7.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 321/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-8 ta’ Novembru 2010

dwar l-approvazzjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Emenda għall-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral

(2010/717/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2), flimkien mal-Artkolu 218(6)(a), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-Konvenzjoni”), ġiet iffirmata f’Ottawa fl-24 ta’ Ottubru 1978 u daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1979, u b’hekk stabbilixxiet l-Organizzazzjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Majjistral (NAFO).

(2)

Il-Komunità aderixxiet għal din il-Konvenzjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3179/78 tat-28 ta’ Diċembru 1978 li jirrigwarda l-konklużjoni mill-Komunità Ekonomika Ewropea tal-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali Futura dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (1).

(3)

B’konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea.

(4)

Il-Kunsill Ġenerali tan-NAFO adotta l-Emenda fil-Laqgħat Annwali tiegħu fl-2007 u fl-2008 (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Emenda”). L-Emenda tirrevedi ħafna aspetti tal-Konvenzjoni bl-għan ewlieni li ssir aktar konformi ma’ konvenzjonijiet reġjonali u strumenti internazzjonali oħra aktar riċenti fil-qasam tas-sajd u sabiex tinkorpora kunċetti moderni dwar il-ġestjoni tas-sajd.

(5)

L-Emenda tikkontribwixxi għat-twettiq mill-Unjoni Ewropea tal-obbligi internazzjonali tagħha rigward is-sajd sostenibbli kif ukoll fil-kisba tal-objettivi tat-Trattat.

(6)

L-Emenda għandha tiġi approvata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Emenda għall-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-Emenda”) hija b’dan approvata f’isem l-Unjoni (2).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat biex jinnomina l-persuna bis-setgħa li tagħti n-notifika prevista fl-Artikolu XXI(3) tal-Konvenzjoni sabiex tintrabat l-Unjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

M. WATHELET


(1)  ĠU L 378, 30.12.1978, p. 1.

(2)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Emenda għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.


TRADUZZJONI

EMENDA GĦALL-KONVENZJONI DWAR IL-KOOPERAZZJONI MULTILATERALI FIL-ĠEJJIENI DWAR IS-SAJD FL-ATLANTIKU TAL-MAJJISTRAL

Il-Partijiet Kontraenti għall-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Majjistral (minn hawn ’il quddiem “Il-Konvenzjoni”) qablu kif ġej:

Artikolu 1

It-titlu tal-Konvenzjoni għandu jkun emendat biex jaqra kif ġej:

IL-KONVENZJONI DWAR IL-KOOPERAZZJONI FIS-SAJD FIL-MAJJISTRAL TAL-ATLANTIKU

Artikolu 2

Il-Preambolu tal-Konvenzjoni għandu jitħassar u jinbidel bil-Preambolu l-ġdid li ġej:

“Il-PARTIJIET KONTRAENTI,

FILWAQT LI JINNUTAW li l-Istati kostali tal-Majjistral tal-Atlantiku stabbilixxew żoni ekonomiċi esklussivi konformi mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 u l-liġi internazzjonali konswetudinarja, li fihom jeżerċitaw drittijiet sovrani għall-finijiet ta’ esplorazzjoni u sfruttament, konservazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi ħajjin;

FILWAQT LI JFAKKRU fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982, il-Ftehim għall-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tal-Istokkijiet tal-Ħut Transżonali u tal-Ħut li Jpassi Ħafna tal-4 ta’ Awwissu 1995, u l-Ftehim tal-FAO lejn il-Promozzjoni tal-Konformità mal-Miżuri Internazzjonali tal-Konservazzjoni u tal-Ġestjoni tal-Bastimenti tas-Sajd fl-Ibħra Miftuħa tal-24 ta’ Novembru 1993;

FILWAQT LI JIEĦDU KONT tal-Kodiċi ta’ Kondotta għas-Sajd Responsabbli adottat mit-28 Sessjoni tal-Konferenza tal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Biedja tan-Nazzjonijiet Uniti tal-31 ta’ Ottubru 1995 u strumenti relatati adottati mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Biedja tan-Nazzjonijiet Uniti;

FILWAQT LI JIRRIKONOXXU l-benefiċċji ekonomiċi u soċjali tal-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd;

FILWAQT LI JURU XEWQA li jippromovu l-konservazzjoni u l-użu sostenibbli fit-tul tar-riżorsi tas-sajd fil-Majjistral tal-Atlantiku;

KONXJI mill-bżonn ta’ kooperazzjoni u konsultazzjoni internazzjonali dwar dawk ir-riżorsi tas-sajd;

KONXJI li l-konservazzjoni u l-ġestjoni effettiva ta’ dawn ir-riżorsi tas-sajd għandhom ikunu bbażati fuq l-aqwa parir xjentifiku disponibbli u l-approċċ prekawzjonarju;

IMPENJATI sabiex japplikaw l-approċċ ekosistemiku għall-ġestjoni tas-sajd fil-Majjistral tal-Atlantiku li jinkludi l-protezzjoni tal-ambjent tal-baħar, il-konservazzjoni tad-bijodiversità tal-baħar, it-tnaqqis tar-riskju fit-tul jew tal-effetti avversi irriversibbli tal-attivitajiet tas-sajd, u filwaqt li titqies ir-relazzjoni bejn il-komponenti kollha tal-ekosistema;

IMPENJANTI UKOLL sabiex iwettqu attivitajiet tas-sajd responsabbli u jipprevjenu, jiskoraġġixxu u jeliminaw is-sajd IUU;

QABLU KIF ĠEJ:”

Artikolu 3

L-Artikoli I – XXI għandhom jitħassru u jitbiddlu bl-Artikoli l-ġodda li ġejjin:

“Artikolu I

Użu ta’ Termini

Għall-finijiet ta’ din il-Konvenzjoni:

(a)

‘il-Konvenzjoni tal-1982’ tfisser il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982;

(b)

‘il-Ftehim tal-1995’ tfisser il-Ftehim għall-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-Konservazzjoni u l-Ġestjoni tal-Istokkijiet tal-Ħut Transżonali u tal-Ħut li Jpassi Ħafna tal-4 ta’ Awwissu 1995;

(c)

‘Stat kostali’ tfisser Parti Kontraenti li għandha żona ekonomika esklussiva fiż-Żona tal-Konvenzjoni;

(d)

‘Parti Kontraenti’ tfisser:

(i)

kwalunkwe Stat jew organizzazzjoni reġjonali dwar l-integrazzjoni ekonomika li tkun tat il-kunsens tagħha biex tkun marbuta b’din il-Konvenzjoni u li għalih(a) il-Konvenzjoni tkun fis-seħħ; kif ukoll

(ii)

din il-Konvenzjoni tapplika mutatis mutandis għal kwalunkwe entità msemmija fl-Artikolu 305, il-paragrafu 1 c), d) u e) tal-Konvenzjoni tal-1982, li tinsab fit-Tramuntana tal-Atlantiku, u li ssir Parti ma’ din il-Konvenzjoni, u għalhekk ‘Parti Kontraenti’ tirreferi għal entitajiet bħal dawn.

(e)

‘Żona tal-Konvenzjoni’, tfisser iż-żona li għaliha tapplika l-Konvenzjoni, kif deskritt fl-Artikolu IV, il-paragrafu 1;

(f)

‘riżorsi tas-sajd’ tfisser il-ħut, il-molluski u l-krustaċji kollha fiż-Żona tal-Konvenzjoni minbarra:

(i)

speċijiet sedentarji li fuqhom l-Istati kostali jistgħu jeżerċitaw drittijiet sovrani skont l-Artikolu 77 tal-Konvenzjoni tal-1982; u

(ii)

safejn il-ġestjoni tagħhom tkun koperta minn trattati oħra internazzjonali, stokkijiet anadromi u katadromi u speċijiet li jpassu ħafna mniżżla fl-Anness I għall-Konvenzjoni tal-1982;

(g)

‘attivitajiet tas-sajd’ tfisser il-ħsad jew l-ipproċessar ta’ riżorsi tas-sajd, jew it-trażbord ta’ riżorsi tas-sajd jew prodotti meħuda minn riżorsi tas-sajd, jew kwalunkwe attività oħra bi preparazzjoni għal, jew b’appoġġ għal, jew relatat mal-ħsad ta’ riżorsi tas-sajd, inklużi:

(i)

it-tfittix, il-qbid jew teħid, kemm reali kif ukoll attentati, ta’ riżorsi tas-sajd;

(ii)

kwalunkwe attività li tkun mistennija b’mod raġonevoli li tirriżulta fil-pożizzjonament, il-qbid, it-teħid jew il-ħsad ta’ riżorsi tas-sajd għal kwalunkwe għan; kif ukoll

(iii)

kwalunkwe operazzjoni fuq il-baħar b’appoġġ ta’, jew bi preparazzjoni għal, kull attività deskritta f’din id-definizzjoni;

iżda ma tinkludix kwalunkwe operazzjoni relatata ma’ emerġenzi li jinvolvu s-saħħa u s-sikurezza tal-membri tal-ekwipaġġ jew is-sikurezza tal-bastiment;

(h)

‘bastiment tas-sajd’ tfisser kwalunkwe bastiment li jkun jew kien involut f’attivitajiet tas-sajd, u jinkludi bastimenti li jipproċessaw il-ħut u bastimenti involuti fit-trażbord jew fi kwalunkwe attività oħra bi preparazzjoni għal jew relatata ma’ attivitajiet tas-sajd, jew f’attivitajiet tas-sajd esperimentali jew esplorattivi;

(i)

‘Stat tal-bandiera’ tfisser:

(i)

Stat jew entità li l-bastimenti tiegħu/tagħha huma awtorizzati jtajru l-bandiera tiegħu/tagħha; jew

(ii)

organizzazzjoni reġjonali dwar l-integrazzjoni ekonomika li fiha l-bastimenti huma awtorizzati jtajru l-bandiera ta’ Stat membru ta’ dik l-organizzazzjoni reġjonali dwar l-integrazzjoni ekonomika;

(j)

‘Sajd IUU’ tirreferi għall-attivitajiet deskritti fil-Pjan ta’ Azzjoni Internazzjonali għall-Prevenzjoni, l-Iskoraġġiment u l-Eliminazzjoni ta’ Sajd Illegali, Mhux Rappurtat u Mhux Regolat adottat mill-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Biedja tan-Nazzjonijiet Uniti fit-2 ta’ Marzu 2001.

(k)

‘riżorsi ħajjin’ tfisser il-komponenti ħajjin kollha tal-ekosistemi tal-baħar;

(l)

‘diversità bijoloġika tal-baħar’ tfisser il-varjabbiltà fost l-organiżmi ħajjin tal-baħar u l-kumplessi ekoloġiċi li jagħmlu parti minnhom; dan jinkludi d-diversità fi ħdan l-ispeċijiet, bejn l-ispeċijiet u tal-ekosistemi;

(m)

‘ċittadini’ tfisser kemm persuni fiżiċi kif ukoll legali;

(n)

‘Stat tal-port’ tfisser kwalunkwe Stat li jirċievi bastimenti tas-sajd fil-portijiet, terminals ‘il barra mill-kosta jew stallazzjonijiet oħra tiegħu għal, inter alia, il-ħatt l-art, it-trażbord, l-għoti tal-karburant jew il-forniment mill-ġdid;

(o)

‘organizzazzjoni reġjonali dwar l-integrazzjoni ekonomika’ tfisser organizzazzjoni reġjonali dwar l-integrazzjoni li l-Istati membri tagħha ttrasferewlha l-kompetenza fuq kwistjonijiet koperti minn din il-Konvenzjoni, inkluża l-awtorità sabiex tieħu deċiżjonijiet vinkolanti għall-Istati membri tagħha rigward dawk il-kwistjonijiet; u

(p)

‘Żona Regolatorja’ tfisser dik il-parti taż-Żona tal-Konvenzjoni li tmur lil hinn miż-żoni li jaqgħu taħt ġuriżdizzjoni nazzjonali.

Artikolu II

Objettiv

L-objettiv ta’ din il-Konvenzjoni huwa sabiex ikunu żgurati l-konservazzjoni u l-użu sostenibbli fit-tul tar-riżorsi tas-sajd fiż-Żona tal-Konvenzjoni u, permezz ta’ dan, jitħarsu l-ekosistemi tal-baħar li fihom jinsabu dawn ir-riżorsi.

Artikolu III

Prinċipji Ġenerali

Sabiex jingħata effett lill-objettiv ta’ din il-Konvenzjoni, il-Partijiet Kontraenti individwalment jew b’mod kollettiv, kif xieraq, għandhom:

(a)

jippromovu l-aħjar utilizzazzjoni u sostenibbiltà fit-tul tar-riżorsi tas-sajd;

(b)

jadottaw miżuri bbażati fuq l-aqwa parir xjentifiku disponibbli sabiex jiżguraw li r-riżorsi tas-sajd jinżammu jew jerġgħu jinġiebu għal livelli li huma kapaċi jipproduċi l-massimu rendiment sostenibbli;

(c)

japplikaw l-approċċ prekawzjonarju skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim tal-1995;

(d)

jieħdu kont dovut tal-impatt tal-attivitajiet tas-sajd fuq speċijiet u ekosistemi tal-baħar oħrajn u, meta jagħmlu dan, jadottaw miżuri sabiex jitnaqqas l-impatt ta’ ħsara fuq ir-riżorsi ħajjin u l-ekosistemi tal-baħar;

(e)

jieħdu kont dovut tal-bżonn li d-diversità bijoloġika tal-baħar tkun ippreservata;

(f)

jipprevjenu jew jeliminaw is-sajd żejjed u l-kapaċità eċċessiva tas-sajd, u jiżguraw li l-livelli tal-isforz tas-sajd ma jkunux aktar minn dawk proporzjonati mal-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd;

(g)

jiżguraw li tinġabar data kompleta u preċiża dwar l-attivitajiet tas-sajd fiż-Żona tal-Konvenzjoni u li titqassam bejniethom f’ħin xieraq;

(h)

jiżguraw il-konformità effettiva mal-miżuri ta’ ġestjoni u li s-sanzjonijiet għal kwanulkwe ksur ikunu xierqa fis-severità tagħhom; u

(i)

jieħdu kont dovut tal-bżonn li jitnaqqsu t-tniġġis u l-ħmieġ li joriġina mill-bastimenti tas-sajd kif ukoll jitnaqqsu r-rimi, il-qbid minn irkaptu mitluf jew abbandunat, il-qbid ta’ speċijiet li mhux soġġetti għal sajd dirett u l-impatti fuq speċijiet assoċjati jew dipendenti, b’mod partikolari speċijiet fil-periklu.

Artikolu IV

Żona ta’ Applikazzjoni

1.   Din il-Konvenzjoni tapplika għall-ilmijiet tal-Majjistral tal-Oċean Atlantiku fit-Tramuntana ta’ 35° 00′ N u fil-Punent ta’ linja li testendi lejn it-Tramuntanta minn 35° 00′ N u 42° 00′ W għal 59° 00′ N, minn hemm lejn il-Punent għal 44° 00′ W, u minn hemm lejn it-Tramuntana għal kosta tal-Groenlandja, u l-ilmijiet tal-Golf ta’ San Lawrenz, l-Istrett ta’ Davis u l-Bajja ta’ Baffin fin-Nofsinhar ta’ 78° 10′ N.

2.   Iż-Żona tal-Konvenzjoni għandha tinqasam f’subżoni xjentifiċi u statistiċi, diviżjonijiet u subdiviżjonijiet, li l-konfini tagħhom għandhom ikunu kif iddefiniti fl-Anness I għal din il-Konvenzjoni.

Artikolu V

L-Organizzazzjoni

1.   Il-Partijiet Kontraenti hawnhekk jaqblu li jistabbilixxu, jżommu u jsaħħu l-Organizzazzjoni tas-Sajd fil-Majjistral tal-Atlantiku, minn issa ’l quddiem ‘l-Organizzazzjoni’ li għandha twettaq il-funzjonjiet stipulati f’din il-Konvenzjoni sabiex tilħaq l-objettiv ta’ din il-Konvenzjoni.

2.   L-Organizzazzjoni għandha tikkonsisti minn:

(a)

Kummissjoni;

(b)

Kunsill Xjentifiku; u

(c)

Segretarjat.

3.   L-Organizzazzjoni għandu jkollha personalità ġuridika u għandha tgawdi kapaċità legali kif meħtieġ sabiex taqdi l-funzjonijiet tagħha u tilħaq l-objettiv tagħha fir-rigward ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali oħra u fil-territorji tal-Partijiet Kontraenti. Il-privileġġi u l-immunitajiet li l-Organizzazzjoni u l-uffiċjali tagħha għandhom igawdu fit-territorju ta’ Parti Kontraenti għandhom ikunu soġġetti għal qbil bejn l-Organizzazzjoni u l-Parti Kontraenti inkluż, b’mod partikolari, qbil dwar kwartieri ġenerali bejn l-Organizzazzjoni u l-Parti Kontraenti ospitanti.

4.   Il-President tal-Kummissjoni għandu jservi bħala l-President u r-rappreżentant prinċipali tal-Organizzazzjoni.

5.   Il-President għandu jsejjaħ il-laqgħa annwali tal-Organizzazzjoni f’ħin u f’post kif tista’ tiddetermina l-Kummissjoni.

6.   Il-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni għandu jkun fil-Muniċipalità Reġjonali ta’ Halifax, Nova Scotia, il-Kanada, jew f’tali post ieħor kif jista’ jkun deċiż mill-Kummissjoni.

Artikolu VI

Il-Kummissjoni

1.   Kull Parti Kontraenti għandha tkun membru tal-Kummissjoni u għandha tinnomina rappreżentant wieħed għall-Kummissjoni li jista’ jkun akkumpanjat minn rappreżentanti alternattivi, esperti u konsulenti.

2.   Il-Kummissjoni għandha teleġġi President u Viċi President għal terminu ta’ sentejn. Kull wieħed minnhom għandu jkun eleġibbli sabiex jiġi elett mill-ġdid iżda ma għandux iservi għal aktar minn erba’ snin wara xulxin fl-istess kariga. Il-President u l-Viċi President ma għandhomx ikunu rappreżentanti tal-istess Parti Kontraenti.

3.   Kwalunkwe Parti Kontraenti tista’ titlob laqgħa speċjali tal-Kummissjoni. Malli jsir dan, il-President għandu jsejjaħ laqgħa f’ħin u f’post kif jista’ jiddetermina l-President.

4.   Sakemm ma jkunx previst mod ieħor, il-miżuri adottati mill-Kummissjoni għandhom japplikaw għaż-Żona Regolatorja.

5.   Il-Kummissjoni għandha:

(a)

tadotta u tista’ temenda r-regoli għat-tmexxija tal-laqgħat tagħha u dawk sabiex teżerċita l-funzjonijiet tagħha, inklużi r-regoli ta’ proċedura, ir-regolamenti finanzjarji u regolamenti oħra;

(b)

tistabbilixxi korpi sussidjarji kif tikkunsidra l-aħjar sabiex teżerċita l-funzjonijiet tagħha u tidderieġi l-attivitajiet tagħhom;

(c)

tissorvelja l-kwistjonijiet organizzattivi, amministrattivi, finanzjarji u interni oħrajn tal-Organizzazzjoni, inklużi r-relazzjonijiet bejn il-korpi kostitwiti tagħha;

(d)

taħtar Segretarju Eżekuttiv fuq termini u kundizzjonijiet kif jista’ jkun iddeterminat minnha;

(e)

tidderieġi r-relezzjonijiet esterni tal-Organizzazzjoni;

(f)

tapprova l-baġit tal-Organizzazzjoni;

(g)

tadotta regoli sabiex tipprovdi għall-parteċipazzjoni ta’ rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet intergovernattivi, Partijiet mhux Kontraenti u organizzazzjonijiet mhux governattivi bħala osservaturi fil-laqgħat tagħha, kif xieraq. Dawn ir-regoli ma għandhomx ikunu restrittivi bla bżonn u għandhom jipprovdu għall-aċċess f’ħin xieraq għal rapporti u dokumenti tal-Kummissjoni.

(h)

teżerċita funzjonijiet oħra u attivitajiet oħra konsistenti ma’ din il-Konvenzjoni kif tista’ tiddeċiedi hi;

(i)

tiggwida lill-Kunsill Xjentifiku lejn l-identifikazzjoni ta’ kompiti u prijoritajiet għall-ħidma tagħha; u

(j)

tiżviluppa proċeduri xierqa skont il-liġi internazzjonali sabiex tivvaluta l-prestazzjoni tal-Partijiet Kontraenti fl-obbligi tagħhom skont l-Artikoli X u XI.

6.   Il-Kummissjoni għandha, f’kollaborazzjoni mal-Kunsill Xjentifiku:

(a)

regolarment teżamina l-istatus tal-istokkijiet tal-ħut u tidentifika azzjonijiet meħtieġa għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tagħhom;

(b)

tiġbor, tanalizza u xxerred l-informazzjoni rilevanti;

(c)

tivvaluta l-impatt ta’ attivitajiet tas-sajd u attivatjiet oħra tal-bniedem fuq ir-riżorsi ħajjin u l-ekosistemi tagħhom;

(d)

tiżviluppa linji ta’ gwida għat-twettiq ta’ attivitajiet tas-sajd għall-finijiet xjentifiċi; u

(e)

tiżviluppa linji gwida għall-ġbir, il-preżentazzjoni, il-verifika, l-aċċess għad-data u l-użu tagħha.

7.   Il-Kummissjoni tista’ tirreferi lill-Kunsill Xjentifiku kwalunkwe mistoqsija li għandha x’taqsam mal-bażi xjentifika għad-deċiżjonijiet li jista’ jkollha bżonn tieħu dwar riżorsi tas-sajd, l-impatt ta’ attivitajiet tas-sajd fuq riżorsi ħajjin, u l-protezzjoni tal-ekosistema li fiha jinsabu dawn ir-riżorsi.

8.   Fl-applikazzjoni tal-prinċipji stipulati fl-Artikolu III, il-Kummissjoni għandha, fir-rigward taż-Żona Regolatorja tadotta:

(a)

il-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni sabiex tilħaq l-objettiv ta’ din il-Konvenzjoni;

(b)

il-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni sabiex tnaqqas l-impatt tal-attivitajiet tas-sajd fuq ir-riżorsi ħajjin u l-ekosistemi tagħhom;

(c)

il-qabdiet totali permessibbli u/jew il-livelli tal-isforz tas-sajd u tiddermina n-natura u l-livell ta’ parteċipazzjoni fis-sajd;

(d)

il-miżuri għat-twettiq tas-sajd għall-finijiet xjentifiċi kif imsemmija fis-subparagrafu 6(d);

(e)

il-miżuri għall-ġbir, il-preżentazzjoni, il-verifika, l-aċċess għal data u l-użu tagħha kif imsemmija fis-subparagrafu 6(e), u

(f)

il-miżuri sabiex tiżgura prestazzjoni xierqa mill-Istat tal-bandiera.

9.   Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri għall-mekkaniżmi xierqa ta’ kooperazzjoni għall-monitoraġġ, il-kontroll, is-sorveljanza u l-infurzar tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottati mill-Kummissjoni inklużi:

(a)

id-drittijiet reċiproċi tat-tlugħ abbord u l-ispezzjoni minn Partijiet Kontraenti fiż-Żona Regolatorja u l-prosekuzzjoni u s-sanzjonijiet mill-Istat tal-bandiera fuq il-bażi tal-evidenza li tirriżulta minn tlugħ abbord u spezzjonijiet bħal dawn;

(b)

l-istandards minimi għall-ispezzjoni ta’ bastimenti tas-sajd minn Partijiet Kontraenti f’portijiet fejn ir-riżorsi tas-sajd u prodotti li ġejjin mir-riżorsi tas-sajd li joriġinaw fiż-Żona Regolatorja jinħattu l-art;

(c)

l-azzjonijiet ta’ segwitu kif imsemmija fl-Artikoli X, XI jew XII abbażi ta’ evidenza li tirriżulta minn spezzjonijiet bħal dawn; u

(d)

mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe miżura li tista’ tieħu Parti Kontraenti f’dan ir-rigward, il-miżuri għall-prevenzjoni, l-iskoraġġiment u l-eliminazzjoni ta’ sajd IUU.

10.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri dwar kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafi 8 u 9 rigward żona taħt il-ġuriżdizzjoni nazzjonali ta’ Parti Kontraenti, sakemm l-Istat kostali inkwistjoni jitlob hekk u l-miżura tiġi approvata minnu.

11.

(a)

Filwaqt li teżerċita l-funzjonijiet skont il-paragrafu 8, il-Kummissjoni għandha tfittex li tiżgura l-konsistenza bejn:

(i)

kwalunkwe miżura li tapplika għal stokk jew grupp ta’ stokkijiet misjuba kemm fiż-Żona Regolatorja kif ukoll f’żona taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali ta’ Stat kostali, jew kwalunkwe miżura li tista’ tħalli effett fl-interrelazzjonijiet tal-ispeċijiet fuq stokk jew grupp ta’ stokkijiet misjuba kollha jew parti minnha f’żona taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali ta’ Stat kostali; kif ukoll

(ii)

kwalunkwe azzjoni meħuda minn Stat kostali għall-ġestjoni u l-konservazzjoni ta’ dak l-istokk jew grupp ta’ stokkijiet rigward l-attivitajiet tas-sajd imwettqa fiż-żona taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali.

(b)

Il-Kummissjoni u l-Istat kostali adatt għandhom għalhekk jippromovu l-koordinazzjoni tal-miżuri u tal-azzjonijiet rispettivi tagħhom. Kull Stat kostali għandu jżomm lill-Kummissjoni infurmata bl-azzjonijiet tiegħu għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu.

12.   Il-miżuri adottati mill-Kummissjoni għall-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fiż-Żona Regolatorja għandhom iqisu l-interessi tal-Partijiet Kontraenti li l-bastimenti tagħhom tradizzjonalment kienu jistadu f’dik iż-żona u l-interess tal-Istati kostali rilevanti. Fl-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd mill-Grand Bank u l-Flemish Cap, il-Kummissjoni għandha tagħti kunsiderazzjoni speċjali lill-Parti Kontraenti li l-komunitajiet kostali tagħha huma primarjament dipendenti fuq l-attivitajiet tas-sajd għall-istokkijiet relatati ma’ dawk ix-xtut tas-sajd u li tkun għamlet sforzi estensivi sabiex tiżgura l-konservazzjoni ta’ stokkijiet bħal dawn permezz ta’ azzjoni internazzjonali, b’mod partikolari, billi pprovdiet is-sorveljanza u l-ispezzjoni ta’ attivitajiet ta’ sajd internazzjonali fuq dawn ix-xtut skont skema internazzjonali ta’ infurzar konġunt.

13.   Il-Kummissjoni tista’ tiżviluppa proċeduri li jippermettu għal azzjonijiet, inklużi miżuri relatati mal-kummerċ li mhumiex diskriminatorji, sabiex jittieħdu mill-Partijiet Kontraenti kontra kwalunkwe Stat tal-bandiera jew entità tas-sajd li l-bastimenti tagħhom ikunu involuti f’attivitajiet tas-sajd li jnaqqsu mill-effettività tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottati mill-Kummissjoni. L-implimentazzjoni minn Parti Kontraenti ta’ miżuri relatati mal-kummerċ għanda tkun konsistenti mal-obbligi internazzjonali tagħha.

Artikolu VII

Il-Kunsill Xjentifiku

1.   Kull Parti Kontraenti għandha tkun membru tal-Kunsill Xjentifiku u tista’ taħtar rappreżentanti li jistgħu jkunu akkumpanjati għal kwalunkwe laqgħa minn sostituti, esperti u konsulenti.

2.   Il-Kunsill Xjentifiku għandu jeleġġi President u Viċi President għal terminu ta’ sentejn. Kull wieħed minnhom għandu jkun eleġibbli sabiex jiġi elett mill-ġdid iżda ma għandux iservi għal aktar minn erba’ snin wara xulxin fl-istess kariga.

3.   Il-President jista’, fuq inizjattiva tiegħu jew tagħha, isejjaħ kwalunkwe laqgħa speċjali tal-Kunsill Xjentifiku, fuq talba ta’ Stat kostali, jew fuq talba ta’ Parti Kontraenti bil-qbil ta’ Parti Kontraenti oħra f’ħin u f’post li jista’ jiddetermina l-President.

4.   Il-Kunsill Xjentifiku għandu jadotta, u jemenda skont kif jista’ jkun meħtieġ, regoli għat-tmexxija tal-laqgħat tiegħu u sabiex jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu, inklużi regoli ta’ proċedura.

5.   Il-Kunsill Xjentifiku jista’ jistabbilixxi korpi sussidjarji li jista’ jikkunsidra neċessarji sabiex jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu.

6.   L-elezzjoni tal-uffiċjali, l-adozzjoni jew l-emendar ta’ regoli jew kwistjonijiet oħra li għandhom x’jaqsmu mal-organizzazzjoni tax-xogħol għandhom isiru bil-maġġoranza tal-voti tal-Partijiet Kontraenti preżenti u t-tfigħ ta’ voti fl-affermattiv jew fin-negattiv. Kull Parti Kontraenti għandu jkollha vot wieħed. L-ebda vot ma għandu jittieħed fl-assenza ta’ kworum ta’ mill-inqas żewġ terzi tal-Partijiet Kontraenti.

7.   Il-Kunsill Xjentifiku għandu jadotta regoli sabiex jipprovdi għall-parteċipazzjoni ta’ rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet intergovernattivi, Partijiet mhux Kontraenti u organizzazzjonijiet mhux governattivi bħala osservaturi fil-laqgħat tiegħu, kif xieraq. Regoli bħal dawn ma għandhomx ikunu restrittivi bla bżonn u għandhom jipprevedu aċċess f’ħin xieraq għal rapporti u dokumenti tal-Kunsill Xjentifiku.

8.   Il-Kunsill Xjentifiku għandu, b’mod konsistenti mal-objettiv u l-prinċipji tal-Konvenzjoni:

(a)

jipprovdi forum għall-konsultazzjoni u l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-istudju u l-iskambju ta’ informazzjoni u fehmiet xjentifiċi dwar l-attivitajiet tas-sajd u l-ekosistemi li jseħħu fihom, u sabiex jistudjaw u jivvalutaw l-istatus attwali u futur tar-riżorsi tas-sajd inklużi l-fatturi ambjentali u ekoloġiċi li jaffettwawhom;

(b)

jippromovi l-kooperazzjoni fir-riċerka xjentifika fost il-Partijiet Kontraenti sabiex jimtela l-vojt fl-għarfien xjentifiku;

(c)

jikkompila u jżomm l-istatistika u d-dokumenti;

(d)

jippubblika jew ixerred rapporti, informazzjoni u materjal li għandu x’jaqsam mal-attivitajiet tas-sajd fiż-Żona tal-Konvenzjoni u l-ekosistemi tagħhom; u

(e)

jipprovdi parir xjentifiku lill-Kummissjoni kif meħtieġ mill-Kummissjoni.

9.   Il-Kunsill Xjentifiku jista’:

(a)

fuq l-inizjattiva tiegħu stess jipprovdi tali parir li jista’ jgħin lill-Kummissjoni sabiex teżerċita l-funzjonijiet tagħha;

(b)

jikkoopera ma’ kwalunkwe organizzazzjoni pubblika jew privata li għandha objettivi simili; u

(c)

jitlob lil Partijiet Kontraenti sabiex jipprovdu informazzjoni statistika u xjentifika kif jista’ jkollu bżonn sabiex jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu.

10.   Il-Kunsill Xjentifiku għandu jipprovdi parir xjentifiku b’rispons għal kwalunkwe mistoqsija riferita lilu minn:

(a)

il-Kummissjoni fejn għandha x’taqsam il-bażi xjentifika għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd u l-ekosistemi tagħhom fiż-Żona Regolatorja, filwaqt li jqis it-termini ta’ referenza speċifikati mill-Kummissjoni rigward dik il-mistoqsija; jew

(b)

Stat kostali fejn għandha x’taqsam il-bażi għall-konsevazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd u l-ekosistemi tagħhom f’żoni taħt il-ġurisdizzjoni ta’ dak l-Istat kostali fiż-Żona tal-Konvenzjoni.

11.   L-Istat kostali għandu, f’konsultazzjoni mal-Kunsill Xjentifiku, jispeċifka t-termini ta’ referenza għall-kunsiderazzjoni ta’ kwalunkwe mistoqsija li jista’ jirreferi lill-Kunsill Xjentifiku. Termini ta’ referenza bħal dawn għandhom jinkludu, inter alia:

(a)

deskrizzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u taż-żona li għandha titqies;

(b)

fejn huma mfittxija stimi jew tbassir xjentifiku, deskrizzjoni ta’ kwalunkwe fattur jew suppożizzjoni rilevanti li għandhom jitqiesu; u

(c)

fejn huwa applikabbli, deskrizzjoni ta’ kwalunkwe objettiv li l-Istat kostali qed ifittex li jilħaq u indikazzjoni ta’ jekk għandux ikun ipprovdut parir speċifiku jew inkella firxa ta’ alternattivi.

12.   Bħala regola ġenerali, il-Kunsill Xjentifiku għandu jipprovdi l-parir tiegħu b’kunsens. Fejn ma jistax jintlaħaq kunsens, il-Kunsill Xjentifiku għandu jniżżel il-fehmiet kollha tal-membri tiegħu fir-rapport.

13.   Ir-rapporti kollha pprovduti mill-Kunsill Xjentifiku għandhom ikunu ppubblikati mis-Segretarjat.

Artikolu VIII

Is-Segretarjat

1.   Is-Segretarjat għandu jipprovdi servizzi lill-Kummissjoni, il-Kunsill Xjentifiku u lill-korpi sussidjarji tagħhom sabiex jiffaċilita l-eżerċitar tal-funzjonijiet tagħhom.

2.   Il-kap uffiċjal amministrattiv tas-Segretarjat għandu jkun is-Segretarju Eżekuttiv.

3.   L-impjegati tas-Segretarjat għandhom jinħatru mis-Segretarju Eżekuttiv skont dawk ir-regoli u l-proċeduri li l-Kummissjoni tista’ tadotta b’konsultazzjoni mal-Kunsill Xjentifiku, kif xieraq.

4.   Soġġett għas-superviżjoni ġenerali tal-Kummissjoni, is-Segretarju Eżekuttiv għandu jkollu l-awtorità sħiħa fil-ġestjoni tal-impjegati u ta’ kwistjonijiet relatati mal-impjegati tas-Segretarjat u għandu jwettaq dawk id-dmirijiet u funzjonijiet oħra kif jista’ jkun preskritt mill-Kummisjoni.

Artikolu IX

Baġit

1.   Kull Parti Kontraenti għandha tħallas l-ispejjeż tad-delegazzjoni tagħha għal kwalunkwe laqgħa li ssir skont din il-Konvenzjoni.

2.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ammont tal-kontribuzzjonijiet annwali dovut minn kull Parti Kontraenti skont il-baġit annwali abbażi ta dan li ġej:

(a)

10 % tal-baġit għandu jinqasam fost l-Istati kostali fi proporzjon mal-qabdiet nominali tagħhom fiż-Żona tal-Konvenzjoni fis-sena li tkun spiċċat sentejn qabel il-bidu tas-sena tal-baġit;

(b)

30 % tal-baġit għandu jinqasam b’mod ekwu fost il-Partijiet Kontraenti kollha;

(c)

60 % tal-baġit għandu jinqasam fost il-Partijiet Kontraenti kollha fi proporzjon mal-qabdiet nominali tagħhom fiż-Żona tal-Konvenzjoni fis-sena li tkun spiċċat sentejn qabel il-bidu tas-sena tal-baġit; u

(d)

il-kontribuzzjoni annwali ta’ kwalunkwe Parti Kontraenti li għandha popolazzjoni ta’ anqas minn 300 000 abitant għandha tkun limitata għal massimu ta’ 12 % tal-baġit totali. Meta din il-kontribuzzjoni tkun limitata b’dan il-mod, il-parti li jifdal tal-baġit għandha tinqasam fost il-Partijiet Kontraenti l-oħra skont is-subparagrafi (a), (b) u (c).

Il-qabdiet nominali msemmija hawn fuq għandhom ikunu l-qabdiet rappurtati tar-riżorsi tas-sajd speċifikati fir-regolamenti finanzjarji adottati mill-Kummissjoni skont is-supbaragrafu 5 (a) tal-Artikolu VI.

3.   Is-Segretarju Eżekuttiv għandu jinnotifka lil kull Parti Kontraenti bl-ammont ta’ kontribuzzjoni tagħha dovut kif ikkalkulat skont il-paragrafu 2, u mill-aktar fis possibbli wara dan, kull Parti Kontraenti għandha tħallas il-kontribuzzjoni tagħha lill-Organizzazzjoni.

4.   Il-kontribuzzjonijiet għandhom ikunu pagabbli fil-munita tal-pajjiż li fih hemm il-kwartieri ġenerali tal-Organizzazzjoni.

5.   Mhux aktar tard minn sittin jum qabel il-laqgħa annwali, is-Segretarju Eżekuttiv għandu jippreżenta l-abbozz tal-baġit annwali ta’ kull Parti Kontraenti flimkien mal-iskeda tal-kontribuzzjonijiet.

6.   Parti Kontraenti li tissieħeb ma’ din il-Konvenzjoni għandha tikkontribwixxi fir-rigward tas-sena li tissieħeb fiha ammont proporzjonali għall-għadd ta’ xhur sħaħ li jkun baqa’ fis-sena kkalkulata mill-jum tal-adeżjoni.

7.   Sakemm il-Kummissjoni ma tiddeċiedix xorta oħra, Parti Kontraenti li tkun għadha ma ħallsitx totalment il-kontribuzzjonijiet tagħha għal sentejn konsekuttivi għandu jkollha d-dritt tat-tfigħ tal-voti, u li tippreżenta oġġezzjonijiet, sospiż sa dak iż-żmien meta tkun wettqet l-obbligi finanzjarji tagħha lejn l-Organizzazzjoni.

8.   Il-finanzi tal-Organizzazzjoni għandhom ikunu vverifikati minn awdituri esterni li għandhom jintgħażlu mill-Kummissjoni.

Artikolu X

Dmirijiet ta’ Parti Kontraenti

1.   Kull Parti Kontraenti għandha:

(a)

timplimenta din il-Konvenzjoni u kwalunkwe miżura ta’ konservazzjoni u ġestjoni jew obbligi oħra vinkolanti fuqha u tippreżenta regolarment lill-Kummissjoni deskrizzjoni tal-passi li tkun ħadet sabiex timplimenta u tikkonforma ma’ miżuri u obbligi bħal dawn inklużi r-riżultati ta’ proċedimenti msemmija fl-Artikolu XI, fis-subparagrafu 2 (e);

(b)

tikkoopera fil-kisba tal-objettiv ta’ din il-Konvenzjoni;

(c)

tieħu l-azzjonijiet kollha meħtieġa sabiex tiżgura l-effettività tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottati mill-Kummissjoni, u sabiex tinforzahom;

(d)

tiġbor u taqsam data xjentifika, teknika u statistika u għarfien dwar riżorsi ħajjin u l-ekosistemi tagħhom fiż-Żona tal-Konvenzjoni inkluża informazzjoni kompleta u dettaljata dwar qabdiet kummerċjali u l-isforz tas-sajd u tieħu azzjonijiet xierqa sabiex tivverifika l-preċiżjoni ta’ din id-data;

(e)

tiġbor kampjuni bijoloġiċi minn qabdiet kummerċjali;

(f)

tpoġġi dik l-informazzjoni kif tista’ tkun meħtieġa mill-Kummissjoni jew mill-Kunsill Xjentifiku għad-dispożizzjoni tagħhom fi żmien xieraq;

(g)

mingħajr preġudizzju għall-ġurisdizzjoni tal-Istat tal-bandiera, safejn huwa l-aktar possibbli, tieħu azzjoni jew tikkoopera ma’ Partijiet Kontraenti oħra, sabiex tiżgura li ċ-ċittadini u l-bastimenti tas-sajd li huma proprjetà ta’ jew imħaddma minn ċittadini tagħha jwettqu attivitajiet tas-sajd konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni u mal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottati mill-Kummissjoni; kif ukoll

(h)

mingħajr preġudizzju lejn il-ġurisdizzjoni tal-Istat tal-bandiera, sa fejn huwa l-aktar possibbli, meta pprovduta bl-informazzjoni rilevanti, tinvestiga immedjatament u kompletament u tirrapporta mill-ewwel dwar l-azzjonijiet li tkun ħadet b’reazzjoni lejn kwalunkwe ksur serju allegat miċ-ċittadini tagħha, jew minn bastimenti tas-sajd b’bandiera barranija li huma proprjetà jew operati minn ċittadini tagħha, ta’ din il-Konvenzjoni jew ta’ kwalunkwe miżura ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottata mill-Kummissjoni.

2.   Kull Stat kostali li huwa Parti Kontraenti għandu jippreżenta regolarment lill-Kummissjoni deskrizzjoni tal-azzjonijiet, inklużi azzjonijiet ta’ infurzar, li jkun ħa għall-konservazzjoni u l-ġestjoni ta’ ħut transżonali misjub fl-ilmijiet taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu fiż-Żona tal-Konvenzjoni.

Artikolu XI

Dmirijiet tal-Istat tal-Bandiera

1.   Kull Parti Kontraenti għandha tiżgura li l-bastimenti tas-sajd intitolati li jtajru l-bandiera tagħha:

(a)

jikkonformaw mad-dispożizzjonjiet ta’ din il-Konvenzjoni u mal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottati mill-Kummissjoni u li bastimenti bħal dawn ma jkunux involuti f’kwalunkwe attività li ddgħajjef l-effettività ta’ tali miżuri;

(b)

ma jwettqux attivitajiet tas-sajd mhux awtorizzati f’żoni li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni nazzjonali fiż-Żona tal-Konvenzjoni; u

(c)

ma jkunux involuti f’attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Regolatorja sakemm ma jkunux awtorizzati li jagħmlu dan minn dik il-Parti Kontraenti.

2.   Kull Parti Kontraenti għandha:

(a)

tieqaf milli tawtorizza bastimenti tas-sajd awtorizzati li jtajru l-bandiera tagħha milli jkunu involuti f’attivitajiet fiż-Żona Regolatorja sakemm ma tkunx tista’ twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha b’mod effettiv fir-rigward ta’ tali bastimenti skont din il-Konvenzjoni u konsistenti mal-liġi internazzjonali;

(b)

iżżomm reġistru tal-bastimenti tas-sajd intitolati li jtajru l-bandiera tagħha u li hi tkun awtorizzat sabiex jistadu għal riżorsi tas-sajd fiż-Żona Regolatorja u tiżgura li dik l-informazzjoni, kif tista’ tkun speċifikata mill-Kummissjoni, titniżżel fih;

(c)

taqsam l-informazzjoni misjuba fir-reġistru msemmi fis-subparagrafu (b) b’konformità ma’ dawk il-proċeduri kif jistgħu jkunu speċifikati mill-Kummissjoni;

(d)

f’konformità ma’ proċeduri adottati mill-Kummissjoni, tinvestiga immedjatament u kompletament u tirrapporta mill-ewwel dwar azzjonijiet li tkun ħadet b’rispons għal ksur allegat ta’ miżuri adottati mill-Kummissjoni minn bastiment intitolat li jtajjar il-bandiera tagħha; u

(e)

fir-rigward ta’ ksur allegat imsemmi fis-subparagrafu (d) tiżgura li jittieħdu mingħajr telf ta’ żmien azzjonijiet xierqa ta’ infurzar u li jinbdew proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji f’konformità mal-liġijiet tagħha.

3.   Azzjonijiet ta’ infurzar li jittieħdu jew sanzjonijiet applikati skont is-subparagrafu 2 (e) għandhom ikunu adegwati fis-severità sabiex ikunu effettivi fl-iżgurar tal-konformità filwaqt li jiskoraġixxu aktar ksur u jimpedixxu lit-trasgressuri mill-benefiċċji li jakkumulaw permezz tal-attivitajiet illegali tagħhom.

Artikolu XII

Dmirijiet tal-Istat tal-Port

1.   Azzjonijiet meħuda mill-Istat tal-port li huwa Parti Kontraenti skont din il-Konvenzjoni għandhom iqisu b’mod totali d-drittijiet u d-dmirijiet skont il-liġi internazzjonali sabiex jippromovu l-effettività tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottati mill-Kummissjoni.

2.   Kull Stat tal-port li huwa Parti Kontraenti għandu jimplimenta l-miżuri dwar l-ispezzjonijiet fil-port adottati mill-Kummissjoni.

3.   Xejn f’dan l-Artikolu ma għandu jaffettwa s-sovranità ta’ Parti Kontraenti fuq il-portijiet fit-territorju tagħha.

Artikolu XIII

Teħid tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni

1.   Bħala regola ġenerali, it-teħid tad-deċiżjonijiet fil-Kummissjoni għandu jsir b’kunsens. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, ‘kunsens’ tfisser in-nuqqas ta’ kwalunkwe oġġezzjoni magħmula fiż-żmien li ttieħdet id-deċiżjoni.

2.   Jekk il-President jikkunsidra li l-isforzi kollha sabiex jintlaħaq kunsens ġew eżawriti, id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni għandhom, bl-eċċezzjoni ta’ fejn hemm ipprovdut mod ieħor, jittieħdu b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti tal-Partijiet Kontraenti kollha preżenti bit-tfigħ ta’ voti fl-affermattiv jew fin-negattiv. L-ebda vot ma għandu jittieħed jekk ma jkunx hemm kworum ta’ mill-anqas żewġ terzi tal-Partijiet Kontraenti. Kull Parti Kontraenti għandu jkollha vot wieħed.

Artikolu XIV

Implimentazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni

1.   Kull miżura adottata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu VI, il-paragrafi 8 u 9 għanda ssir vinkolanti għal kull Parti Kontraenti bil-mod li ġej:

(a)

is-Segretarju Eżekuttiv għandu fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol mill-adozzjoni jittrażmetti l-miżura lil kull Parti Kontraenti filwaqt li jispeċifika d-data tat-trażmissjoni għall-finijiet tal-paragrafu 2; u

(b)

soġġett għall-paragrafu 2, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-miżura, għandha ssir vinkolanti għal kull Parti Kontraenti sittin jum wara d-data tat-trażmissjoni.

2.   Fejn kwalunkwe Parti Kontraenti tippreżenta oġġezzjoni għal miżura billi tibgħatha lis-Segretarju Eżekuttiv fi żmien sittin jum mid-data tat-trażmissjoni speċifikati skont is-subparagrafu 1(a), kwalunkwe Parti Kontraenti oħra tista’ tippreżenta oġġezzjoni b’mod simili qabel l-għeluq ta’ perijodu addizzjonali ta’ għoxrin jum, jew fi żmien ħmistax-il jum wara d-data tat-trażmissjoni speċifikata fin-notifika lill-Partijiet Kontraenti ta’ kwalunkwe oġġezzjoni ppreżentata matul dak il-perijodu addizzjonali ta’ għoxrin jum, skont liema jkun l-aktar tard. Imbagħad, il-miżura għandha ssir vinkolanti għal kull Parti Kontraenti, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li jkunu ppreżentaw oġġezzjoni. Jekk, madankollu, mat-tmiem ta’ tali perijodu jew perijodi ta’ estensjoni, ikunu ġew ippreżentati jew miżmuma oġġezzjonijiet mill-maġġoranza tal-Partijiet Kontraenti, il-miżura ma ssirx vinkolanti, sakemm Parti Kontraenti waħda jew kollha xorta jaqblu bejniethom li jkunu marbutin biha f’data li jifthemu fuqha.

3.   Kwalunkwe Parti Kontraenti li tkun ippreżentat oġġezzjoni tista’ tirtiraha meta trid u l-miżura għandha mbagħad issir vinkolanti għaliha.

4.

(a)

Fi kwalunkwe żmien wara l-għeluq ta’ sena mid-data li fiha miżura tkun daħlet fis-seħħ, kwalunkwe Parti Kontraenti tista’ tinnotifika lis-Segretarju Eżekuttiv bl-intenzjoni tagħha li ma tkunx marbuta mill-miżura u, jekk dik in-notifika ma tkunx irtirata, il-miżura għandha tieqaf milli tkun vinkolanti għaliha fit-tmiem ta’ sena waħda mid-data ta’ meta s-Segretarju Eżekuttiv ikun irċieva tali notifika.

(b)

Fi kwalunkwe żmien wara li miżura tkun waqfet milli tkun vinkolanti għal Parti Kontraenti skont is-subparagrafu (a), il-miżura għandha tieqaf milli tkun vinkolanti għal kwalunkwe Parti Kontraenti oħra fid-data li fiha s-Segretarju Eżekuttiv jirċievi n-notifika tal-intenzjoni tagħha li ma tkunx marbuta.

5.   Kwalunkwe Parti Kontraenti li tkun ippreżentat oġġezzjoni dwar miżura skont il-paragrafu 2 jew li tkun tat notifika tal-intenzjoni tagħha li ma tkunx marbuta minn miżura skont il-paragrafu 4 għandha fl-istess ħin tipprovdi spjegazzjoni tar-raġunijiet tagħha għat-teħid ta’ din l-azzjoni. Din l-ispjegazzjoni għandha tispeċifika jekk tkunx qed tikkunsidra li l-miżura hija inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni, jew jekk il-miżura tkunx qed tiddiskrimina kontriha b’mod mhux ġustifikabbli fil-forma jew fil-fatt. L-ispjegazzjoni għandha tinkludi wkoll dikjarazzjoni tal-azzjonijiet li jkollha l-intenzjoni li tieħu wara l-oġġezzjoni jew in-notifika, inkluża deskrizzjoni ta’ miżuri alternattivi li jkollha l-intenzjoni li tieħu jew tkun ħadet għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi tas-sajd rilevanti li huma konsistenti mal-objettiv tal-Konvenzjoni.

6.   Is-Segretarju Eżekuttiv għandu jinnotifika b’mod immedjat kull Parti Kontraenti dwar:

(a)

l-irċevuta jew l-irtirar ta’ kwalunkwe oġġezzjoni skont il-paragrafu 2 jew 3;

(b)

id-data li fiha kwalunkwe miżura ssir vinkolanti skont il-paragrafu 1;

(c)

l-irċevuta ta’ kwalunkwe notifika skont il-paragrafu 4; u

(d)

kull spjegazzjoni u deskrizzjoni ta’ miżuri alternattivi rċevuti skont il-paragrafu 5.

7.   Kwalunkwe Parti Kontraenti li tinvoka l-proċedura stipulata fil-paragrafi 2, 4 jew 5, tista’ fl-istess ħin tippreżenta l-każ għall-proċedimenti quddiem panel ad hoc. L-Anness II għandu japplika mutatis mutandis.

8.   Fejn Parti Kontraenti ma tippreżentax il-każ għall-proċedimenti quddiem panel ad hoc skont il-paragrafu 7, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi b’vot bil-posta ta’ maġġoranza sempliċi, jekk tippreżentax l-ispjegazzjoni ta’ dik il-Parti Kontraenti magħmula skont il-paragrafu 5 għal proċedimenti bħal dawn. Fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li tippreżenta l-każ għal proċedimenti bħal dawn, għandu japplika l-Anness II mutatis mutandis.

9.   Fejn, skont il-paragrafu 8, il-Kummissjoni tiddeċiedi li ma tippreżentax il-każ għall-proċedimenti quddiem panel ad hoc, kwalunkwe Parti Kontraenti tista’ titlob għal laqgħa tal-Kummissjoni sabiex teżamina l-miżura adottata mill-Kummissjoni u l-ispjegazzjoni magħmula skont il-paragrafu 5.

10.   Panel ad hoc kostitwit skont il-paragrafu 7 jew 8 għandu jeżamina l-ispjegazzjoni magħmula skont il-paragrafu 5 u l-miżura li tirrelata magħha u jagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar:

(a)

jekk l-ispjegazzjoni pprovduta mill-Parti Kontraenti skont il-paragrafu 5 ikollhiex bażi soda, u jekk iva, jekk il-miżura għandhiex tiġi mmodifikata jew irrevokata minħabba dan, jew fil-każ li ssib li l-ispjegazzjoni ma jkollhiex bażi soda, jekk il-miżura għandhiex tinżamm; u

(b)

jekk il-miżuri alternattivi stipulati fl-ispjegazzjoni magħmula mill-Parti Kontraenti skont il-paragrafu 5 humiex konsistenti mal-objettiv ta’ din il-Konvenzjoni u jippreservawx id-drittijiet rispettivi tal-Partijiet Kontraenti kollha.

11.   Mhux aktar minn tletin jum wara t-tmiem tal-proċedimenti quddiem panel ad hoc skont dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tiltaqa’ sabiex tikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-panel ad hoc.

12.   Fejn il-proċedimenti stipulati fil-paragrafi 7 sa 11 ikunu ġew konklużi, kwalunkwe Parti Kontraenti tista’ tinvoka l-proċedimenti tas-soluzzjoni għat-tilwim stipulati fl-Artikolu XV.

Artikolu XV

Soluzzjoni ta’ Tilwim

1.   Il-Partijiet Kontraenti għandhom jikkooperaw sabiex jevitaw it-tilwim.

2.   Meta jinħoloq tilwim bejn żewġ Partijiet Kontraenti jew aktar dwar l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni, inkluża l-ispjegazzjoni msemmija fl-Artikolu XIV, il-paragrafu 5, kwalunkwe azzjoni meħuda minn Parti Kontraenti wara oġġezzjoni ppreżentata skont l-Artikolu XIV, il-paragrafu 2, jew kwalunkwe notifika skont l-Artikolu XIV, il-paragrafu 4, dawk il-Partijiet Kontraenti, minn issa ’l quddiem “Partijiet Kontraenti għat-tilwima”, għandhom ifittxu li jsolvu t-tilwima tagħhom permezz ta’ negozjati, inkjesta, medjazzjoni, konċiljazzjoni, arbitraġġ, soluzzjoni ġudizzjarja, proċedimenti quddiem panel ad hoc jew mezzi oħrajn paċifiċi tal-għażla tagħhom.

3.   Fejn tilwima tirrigwarda l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ miżura adottata mill-Kummissjoni skont l-Artikolu VI, il-paragrafi 8 u 9, jew kwistjonijiet relatati magħhom, inkluża l-ispjegazzjoni msemmija fl-Artikolu XIV, il-paragrafu 5, kwalunkwe azzjoni meħuda minn Parti Kontraenti għat-tilwima wara oġġezzjoni ppreżentata skont l-Artikolu XIV, il-paragrafu 2, jew notifika magħmula skont l-Artikolu XIV, il-paragrafu 4, il-Partijiet Kontraenti għat-tilwima jistgħu jippreżentaw it-tilwima għall-proċedimenti quddiem panel ad hoc li mhux vinkolanti skont l-Anness II.

4.   Fejn tilwima tkun ġiet ippreżentata għall-proċedimenti quddiem panel ad hoc, il-panel ad hoc għandu, mill-aktar fis possibbli, jikkonsulta mal-Partijiet Kontraenti għat-tilwima bl-intenzjoni li jsolvi t-tilwima malajr. Il-panel ad hoc għandu jippreżenta rapport lill-Partijiet Kontraenti għat-tilwima u lill-Partijiet Kontraenti l-oħra permezz tas-Segretarju Eżekuttiv. Ir-rapport għandu jinkludi kwalunkwe rakkomandazzjoni li l-panel ad hoc jikkunsidra xierqa sabiex tissolva t-tilwima.

5.   Fejn il-Partijiet Kontraenti għat-tilwima jaċċettaw ir-rakkomandazzjonijiet tal-panel ad hoc, huma għandhom, fi żmien erbatax-il jum minn meta jirċievu r-rapport tal-panel ad hoc, jinnotifikaw lill-Partijiet Kontraenti l-oħra, permezz tas-Segretarju Eżekuttiv, tal-azzjonijiet li fi ħsiebhom jieħdu sabiex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet. Wara dan, ir-rakkomandazzjonijiet tal-panel ad hoc jistgħu jiġu rriferuti għall-kunsiderazzjoni mill-Kummissjoni skont il-proċeduri adatti tagħha.

6.   Fejn ma jintlaħaq l-ebda ftehim dwar soluzzjoni wara r-rakkomandazzjonijiet tal-panel ad hoc, kwalunkwe Parti Kontraenti għat-tilwima tista’ tippreżenta t-tilwima għall-proċedimenti obbligatorji bl-implikazzjoni ta’ deċiżjonijiet vinkolanti skont it-Taqsima 2 tal-Parti XV tal-Konvenzjoni tal-1982 jew il-Parti VIII tal-Ftehim tal-1995.

7.   Fejn il-Partijiet Kontraenti għat-tilwima jkunu qablu li jippreżentaw it-tilwima għall-proċedimenti quddiem panel ad hoc, jistgħu fl-istess ħin jaqblu sabiex japplikaw b’mod temporanju l-miżura rilevanti adottata mill-Kummissjoni sakemm il-panel ad hoc jippreżenta r-rapport sakemm ma jkunux solvew it-tilwima b’mezzi oħra.

8.   Meta l-Partijiet Kontraenti fit-tilwima ma jirnexxilhomx jaqblu fuq kwalunkwe mezz paċifiku msemmi fil-paragrafu 2 sabiex isolvu t-tilwima tagħhom jew ma jirnexxilhomx jilħqu qbil bejniethom b’mod ieħor, it-tilwima għandha, fuq talba ta’ waħda minnhom, tiġi ppreżentata għall-proċedimenti obbligatorji bl-implikazzjoni ta’ deċiżjoni vinkolanti skont il-Parti XV, it-Taqsima 2, tal-Konvenzjoni tal-1982 jew il-Parti VIII tal-Ftehim tal-1995.

9.   Fejn jirrikorru għall-proċedimenti obbligatorji bl-implikazzjoni ta’ deċiżjonijiet vinkolanti, il-Partijiet Kontraenti għat-tilwima għandhom, sakemm ma jaqblux mod ieħor, japplikaw b’mod temporanju kwalunkwe rakkomandazzjoni magħmula mill-panel ad hoc skont il-paragrafu 4 jew, fejn applikabbli, skont l-Artikolu XIV, il-paragrafu 10. Huma għandhom ikomplu japplikaw miżuri temporanji bħal dawn jew kwalunkwe arranġament bl-istess effett maqbul bejniethom sakemm qorti jew tribunal li għandu l-ġurisdizzjoni fuq it-tilwima jippreskrivi miżuri temporanji jew jieħu deċiżjoni, jew, sakemm tiskadi l-miżura inkwistjoni.

10.   Id-dispożizzjonijiet dwar in-notifika fil-paragrafu 5 għandhom japplikaw mutatis mutandis fir-rigward ta’ miżuri temporanji applikati skont il-paragrafu 7 jew preskritti skont il-paragrafu 9 jew kwalunkwe deċiżjoni ta’ qorti jew tribunal li quddiemu tkun ġiet ippreżentata t-tilwima.

11.   Qorti, tribunal jew panel ad hoc li quddiemu tkun ġiet ippreżentata t-tilwima skont dan l-Artikolu għandu japplika d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ din il-Konvenzjoni, il-Konvenzjoni tal-1982, il-Ftehim tal-1995, standards aċċettati b’mod ġenerali għall-konservazzjoni u l-ġestjoni tar-riżorsi ħajjin u regoli oħra mil-liġi internazzjonali li ma jkunux inkompatibbli ma’ din il-Konvenzjoni bil-ħsieb li jintlaħaq l-objettiv ta’ din il-Konvenzjoni.

12.   Xejn f’din il-Konvenzjoni ma għandu jintuża bħala argument jew jiġi interpretat b’mod li jipprevjeni lil Parti Kontraenti fit-tilwima, bħala Stat Parti għall-Konvenzjoni tal-1982, milli tippreżenta t-tilwima għall-proċedimenti obbligatorji li jimplikaw deċiżjonijiet vinkolanti kontra Stat Parti ieħor skont it-Taqsima 2 tal-Parti XV tal-Konvenzjoni tal-1982, jew bħala Stat Parti għall-Ftehim tal-1995, milli tippreżenta t-tilwima għall-proċedimenti obbligatorji b’implikazzjoni ta’ deċiżjonijiet vinkolanti kontra Stat Parti ieħor skont l-Artikolu 30 tal-Ftehim tal-1995.

Artikolu XVI

Kooperazzjoni ma’ Partjiet mhux Kontraenti

1.   Fejn bastiment li jtajjar il-bandiera ta’ Parti mhux Kontraenti jinvolvi ruħu f’attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Regolatorja, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Istat tal-bandiera sabiex jikkoopera kompletament mal-Organizzazzjoni jew billi jsir Parti Kontraenti jew billi jaqbel li japplika l-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottati mill-Kummissjoni.

2.   Il-Partijiet Kontraenti għandhom:

(a)

jiskambjaw informazzjoni dwar attivitajiet tas-sajd fiż-Żona Regolatorja minn bastimenti intitolati li jtajru l-bandiera ta’ kwalunkwe Parti mhux Kontraenti u kwalunkwe azzjoni li jkunu ħadu b’reazzjoni għal attivitajiet tas-sajd bħal dawn;

(b)

jieħdu miżuri konsistenti ma’ din il-Konvenzjoni u mal-liġi internazzjonali sabiex jiskoraġixxu attivitajiet tas-sajd minn bastimenti intitolati li jtajru l-bandiera ta’ kwalunkwe Parti mhux Kontraenti li jdgħajfu l-effettività tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottati mill-Kummissjoni;

(c)

jinfurmaw lil kwalunkwe Parti mhux Kontraenti għal din il-Konvenzjoni dwar kwalunkwe attività tas-sajd minn ċittadini tagħha jew bastimenti intitolati li jtajru l-bandiera tagħha li jdgħajfu l-effettivitàtal-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni adottati mill-Kummissjoni; kif ukoll

(d)

tfittex il-kooperazzjoni ma’ kwalunkwe Parti mhux Kontraenti li tkun ġiet identifikata li qed timporta, tesporta jew tirriesporta prodotti tas-sajd li ġejjin minn attivitajiet tas-sajd fiż-Żona ta’ Konservazzjoni.

Artikolu XVII

Kooperazzjoni ma’ Organizzazzjonijiet Oħra

L-Organizzazzjoni għandha:

(a)

tikkoopera, kif xieraq, dwar kwistjonijiet ta’ interess reċiproku, mal-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Biedja tan-Nazzjonijiet Uniti, ma’ aġenziji oħra speċjalizzati tan-Nazzjonijiet Uniti u ma’ organizzazzjonijiet oħra rilevanti;

(b)

tfittex li tiżviluppa relazzjonijiet ta’ ħidma kooperattivi u tista’ tidħol fi ftehimiet għal dan il-għan ma’ organizzazzjonijiet intergovernattivi li jistgħu jagħtu kontribut lill-ħidma tagħha u għandhom il-kompetenza sabiex jiżguraw il-konservazzjoni u l-użu sostenibbli fit-tul tar-riżorsi ħajjin u l-ekosistemi tagħhom. Tista’ tistieden organizzazzjonijiet bħal dawn sabiex jibagħtu osservaturi għal-laqgħat tagħha jew dawk ta’ kwalunkwe korp sussidjarju tagħha; tista’ tfittex ukoll li tipparteċipa f’laqgħat ta’ organizzazzjonijiet bħal dawn kif xieraq; u

(c)

opera ma’ organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd oħra rilevanti filwaqt li tqis il-miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni tagħhom.

Artikolu XVIII

Reviżjoni

Il-Kummissjoni għandha perjodikament tagħti bidu għal reviżjonijiet jew valutazzjonijiet dwar l-adegwatezza tad-dispożizzjonijiet ta’ din il-Konvenzjoni u, jekk meħtieġ, tipproponi mezzi għat-tisħiħ tas-sustanza u l-metodi ta’ implimentazzjoni tagħhom sabiex tindirizza kwalunkwe problema fl-ilħiq tal-objettiv ta’ din il-Konvenzjoni.

Artikolu XIX

Annessi

L-Annessi għandhom jagħmlu parti integrali minn din il-Konvenzjoni u sakemm ma jkunx espliċitament previst mod ieħor, referenza għal din il-Konvenzjoni tinkludi referenza għall-Annessi.

Artikolu XX

Bona Fede u Abbuż ta’ Drittijiet

Il-Partijiet Kontraenti għandhom iwettqu b’bona fede l-obbligi li daħlu għalihom taħt din il-Konvenzjoni u għandhom jeżerċitaw id-drittijiet rikonoxxuti f’din il-Konvenzjoni b’mod li ma jikkostitwix abbuż ta’ dritt.

Artikolu XXI

Relazzjoni ma’ Ftehimiet Oħra

1.   Din il-Konvenzjoni ma għandhiex tibdel id-drittijiet u l-obbligi ta’ Partijiet Kontraenti li joħorġu minn Ftehimiet oħra kompatibbli ma’ din il-Konvenzjoni u li ma jaffettwawx it-tgawdija minn Partijiet Kontraenti oħra tad-drittijiet tagħhom jew il-prestazzjoni tal-obbligi tagħhom skont din il-Konvenzjoni.

2.   F’din il-Konvenzjoni, xejn ma għandu jippreġudika d-drittijiet, il-ġurisdizzjoni u d-dmirijiet tal-Partijiet Kontraenti skont il-Konvenzjoni tal-1982 jew il-Ftehim tal-1995. Din il-Konvenzjoni għandha tkun interpretata u applikata fil-kuntest tal-Konvenzjoni tal-1982 u l-Ftehim tal-1995 u b’mod konsistenti magħhom.

Artikolu XXII

Emendi għall-Konvenzjoni

1.   Kwalunkwe Parti Kontraenti tista’ tipproponi emendi għal din il-Konvenzjoni biex ikunu kkunsidrati u sabiex il-Kummissjoni taġixxi dwarhom matul il-laqgħa annwali tagħha jew matul laqgħa speċjali. Kwalunkwe proposta bħal din għandha tintbagħat lis-Segretarju Eżekuttiv mill-anqas disgħin jum qabel il-laqgħa li fiha jkun propost li tittieħed azzjoni dwarha, u s-Segretarju Eżekuttiv għandu immedjatament jittrażmetti l-proposta lil kull Parti Kontraenti.

2.   L-adozzjoni ta’ emenda proposta għandha teħtieġ maġġoranza ta’ tliet kwarti tal-voti tal-Partijiet Kontraenti kollha. It-test ta’ kwalunkwe emenda adottata b’dan il-mod għandu jkun trażmess mid-Depożitarju lil kull Parti Kontraenti.

3.   Emenda tidħol fis-seħħ għall-Partijiet Kontraenti kollha mija u għoxrin ġurnata wara d-data tat-trażmissjoni speċifikata fin-notifika mid-Depożitarju li rċieva n-notifika bil-miktub tal-approvazzjoni minn tliet kwarti tal-Partijiet Kontraenti kollha sakemm fi żmien disgħin jum mid-data tat-trażmissjoni speċifikata fin-notifika mid-Depożitarju li rċieva dan, kwalunkwe Parti Kontraenti oħra tinnotifika lid-Depożitarju li qed toġġezzjona għall-emenda, u f’dan il-każ l-emenda ma tidħolx fis-seħħ għal kwalunkwe Parti Kontraenti. Kwalunkwe Parti Kontraenti li tkun oġġezzjonat għal emenda tista’ fi kwalunkwe ħin tirtira dik l-oġġezzjoni. Jekk l-oġġezzjonijiet kollha għal emenda li tkun ġiet approvata minn tliet kwarti tal-Partijiet Kontraenti kollha huma rtirati, l-emenda għandha tidħol fis-seħħ għall-Partijiet Kontraenti kollha mija u għoxrin jum wara d-data tat-trażmissjoni speċifikata fin-notifika mid-Depożitarju, li jkun irċieva l-aħħar irtirar.

4.   Kwalunkwe parti li ssir Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni wara li emenda tkun adottata skont il-paragrafu 2 għandha tkun ikkunsidrata li approvat dik l-emenda.

5.   Id-Depożitarju għandu jinforma mill-ewwel lill-Partijiet Kontraenti kollha li rċieva n-notifiki ta’ approvazzjoni tal-emendi, li rċieva n-notifiki ta’ oġġezzjoni jew irtirar tal-oġġezzjonijiet, u d-dħul fis-seħħ tal-emendi.

6.   Minkejja l-paragrafi 1 sa 5, il-Kummissjoni tista’ permezz ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti tal-Partijiet Kontraenti kollha:

(a)

filwaqt li tqis il-parir tal-Kunsill Xjentifiku, jekk tqis li jkun meħtieġ għall-finijiet ta’ ġestjoni, taqsam iż-Żona Regolatorja f’subżoni xjentifiċi u statistiċi, diviżjonijiet u subdiviżjonijiet regolatorji, kif xieraq. Il-konfini ta’ subżoni, diviżjonijiet u subdiviżjonijiet bħal dawn għandhom ikunu stipulati fl-Anness I;

(b)

fuq talba tal-Kunsill Xjentifiku, jekk tqis li dan huwa meħtieġ għall-finijiet ta’ ġestjoni, xjentifiċi u statistiċi, tbiddel il-konfini tas-subżoni, id-diviżjonijiet u s-subdiviżjonijiet xjentifiċi u statistiċi kif stipulati fl-Anness I, sakemm kull Stat kostali affetwat jaqbel ma’ azzjoni bħal din.”

Artikolu 4

L-Artikolu XXII għandu jingħata numru mill-ġdid bħala l-Artikolu XXIII.

Artikolu 5

L-Artikolu XXIII għandu jitħassar.

Artikolu 6

L-Artikoli XXIV u XXV għandhom jitħassru u jiġu sostitwiti bl-Artikoli l-ġodda li ġejjin:

“Artikolu XXIV

Denunzja

1.   Parti Kontraenti tista’ tiddenunzja din il-Konvenzjoni permezz ta’ notifika bil-miktub lid-Depożitarju sat-30 ta’ Ġunju ta’ kwalunkwe sena. Id-denunzja għandha tidħol fis-seħħ fil-31 ta’ Diċembru tal-istess sena. Id-Depożitarju għandu jinnotifika bla telf ta’ żmien lill-Partijiet Kontraenti l-oħra.

2.   Kwalunkwe Parti Kontraenti oħra tista’ mbagħad, permezz ta’ notifika bil-miktub lid-Depożitarju sa mhux aktar tard minn tletin jum wara n-notifika skont il-paragrafu 1, ukoll tiddenunzja l-Konvenzjoni b’effett mill-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena. Id-Depożitarju għandu jinnotifika bla telf ta’ żmien lill-Partijiet Kontraenti l-oħra.

Artikolu XXV

Reġistrazzjoni

1.   L-oriġinali ta’ din il-Konvenzjoni għandha tkun depożitata mal-Gvern tal-Kanada, li għandu jikkomunika kopji ċċertifikati tagħha lill-Firmatarji kollha u lill-Partijiet Kontraenti kollha.

2.   Id-Depożitarju għandu jirreġistra din il-Konvenzjoni u kwalunkwe emenda tagħha mas-Segretarjat tan-Nazzjonijiet Uniti.”

Artikolu 7

L-Annessi I – II għandhom jitħassru:

Artikolu 8

L-Anness III għandu jitħassar u jitbiddel miż-żewġ Annessi li ġejjin:

Anness I għall-Konvenzjoni

Subżoni, diviżjonijiet u subdiviżjonijiet xjentifiċi u statistiċi

Is-subżoni, id-diviżjonijiet u s-subdiviżjonijiet xjentifiċi u statistiċi msemmija fl-Artikolu IV ta’ din il-Konvenzjoni għandhom ikunu kif ġej:

1.(a)   Subżona 0

Dak il-porzjon taż-Żona tal-Konvenzjoni kkonfinat fin-Nofsinhar minn linja li testendi lejn il-Lvant minn punt fi 61° 00′ N 65° 00′ W sa punt fi 61° 00′ N 59° 00′ W; minn hemm lejn direzzjoni fix-Xlokk matul linja rombu sa punt fi 60° 12′ N 57° 13′ W; minn hemm ikkonfinata fil-Lvant minn serje ta’ linji ġeodetiċi li jgħaqqdu l-punti li ġejjin:

Punt Nru

Latitudni

Lonġitudni

1

60° 12,0′

57° 13,0′

2

61° 00,0′

57° 13,1′

3

62° 00,5′

57° 21,1′

4

62° 02,3′

57° 21,8′

5

62° 03,5′

57° 22,2′

6

62° 11,5′

57° 25,4′

7

62° 47,2′

57° 41,0′

8

63° 22,8′

57° 57,4′

9

63° 28,6′

57° 59,7′

10

63° 35,0′

58° 02,0′

11

63° 37,2′

58° 01,2′

12

63° 44,1′

57° 58,8′

13

63° 50,1′

57° 57,2′

14

63° 52,6′

57° 56,6′

15

63° 57,4′

57° 53,5′

16

64° 04,3′

57° 49,1′

17

64° 12,2′

57° 48,2′

18

65° 06,0′

57° 44,1′

19

65° 08,9′

57° 43,9′

20

65° 11,6′

57° 44,4′

21

65° 14,5′

57° 45,1′

22

65° 18,1′

57° 45,8′

23

65° 23,3′

57° 44,9′

24

65° 34,8′

57° 42,3′

25

65° 37,7′

57° 41,9′

26

65° 50,9′

57° 40,7′

27

65° 51,7′

57° 40,6′

28

65° 57,6′

57° 40,1′

29

66° 03,5′

57° 39,6′

30

66° 12,9′

57° 38,2′

31

66° 18,8′

57° 37,8′

32

66° 24,6′

57° 37,8′

33

66° 30,3′

57° 38,3′

34

66° 36,1′

57° 39,2′

35

66° 37,9′

57° 39,6′

36

66° 41,8′

57° 40,6′

37

66° 49,5′

57° 43,0′

38

67° 21,6′

57° 52,7′

39

67° 27,3′

57° 54,9′

40

67° 28,3′

57° 55,3′

41

67° 29,1′

57° 56,1′

42

67° 30,7′

57° 57,8′

43

67° 35,3′

58° 02,2′

44

67° 39,7′

58° 06,2′

45

67° 44,2′

58° 09,9′

46

67° 56,9′

58° 19,8′

47

68° 01,8′

58° 23,3′

48

68° 04,3′

58° 25,0′

49

68° 06,8′

58° 26,7′

50

68° 07,5′

58° 27,2′

51

68° 16,1′

58° 34,1′

52

68° 21,7′

58° 39,0′

53

68° 25,3′

58° 42,4′

54

68° 32,9′

59° 01,8′

55

68° 34,0′

59° 04,6′

56

68° 37,9′

59° 14,3′

57

68° 38,0′

59° 14,6′

58

68° 56,8′

60° 02,4′

59

69° 00,8′

60° 09,0′

60

69° 06,8′

60° 18,5′

61

69° 10,3′

60° 23,8′

62

69° 12,8′

60° 27,5′

63

69° 29,4′

60° 51,6′

64

69° 49,8′

60° 58,2′

65

69° 55,3′

60° 59,6′

66

69° 55,8′

61° 00,0′

67

70° 01,6′

61° 04,2′

68

70° 07,5′

61° 08,1′

69

70° 08,8′

61° 08,8′

70

70° 13,4′

61° 10,6′

71

70° 33,1′

61° 17,4′

72

70° 35,6′

61° 20,6′

73

70° 48,2′

61° 37,9′

74

70° 51,8′

61° 42,7′

75

71° 12,1′

62° 09,1′

76

71° 18,9′

62° 17,5′

77

71° 25,9′

62° 25,5′

78

71° 29,4′

62° 29,3′

79

71° 31,8′

62° 32,0′

80

71° 32,9′

62° 33,5′

81

71° 44,7′

62° 49,6′

82

71° 47,3′

62° 53,1′

83

71° 52,9′

63° 03,9′

84

72° 01,7′

63° 21,1′

85

72° 06,4′

63° 30,9′

86

72° 11,0′

63° 41,0′

87

72° 24,8′

64° 13,2′

88

72° 30,5′

64° 26,1′

89

72° 36,3′

64° 38,8′

90

72° 43,7′

64° 54,3′

91

72° 45,7′

64° 58,4′

92

72° 47,7′

65° 00,9′

93

72° 50,8′

65° 07,6′

94

73° 18,5′

66° 08,3′

95

73° 25,9′

66° 25,3′

96

73° 31,1′

67° 15,1′

97

73° 36,5′

68° 05,5′

98

73° 37,9′

68° 12,3′

99

73° 41,7′

68° 29,4′

100

73° 46,1′

68° 48,5′

101

73° 46,7′

68° 51,1′

102

73° 52,3′

69° 11,3′

103

73° 57,6′

69° 31,5′

104

74° 02,2′

69° 50,3′

105

74° 02,6′

69° 52,0′

106

74° 06,1′

70° 06,6′

107

74° 07,5′

70° 12,5′

108

74° 10,0′

70° 23,1′

109

74° 12,5′

70° 33,7′

110

74° 24,0′

71° 25,7′

111

74° 28,6′

71° 45,8′

112

74° 44,2′

72° 53,0′

113

74° 50,6′

73° 02,8′

114

75° 00,0′

73° 16,3′

115

75° 05′

73° 30′

u minn hemm lejn it-Tramuntana sal-parallel ta’ 78° 10′ N; u kkonfinata fil-Punent minn linja li tibda fi 61° 00′ N 65° 00′ W u testendi f’direzzjoni lejn il-Majjistral matul linja rombu lejn il-Punent tal-Gżira ta’ Baffin f’East Bluff (61° 55′ N 66° 20′ W); u minn hemm f’direzzjoni lejn it-Tramuntana mal-Kosta tal-Gżira ta’ Baffin, il-Gżira ta’ Bylot, il-Gżira ta’ Devon u l-Gżira ta’ Ellesmere u ssegwi l-meridjan ta’ 80° W fl-ilmijiet bejn dawk il-gżejjer sa 78° 10′ N; u kkonfinata lejn it-Tramuntana sal-parallel ta’ 78° 10′ N.

1.(b)   subżona 0 hija magħmula minn żewġ diviżjonijiet:

 

Diviżjoni 0-A

Dak il-porzjon tas-subżona li qiegħed fit-Tramuntana tal-parallel ta’ 66° 15′ N;

 

Diviżjoni 0-B

Dak il-porzjon tas-subżona li qiegħed fin-Nofsinhar tal-parallel ta’ 66° 15′ N.

2.(a)   Subżona 1

Dak il-porzjon taż-Żona tal-Konvenzjoni li qegħed fil-Lvant tas-subżona 0 u fit-Tramuntana u l-Lvant ta’ linja rombu li tgħaqqad punt fi 60° 12′ N u 57° 13′ W ma’ punt fi 52° 15′ N u 42° 00′ W.

2.(b)   Subżona 1 hija magħmula minn sitt diviżjonijiet:

 

Diviżjoni 1 A

Dak il-porzjon tas-subżona li qiegħed fit-Tramuntana tal-parallel ta’ 68° 50′ N (Qasigiannguit);

 

Diviżjoni 1B

Dak il-porzjon tas-subżona li qiegħed bejn il-parallel ta’ 66° 15′ N (bejn wieħed u ieħor 5 mili nawtiċi fit-Tramuntana ta’ Umanarsugssuak) u l-parallel ta’ 68° 50′ N (Qasigiannguit);

 

Diviżjoni 1C

Dak il-porzjon tas-subżona li qiegħed bejn il-parallel ta’ 64° 15′ N (bejn wieħed u ieħor 4 mili nawtiċi fit-Tramuntana ta’ Nuuk) u l-parallel ta’ 66° 15′ N (bejn wieħed u ieħor 5 mili nawtiċi fit-Tramuntana ta’ Umanarsugssuak);

 

Diviżjoni 1D

Dak il-porzjon tas-subżona li qiegħed bejn il-parallel ta’ 62° 30′ N (Paamiut Glacier) u l-parallel ta’ 64° 15′ N (bejn wieħed u ieħor 4 mili nawtiċi fit-Tramutana ta’ Nuuk);

 

Diviżjoni 1E

Dak il-porzjon tas-subżona li qiegħed bejn il-parallel ta’ 60° 45′ N (Cape Desolation) u l-parallel ta’ 62° 30′ N (Paamiut Glacier);

 

Diviżjoni 1F

Dak il-porzjon tas-subżona li qiegħed fin-Nofsinhar tal-parallel ta’ 60° 45′ N (Cape Desolation);

3.(a)   Subżona 2

Dak il-porzjon taż-Żona ta’ Konvenzjoni li qiegħed fil-Lvant tal-meridjan ta’ 64° 30′ W fiż-żona ta’ Hudson Strait, fit-Tramuntana tas-subżona 0, fin-Nofsinhar u fil-Punent tas-subżona 1 u fit-Tramuntana tal-parallel ta’ 52° 15′ N

3.(b)   Subżona 2 hija magħmula minn sitt diviżjonijiet:

 

Diviżjoni 2G

Dak il-porzjon tas-subżona li qiegħed fit-Tramuntana tal-parallel ta’ 57° 40′ N (Cape Mugford);

 

Diviżjoni 2H

Dak il-porzjon tas-subżona li qiegħed bejn il-parallel ta’ 55° 20′ N (Hopedale) u l-parallel ta’ 57° 40′ N (Cape Mugford);

 

Diviżjoni 2J

Dak il-porzjon tas-subżona li qiegħed fin-Nofsinhar tal-parallel ta’ 55° 20′ N (Hopedale).

4.(a)   Subżona 3

Dak il-porzjoni taż-Żona tal-Konvenzjoni li qiegħed fin-Nofsinhar tal-parallel ta’ 52° 15′ N, u fil-Lvant ta’ linja li testendi lejn it-Tramuntana minn Cape Bauld fuq il-kosta tat-Tramuntana ta’ Newfoundland sa 52° 15′ N; fit-Tramuntana tal-parallel ta’ 39° 00′ N; u fil-Lvant u t-Tramuntana ta’ linja rombu li tibda minn 39° 00′ N 50° 00′ W u li testendi f’direzzjoni lejn il-Majjistral sabiex jgħaddi mill-punt ta’ 43° 30′ N 55° 00′ W fid-direzzjoni ta’ punt fi 47° 50′ N 60° 00′ W sakemm taqsam minn linja dritta li tgħaqqad Cape Ray, 47° 37,0′ N 59° 18,0′ ‘ fuq il-kosta ta’ Newfoundland, ma’ Cape North, 47° 02,0′ N 60° 25,0′ W fuq il-Gżira ta’ Cape Breton; minn hemm għal direzzjoni lejn il-Grigal mal-linja msemmija sa Cape Ray, 47° 37,0′ N 59° 18,0′ W.

4.(b)   Subżona 3 hija magħmula minn sitt diviżjonijiet:

 

Diviżjoni 3K

Dak il-porzjon tas-subżona li qiegħed fit-Tramuntana tal-parallel ta’ 49° 15′ N (Cape Freels, Newfoundland);

 

Diviżjoni 3L

Dak il-porzjon tas-subżona li qiegħed bejn il-kosta ta’ Newfoundland minn Cape Freels sa Cape St Mary u l-linja deskritta kif ġej: tibda f’Cape Freels, minn hemm lejn il-Lvant għall-meridjan ta’ 46° 30′ N, minn hemm lejn in-Nofsinhar sal-parallel ta’ 46° 00′ N, minn hemm lejn il-Punent sal-meridjan ta’ 54° 30′ N, minn hemm matul linja rombu sa Cape St. Mary, Newfoundland.

 

Diviżjoni 3M

Dak il-porzjon tas-subżona li qiegħed fin-Nofsinhar tal-parallel ta’ 49° 15′ N u fil-Lvant tal-meridjan ta’ 46° 30′ W;

 

Diviżjoni 3N

Dak il-porzjon tas-subżona li qiegħed fin-Nofsinhar tal-parallel ta’ 46° 00′ N u bejn il-meridjan ta’ 46° 30′ W u l-meridjan ta’ 51° 00′ W;

 

Diviżjoni 3O

Dak il-porzjon tas-subżona li qiegħed fin-Nofsinhar tal-parallel ta’ 46° 00′ N u bejn il-meridjan ta’ 51° 00′ W u l-meridjan ta’ 54° 30′ W;

 

Diviżjoni 3P

Dak il-porzjon tas-subżona li qiegħed fin-Nofsinhar tal-kosta ta’ Newfoundland u fil-Punent ta’ linja minn Cape St. Mary, Newfoundland sa punt fi 46° 00′ N 54° 30′ W, minn hemm lejn it-Tramuntana sa limitu tas-subżona.

Diviżjoni 3P hija maqsuma f’żewġ subdiviżjonijiet

 

3Pn – Subdiviżjoni tal-Majjistral – Dak il-porzjon tad-diviżjoni 3P li qiegħed fil-Majjistral ta’ linja li testendi minn 47° 30,7′ N 57° 43,2′ W Newfoundland, bejn wieħed u ieħor fil-Lbiċ sa punt fi 46° 50,7′ N u 58° 49,0′ W;

 

3Ps – Subdiviżjoni tax-Xlokk – Dak il-porzjon tad-diviżjoni 3P li qiegħed fix-Xlokk tal-linja ddefinita għas-Subdiviżjoni 3Pn.

5.(a)   Subżona 4

Dak il-porzjon taż-Żona tal-Konvenzjoni li qiegħed fit-Tramuntana tal-parallel ta’ 39° 00′ N, lejn il-Punent tas-subżona 3, u fil-Lvant ta’ linja deskritta kif ġej:

tibda mit-terminus tal-konfini internazzjonali bejn l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Kanada fil-Kanal ta’ Grand Manan, f’punt fi 44° 46′ 35,346′′ N 66° 54′ 11,253′′ W; minn hemm lejn in-Nofsinhar sal-parallel ta’ 43° 50′ N; minn hemm lejn il-Punent għall-meridjan ta’ 67° 24′ 27,24′′ W; minn hemm matul linja ġeodetika f’direzzjoni lejn il-Lbiċ sa punt fi 42° 53′ 14′′ N 67° 44′ 35′′ W; minn hemm matul linja ġeodetika f’direzzjoni lejn ix-Xlokk sa punt fi 42° 31′ 08′′ N 67° 28′ 05′′ W; minn hemm matul linja ġeodetika sa punt fi 42° 20′ N 67° 18′ 13,15′′ W;

minn hemm lejn il-Lvant sa punt fi 66° 00′ W; minn hemm matul linja rombu f’direzzjoni lejn ix-Xlokk sa punt fi 42° 00′ N 65° 40′ W u minn hemm lejn in-Nofsinhar sal-parallel ta’ 39° 00′ N.

5.(b)   Subżona 4 hija magħmula minn sitt diviżjonijiet:

 

Diviżjoni 4R

Dak il-porzjon tas-subżona li qiegħed bejn il-kosta ta’ Newfoundland minn Cape Bauld sa Cape Ray u l-linja deskritta kif ġej: tibda minn Cape Bauld, minn hemm lejn it-Tramuntana sal-parallel ta’ 52° 15′ N, minn hemm lejn il-Punent sal-kosta ta’ Labrador, minn hemm matul il-kosta ta’ Labrador lejn it-terminus tal-konfini Labrador-Quebec, minn hemm matul linja rombu f’direzzjoni lejn il-Lbiċ sa punt fi 49° 25′ N 60° 00′ W, minn hemm lejn in-Nofsinhar sa punt fi 47° 50′ N 60° 00′ W, minn hemm matul linja rombu f’direzzjoni lejn ix-Xlokk sa punt safejn il-konfini tas-subżona 3 taqsam il-linja dritta li tgħaqqad Cape North, Nova Scotia ma’ Cape Ray, Newfoundland, u minn hemm lejn Cape Ray, Newfoundland;

 

Diviżjoni 4S

Dak il-porzjon tas-subżona li qiegħed bejn il-kosta tan-Nofsinhar tal-Quebec mit-terminus tal-konfini Labrador Quebec sa Pte. des Monts u l-linja deskritta kif ġej: tibda minn Pte. des Monts, minn hemm lejn il-Lvant sa punt fi 49° 25′ N 64° 40′ W, minn hemm matul linja rombu f’direzzjoni lejn Xlokk il-Lvant sa punt fi 47° 50′ N 60° 00′ W, minn hemm lejn it-Tramuntana għal punt f’49° 25′ N 60° 00′ W, u minn hemm matul linja rombu f’direzzjoni lejn it-terminus tal-konfini Labrador-Quebec;

 

Diviżjoni 4T

Dak il-porzjon tas-subżona li qiegħed bejn il-kosta ta’ Nova Scotia, New Brunswick u l-Quebec minn Cape North sa Pte. des Monts u l-linja deskritta kif ġej: tibda minn Pte. des Monts, minn hemm lejn il-Lvant sa punt fi 49° 25′ N 64° 40′ W, minn hemm matul linja rombu f’direzzjoni lejn il-Lbiċ sa punt fi 47° 50′ N 60° 00′ W, minn hemm matul linja rombu f’direzzjoni lejn in-Nofsinhar sa’ Cape North, Nova Scotia;

 

Diviżjoni 4V

Dak il-porzjon tas-subżona li qiegħed bejn il-kosta ta’ Nova Scotia bejn Cape North u Fourchu u l-linja deskritta kif ġej: tibda minn Fourchu, minn hemm matul linja rombu f’direzzjoni lejn il-Lvant sa punt fi 45° 40′ N 60° 00′ W, minn hemm lejn in-Nofsinhar matul il-meridjan ta’ 60° 00′ W sal-parallel ta’ 44° 10′ N, minn hemm lejn il-Lvant sal-meridjan ta’ 59° 00′ N, minn hemm lejn in-Nofsinhar sal-parallel ta’ 39° 00′ N, minn hemm lejn il-Lvant sa punt fejn il-konfini bejn is-subżoni 3 u 4 tiltaqa’ mal-parallel ta’ 39° 00′ N, minn hemm matul il-konfini bejn is-subżoni 3 u 4 u linja li tkompli f’direzzjoni lejn il-Majjistral sa punt fi 47° 50′ N 60° 00′ W, u minn hemm matul linja rombu f’direzzjoni lejn in-Nofsinhar sa Cape North, Nova Scotia;

Id-diviżjoni 4V hija maqsuma f’żewġ subdiviżjonijiet:

 

4Vn – Subdiviżjoni tat-Tramuntana – Dak il-porzjoni tad-diviżjoni 4V li qiegħed fit-Tramuntana tal-parallel ta’ 45° 40′ N;

 

4Vs – Subdiviżjoni tan-Nofsinhar– Dak il-porzjoni tad-diviżjoni 4V li qiegħed fin-Nofsinhar tal-parallel ta’ 45° 40′ N;

 

Diviżjoni 4W

Dak il-porzjon tas-subżona li qiegħed bejn il-kosta ta’ Nova Scotia minn Halifax u Fourchu u l-linja deskritta kif ġej: tibda minn Fourchu, minn hemm matul linja rombu f’direzzjoni lejn Lvant sa punt fi 45° 40′ N 60° 00′ W, minn hemm lejn in-Nofsinhar matul il-meridjan ta’ 60° 00′ W sal-parallel ta’ 44° 10′ N, minn hemm lejn il-Lvant sal-meridjan ta’ 59° 00′ W, minn hemm lejn in-Nofsinhar sal-parallel ta’ 39° 00′ N, minn hemm lejn il-Punent sal-meridjan ta’ 63° 20′ W, minn hemm lejn it-Tramuntana sa punt fuq dak il-meridjan fi 44° 20′ N, minn hemm matul linja rombu f’direzzjoni lejn il-Lbiċ sa Halifax, Nova Scotia.

 

Diviżjoni 4X

Dak il-porzjon tas-subżona li qiegħed bejn il-konfini tal-Punent tas-subżona 4 u l-kosti ta’ New Brunswick u Nova Scotia mit-terminus tal-konfini bejn New Brunswick u Maine sa Halifax, u linja deskritta kif ġej: tibda f’Halifax, minn hemm matul linja rombu f’direzzjoni lejn ix-Xlokk sa punt fi 44° 20′ N 63° 20′ W, minn hemm lejn in-Nofsinhar sal-parallel ta’ 39° 00′ N, u minn hemm lejn il-Punent sal-meridjan ta’ 65° 40′ W.

6.(a)   Subżona 5

Dak il-porzjon taż-Żona ta’ Konvenzjoni li qiegħed fil-Punent tal-konfini fil-Punent tas-subżona 4, lejn it-Tramuntana tal-parallel ta’ 39° 00′ N, u lejn il-Lvant tal-meridjan ta’ 71° 40′ W.

6.(b)   Is-subżona 5 hija magħmula minn żewġ diviżjonijiet:

 

Diviżjoni 5Y

Dak il-porzjoni tas-subżona li qiegħed bejn il-kosti ta’ Maine, New Hampshire u Massachusetts mill-konfini bejn Maine u New Brunswick sa 70° 00′ W fuq Cape Cod (lejn madwar 42° N) u linja deskritta kif ġej: tibda minn punt fuq Cape Cod fi 70° W (lejn madwar 42° N), minn hemm lejn it-Tramuntana sa 42° 20′ N, minn hemm lejn il-Lvant sa 67° 18′ 13,15′′ W fil-konfini tas-subżoni 4 u 5, u minn hemm matul dak il-konfini sal-konfini tal-Kanada u l-Istati Uniti.

 

Diviżjoni 5Z

Dak il-porzjoni tas-subżona li qiegħed fin-Nofsinhar u fil-Lvant tad-diviżjoni 5Y.

Diviżjoni 5Z hija maqsuma f’żewġ suddiviżjonijiet: subdiviżjoni fil-Lvant u subdiviżjoni fil-Punent iddefiniti kif ġej:

 

5Ze – Subdiviżjoni fil-Lvant – Dak il-porzjon tad-diviżjoni 5Z li qiegħed fil-Lvant tal-meridjan ta’ 70° 00′ W;

 

5Zw – Subdiviżjoni fil-Punent – Dak il-porzjon tad-diviżjoni 5Z li qiegħed fil-Punent tal-meridjan ta’ 70° 00′ W;

7.(a)   Subżona 6

Dik il-parti taż-Żona tal-Konvenzjoni kkonfinata b’linja li tibda minn punt fuq il-kosta ta’ Rhode Island fi 71° 40′ W, minn hemm lejn in-Nofsinhar sa 39° 00′ N, minn hemm lejn il-Lvant sa 42° 00′ W, minn hemm lejn in-Nofsinhar sa 35° 00′ N, minn hemm lejn il-Punent tal-kosta ta’ North America, minn hemm lejn it-Tramuntana matul il-kosta ta’ North America lejn il-punt fuq l-Rhode Island fi 71° 40′ W.

7.(b)   Is-subżona 6 hija magħmula minn tmien diviżjonijiet:

 

Diviżjoni 6A

Dak il-porzjon tas-subżona li qiegħed fit-Tramuntana tal-parallel ta’ 39° 00′ N u fil-Punent tas-subżona 5;

 

Diviżjoni 6B

Dak il-porzjon tas-subżona li qiegħed lejn il-Punent ta’ 70° 00′ W, lejn in-Nofsinhar tal-parallel ta’ 39° 00′ N, u lejn it-Tramuntana u l-Punent ta’ linja li tmur lejn il-Punent matul il-parallel ta’ 37° 00′ N sa 76° 00′ W u minn hemm lejn in-Nofsinhar sa Cape Henry, Virginia;

 

Diviżjoni 6C

Dak il-porzjon tas-subżona li qiegħed lejn il-Punent ta’ 70° 00′ W u lejn in-Nofsinhar tad-diviżjoni 6B;

 

Diviżjoni 6D

Dak il-porzjon tas-subżona li qiegħed lejn il-Lvant ta’ diviżjonijiet 6B u 6C u lejn il-Punent ta’ 65° 00′ W;

 

Diviżjoni 6E

Dak il-porzjon tas-subżona li qiegħed lejn il-Lvant tad-diviżjoni 6D u lejn il-Punent ta’ 60° 00′ W;

 

Diviżjoni 6F

Dak il-porzjon tas-subżona li qiegħed lejn il-Lvant tad-diviżjoni 6E u lejn il-Punent ta’ 55° 00′ W;

 

Diviżjoni 6G

Dak il-porzjon tas-subżona li qiegħed lejn il-Lvant tad-diviżjoni 6F u lejn il-Punent ta’ 50° 00′ W;

 

Diviżjoni 6H

Dak il-porzjon tas-subżona li qiegħed lejn il-Lvant tad-diviżjoni 6G u lejn il-Punent ta’ 42° 00′ W.

Anness II għall-Konvenzjoni

Regoli rigward il-proċedura tal-panel ad hoc skont l-Artikolu XV

1.

Is-Segretarju Eżekuttiv għandu jistabbilixxi u jżomm lista ta’ esperti li huma lesti u kapaċi jservu bħala membri tal-panel. Kull Parti Kontraenti hija intitolata biex tinnomina sa ħames esperti li jkunu stabbiliti bħala kompetenti fl-aspetti legali, xjentifiċi jew tekniċi tas-sajd koperti mill-Konvenzjoni. Il-Parti Kontraenti li tkun qed tinnomina għandha tipprovdi tagħrif dwar il-kwalifiki u l-esperjenza rilevanti ta’ kull wieħed minn dawk innominati minnha.

2.

Il-Partijiet Kontraenti għat-tilwima għandhom jinnotifikaw lis-Segretarju Eżekuttiv bl-intenzjoni tagħhom sabiex jippreżentaw tilwima quddiem panel ad hoc. In-notifika għandha tkun akkumpanjata minn deskrizzjoni kompleta tal-kwistjoni tat-tilwima kif ukoll dwar l-argumenti invokati minn kull Parti. Is-Segretarju Eżekuttiv għandu jittrażmetti mill-ewwel kopja tan-notifika lill-Partijiet Kontraenti kollha.

3.

Fejn Parti Kontraenti oħra tixtieq tidħol bħala Parti għal tilwima, tista’ tingħaqad mal-proċess li jikkostitwixxi panel ad hoc, sakemm il-Partijiet għat-tilwima oriġinali ma jurux nuqqas ta’ qbil ma’ dan. Il-Partijiet Kontraenti li jixtiequ jsiru parti għat-tilwima għandhom jinnotifikaw din l-intenzjoni fi żmien 15-il jum wara li jkunu rċevew in-notifika msemmija fil-paragrafu 2.

4.

Mhux qabel 30 jum u mhux aktar tard minn 45 jum wara n-notifika msemmija fil-paragrafu 2, il-Partijiet Kontraenti għat-tilwima għandhom jinnotifikaw lis-Segretarju Eżekuttiv bil-kostituzzjoni tal-panel ad hoc, inklużi l-ismijiet tal-membri tal-panel u l-iskeda ta’ żmien għax-xogħol tagħha. Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, għandu japplika dawn li ġej:

(a)

il-panel ad hoc għandu jikkonsisti minn tliet membri;

(b)

il-Partijiet Kontraenti għat-tilwima għandhom jagħżlu membru tal-panel kull wieħed u jaqblu dwar it-tielet wieħed;

(c)

it-tielet membru għandu jippresjedi l-panel ad hoc;

(d)

it-tielet membru ma għandux ikun ċittadin ta’ waħda mill-Partijiet Kontraenti għat-tilwima u ma għandux ikun tal-istess nazzjonalità bħal dik ta’ wieħed mill-ewwel żewġ membri tal-panel; u

(e)

fil-każ ta’ tilwima bejn aktar minn żewġ Partijiet Kontraenti, il-Partijiet Kontraenti għat-tilwima li għandhom l-istess interess jistgħu jagħżlu membru tal-panel flimkien. Jekk il-Partijiet għat-tilwima ma jaqblux dwar in-nomina tat-tielet membru tal-panel, il-President tat-Tribunal Internazzjonali tal-Liġi tal-Baħar għandu jagħmel il-ħatra, sakemm il-Partijiet Kontraenti għat-tilwima ma jaqblux li l-ħatra għandha ssir minn persuna oħra jew stat terz.

Is-Segretarju Eżekuttiv għandu jittrażmetti mill-ewwel kopja tan-notifika lill-Partijiet Kontraenti kollha.

5.

Kwalunkwe Parti Kontraenti, li mhijiex Parti għat-tilwima, tista’ tattendi għas-seduti kollha tal-panel ad hoc, tagħmel sottomissjonijiet bil-miktub u oralment lill-panel ad hoc u tirċievi s-sottomissjonijiet ta’ kull Parti għat-tilwima.

6.

Fuq it-talba ta’ Parti Kontraenti għat-tilwima, jew fuq inizjattiva tiegħu stess, il-panelad hoc jista’ jfittex tagħrif u parir tekniku minn kwalukwe persuna jew korp li jqis xieraq, sakemm il-Partijiet għat-tilwima jaqblu ma’ dan.

7.

Sakemm il-Partijiet Kontraenti għat-tilwima ma jaqblux mod ieħor, il-panel ad hoc għandu, fi żmien 90 jum mill-kostituzzjoni tal-panel ad hoc, jagħmel ir-rapport u r-rakkomandazzjonijiet tiegħu msemmija fil-paragrafu 4 tal-Artikolu XV tal-Konvenzjoni. Ir-rapport u r-rakkomandazzjonijiet għandhom ikunu limitati għall-kwistjoni tat-tilwima u jiddikkjaraw ir-raġunijiet li huma bbażati fuqhom. Ir-rapport u r-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu kkomunikati mill-ewwel, permezz tas-Segretarju Eżekuttiv, lill-Partijiet Kontraenti kollha.

8.

Il-panel ad hoc għandu jimmira lejn l-ilħiq ta’ kunsens fil-konklużjonijiet tiegħu. Jekk dan mhux possibbli, il-panel ad hoc għandu jasal għall-konklużjonijiet tiegħu b’maġġoranza tal-membri tiegħu, li ma jistgħux jastjenu mill-votazzjoni.

9.

Il-panel ad hoc jista’ jadotta kwalunkwe regola ta’ proċedura, li jqis meħtieġa sabiex iħaffef il-proċedimenti.

10.

L-ispejjeż tal-panel ad hoc għandhom jitħallsu mill-Partijiet Kontraenti għat-tilwima b’mod ekwu.

11.

Rigward il-panel ad hoc stabbilit skont il-paragrafi 7 u 8 tal-Artikolu XIV, il-Partijiet għandhom jitqiesu li huma l-Kummissjoni u l-Parti Kontraenti li qed toġġezzjona u d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness għandhom japplikaw, bl-eċċezzjoni tal-paragrafi 3 u 4 (e).’