of Ireland |
|
Tel. + 353 1 6302900 |
|
Faks: + 353 1 6280634 |
L-ITALJA
|
Ente Nazionale Sementi Elette (ENSE), |
|
Via Ugo Bassi |
|
N. 8 20159 MILAN |
|
ITALY |
|
indirizz elettroniku: aff-gen@ense.it |
ĊIPRU
|
Ministry of Agriculture |
|
Natural Resources and Environment, |
|
Department of Agriculture |
|
Indirizz elettroniku: doagrg@da.moa.gov.cy |
|
Tel. 00357 22 466249 |
|
Faks: 00357 22 343419 |
IL-LATVJA
|
State Plant Protection Service |
|
Seed Control Department |
|
Lielvardes street 36/38 |
|
Riga, LV – 1006 |
|
Tel. + 371-67113262 |
|
Fax + 371-67113085 |
|
e-mail: info@vaad.gov.lv |
IL-LITWANJA
|
Ministry of Agriculture |
|
State Seed and Grain Service |
|
Ozo 4 A, |
|
LT-08200 Vilnius |
|
Tel./Faks: (+ 370 5) 2375631 |
IL-LUSSEMBURGU
|
Ministère de l'Agriculture |
|
Administration des Services Techniques de l'Agriculture |
|
Service de la Production Végétale |
|
BP 1904 |
|
L-1019 Lussemburgu |
|
Tel. + 352-457172-234 |
|
Faks: + 352-457172-341 |
L-UNGERIJA
|
Central Agricultural Office |
|
Directorate of Plant Production and Horticulture |
|
1024 Budapest |
|
Keleti Károly u. 24. |
|
HUNGARY |
|
Tel. + 36 06 1 336 9114 |
|
Faks: + 36 06 1 336 9011 |
MALTA
|
Ministry for Resources and Rural Affairs |
|
Plant Health Department |
|
Seeds and other Propagation Material Unit |
|
National Research and Development Centre |
|
Għammieri, Marsa MRS 3300 |
|
MALTA |
|
Tel. + 356 25904153 |
|
Faks: + 356 25904120. |
|
indirizz elettroniku: spmu.mrra@gov.mt |
IL-PAJJIŻI L-BAXXI
|
Ministry of Agriculture, Nature and Food Quality |
|
postbox 20401 |
|
2500 EK The Hague Netherlands |
|
Tel. + 31 70 3785776 |
|
Faks: + 31 70 3786156 |
L-AWSTRIJA
|
Federal Office for Food Safety (Bundesamt für Ernährungssicherheit), |
|
Seed Certification Department |
|
Spargelfeldstraße 191 |
|
A-1220 Vienna |
|
Tel. + 43 50555 31121 |
|
Faks: + 43 50555 34808 |
|
indirizz elettroniku: saatgut@baes.gv.at |
IL-POLONJA
|
Plant Health and Seed Inspection Service |
|
General Inspectorate |
|
Al. Jana Pawła II 11, 00-828 Warszawa |
|
Tel. 22 652-92-90, 22 620-28-24, 22 620-28-25 |
|
Faks: 22 654-52-21 |
|
indirizz elettroniku: gi@piorin.gov.pl |
IL-PORTUGALL
|
Direcção-Geral de Agricultura e Desenvolvimento Rural |
|
Direcção de Serviços de Fitossanidade e de Materiais de Propagação de Plantas |
|
Edifício 1, Tapada da Ajuda |
|
1349-018 Lisboa |
|
Tel. + 351 21 361 20 00 |
|
Faks: + 351 21 361 32 77/22 |
IR-RUMANIJA
|
National Inspection for Quality of Seeds |
|
Ministry of Agriculture and Rural Development |
|
24 Blvd. Carol I, 70044 Bucharest |
|
Romania |
|
Tel. + 40 21 3078663 |
|
Faks: + 40 21 3078663 |
|
Indirizz elettroniku: incs@madr.ro |
IS-SLOVENJA
|
Ministry for Agriculture, |
|
Forestry and Food |
|
Phytosanitary Administration of the Republic of Slovenia |
|
Einspielerjeva 6 |
|
1000 Ljubljana |
IR-REPUBBLIKA SLOVAKKA
|
Seed inspection and certification body of the Slovak Republic |
|
Ústredný kontrolný a skúšobný ústav poľnohospodársky v Bratislave (UKSUP), |
|
odbor osív a sadív |
|
Central Controlling and Testing Institute in Agriculture in Braislava, |
|
Department of Seeds and Planting Materials |
|
Matúškova 21 |
|
833 16 Bratislava |
|
Slovenská Repubblika |
|
Tel. + 421259880255 |
IL-FINLANDJA
|
Ministry of Agriculture and Forestry |
|
Department of Food and Health |
|
PO Box 30 |
|
FI - 00023 GOVERNMENT |
|
FINLAND |
|
Tel. + 358-9-16001 |
|
Faks + 358-9-1605 3338 |
|
Indirizz elettroniku: elo.kirjaamo@mmm.fi |
L-ISVEZJA
|
Swedish Board of Agriculture (Jordbruksverket) |
|
Seed Division |
|
Box 83 |
|
SE-268 22 Svalöv |
|
SWEDEN |
|
Faks: + 46 - (0)36 - 15 83 08 |
|
Indirizz elettroniku: utsadeskontroll@jordbruksverket.se |
IR-RENJU UNIT
|
Food and Environment Research Agency |
|
Seed Certification Team |
|
Whitehouse Lane, Huntingdon Road |
|
Cambridge CB3 0LF |
|
Tel. + 44(0)1223 342379 |
|
Faks: + 44(0)1223 342386 |
|
Indirizz elettroniku: seed.cert@fera.gsi.gov.uk |
B. L-ISVIZZERA
|
Federal Office for Agriculture FOAG |
|
Certification, Plant Health and Variety Rights Service |
|
CH - 3003 Bern |
|
Tel. (41) 31 322 25 50 |
|
Faks: (41) 31 322 26 34 |
Appendiċi 3
DEROGI
Derogi tal-Unjoni Ewropea permessi mill-Isvizzera (4)
|
(a) |
li jeżentaw lil ċerti Stati Membri mill-obbligu li japplikaw id-Direttivi tal-Kunsill 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 2002/54/KE u 2002/57/KE fuq it-tqegħid fis-suq ta' żerriegħa ta' pjanti tal-għalf, ċereali dwieli pitravi u pjanti taż-żejt u l-fibra għal ċerti speċi:
|
|
(b) |
li jawtorizzaw lil ċerti Stati Membri li jirrestrinġu l-bejgħ ta' żerriegħa ta' ċerti varjetajiet (cf. Katalogu komuni ta' varjetajiet ta' speċi ta' pjanti agrikoli, it-28 edizzjoni kompluta, kolonna 4 (ĠU C 302 A, 12.12.2009, p. 1); |
|
(ċ) |
li jawtorizzaw lil ċerti Stati Membri li jadottaw dispożizzjonijiet aktar stretti rigward il-preżenza tal-Avena fatua fiż-żerriegħa taċ-ċereali:
|
|
(d) |
li jawtorizzaw, fir-rigward tal-bejgħ ta' patata taż-żriegħ fit-territorju kollu jew parti ta' ċerti Stati Membri, miżuri aktar iebsa kontra ċerti mard barra minn dawk previsti f'Annessi I u II tad-Direttiva tal-Kunsill 2002/56/KE:
|
|
(e) |
l-awtorizzazzjoni biex tistma l-konformità mal-istandards tal-purità tal-varjetà għal żerriegħa ta' varjetajiet uniklonali apomiktiċi ta' Poa pratensis kif ukoll fuq il-bażi tar-riżultati tal-ittestjar taż-żerriegħa u tan-nebbieta.
|
|
(f) |
l-awtirizzazzjoni li teħles lir-Renju Unit minn ċerti obbligi għall-applikazzjoni tad-Direttivi tal-Kunsill 66/402/KEE u 2002/57/KE fir-rigward tal- Avena strigosa Schreb.
|
|
(g) |
l-awtorizzazzjoni li teħles lil-Latvja minn ċerti obbligi biex japplika d-Direttivi tal-Kunsill 66/402/KEE u 2002/57/KE fir-rigward ta' Avena strigosa Schreb., Brassica nigra (L.) Koch u Helianthus annuus L.
|
Appendiċi 4
LISTA TA' PAJJIŻI TERZI (5)
|
|
l-Arġentina |
|
|
l-Awstralja |
|
|
il-Kanada |
|
|
iċ-Ċilì |
|
|
il-Kroazja |
|
|
l-Iżrael |
|
|
il-Marokk |
|
|
in-New Zealand |
|
|
is-Serbja u l-Montenegro |
|
|
l-Afrika t'Isfel |
|
|
it-Turkija |
|
|
l-Istati Uniti tal-Amerika |
|
|
l-Urugwaj |
(1) ĠU L 301, 28.9.2004, p. 55.
(2) Sakemm mhux indikat mod ieħor, kull referenza għal att, għandha tfisser dak l-att kif emendat qabel il-31.7.2010.
(3) Il-varjetajiet lokali awtorizzati għat-tqegħid fis-suq Svizzeru m'humiex koperti.
(4) Sakemm mhux indikat mod ieħor, kull referenza għal att, għandha tfisser dak l-att kif emendat qabel il-31.7.2010.
(5) L-għarfien hu bbażat fuq id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/17/KE (ĠU L 8, 14.1.2003, p. 10) dwar l-ispezzjonijiet fuq l-uċuħ tar-raba' li jipproduċu ż-żerriegħa u fuq iż-żerriegħa prodotta, u fuq id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/834/KE (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 51) għall-kontrolli rigward il-prattika għaż-żamma ta' varjetajiet. Il-Ftehim fuq iż-Żona Ekonomika Ewropea japplika fil-każ tan-Norveġja.