25.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 309/18


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-23 ta’ Novembru 2010

li tapprova programmi annwali u pluriennali u l-kontribut finanzjarju mill-Komunità għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonożi ppreżentati mill-Istati Membri għall-2011 u s-snin ta’ wara

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 8125)

(2010/712/UE)

Il-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/470/KE tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar in-nefqa fil-kamp veterinarju (1), u b' mod partikolari l-Artikolu 27(5) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni 2009/470/KE tistabbilixxi l-proċeduri li jirregolaw il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal programmi għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ mard tal-annimali u żoonożi.

(2)

Barra minn hekk, l-Artikolu 27(1) tad-Deċiżjoni 2009/470/KEE jistipula li għandha tkun introdotta miżura finanzjarja tal-Unjoni biex tirrimborża n-nefqa li ssir mill-Istati Membri għall-finanzjament tal-programmi nazzjonali għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali u żoonożi elenkati fl-Anness 1 għal din id-Deċiżjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/341/KE tal-25 ta’ April 2008 li tistabbilixxi l-kriterji Komunitarji għal programmi nazzjonali għall-qerda, il-kontroll u l-monitoraġġ ta’ ċertu mard tal-annimali u żoonożi (2) tipprevedi li sabiex ikunu approvati taħt il-miżuri finanzjarji tal-Unjoni, il-programmi ppreżentati mill-Istati Membri għandhom għallinqas jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Anness għal dik id-Deċiżjoni.

(4)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabblixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (3), jipprovdi għal programmi ta’ monitoraġġ annwali mill-Istati Membri għall-enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSEs) fl-annimali bovini, ovini u kaprini.

(5)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur (4) tipprovdi wkoll għal programmi ta’ sorveljanza mill-Istati Membri li għandhom jitwettqu fir-rigward tat-tjur u l-għasafar salvaġġi sabiex jikkontribwixxu, inter alia, abbażi ta’ evalwazzjonijiet tar-riskju aġġornati regolament, għall-għarfien dwar it-theddid impost mill-għasafar salvaġġi fir-rigward ta’ kwalunkwe vajrus tal-influwenza ta’ oriġini avjarja fl-għasafar. Dawn il-programmi annwali, u l-finanzjament tagħhom, għall-monitoraġġ jeħtieġu jiġu approvati wkoll.

(6)

Ċerti Stati Membri ppreżentaw lill-Kummissjoni programmi annwali għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali, programmi għal kontrolli mmirati lejn il-prevenzjoni ta’ żoonożijiet, u programmi ta’ monitoraġġ annwali għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ ta’ ċerti TSEs li għalihom huma jixtiequ jirċievu kontribut finanzjarju mill-Unjoni.

(7)

Għas-snin 2009 u 2010, ċerti programmi pluriennali ppreżentati mill-Istati Membri għall-eradikazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ tal-mard tal-annimali kienu approvati skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/897/KE (5) u 2009/883/KE (6).

(8)

L-impenn tan-nefqa għal dawn il-programmi pluriennali kien adottat skont l-Artikolu 76(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli ghall-bagit generali tal-Komunitajiet Ewropej (7). L-ewwel impenn tal-baġit għal dawn il-programmi sar wara l-approvazzjoni tagħhom. Kull impenn annwali sussegwenti għandu jsir mill-Kummissjoni fil-funzjoni tat-twettiq tal-programm għas-sena preċedenti, abbażi ta’ deċiżjoni li tingħata kontribuzzjoni li hemm referenza għaliha fl-Artikolu 27(5) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE.

(9)

Il-programmi kontra l-idrofobija f'ħafna Stati Membri issa qed joqorbu lejn l-istadju tal-kisba tal-objettivi tagħhom ta’ eradikazzjoni ta’ din it-theddida importanti għas-saħħa pubblika. Huwa xieraq li jiġi pprovdut appoġġ addizzjonali għal dawn il-programmi permezz ta’ livell ogħla ta’ kontribut finanzjarju mill-Unjoni, sabiex isaħħaħ l-isforzi tal-Istati Membri biex jeqirdu din il-marda kemm jista’ jkun malajr.

(10)

Ċerti Stati Membri li implimentaw b'suċċess programmi ta’ qerda tal-idrofobija li jkunu ġew ko-finanzjati għal bosta snin, għandhom fruntieri komuni ma' pajjiżi terzi fejn din il-marda hija preżenti. Sabiex finalment tinqered l-idrofobija, ċerti attivitajiet ta’ vaċċinazzjoni jeħtieġu jitwettqu fit-territorju ta’ dawk il-pajjiżi terzi kontigwi mal-Unjoni.

(11)

Il-Kummissjoni vvalutat il-programmi annwali ppreżentati mill-Istati Membri, kif ukoll it-tielet u t-tieni sena rispettivament tal-programmi pluriennali approvati għall-2009 u l-2010, kemm mill-perspettiva veterinarja kif ukoll minn dik finanzjarja. Dawn il-programmi nstabu li jikkonformaw mal-leġislazzjoni veterinarja rilevanti tal-Unjoni u b’mod partikolari mal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2008/341/KE.

(12)

Fid-dawl tal-importanza tal-programmi annwali u pluriennali biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni fil-qasam ta’ saħħet l-annimali u l-pubbliku, kif ukoll tal-applikazzjoni obbligatorja fl-Istati Membri kollha fil-każ tal-programmi tat-TSE u tal-influwenza avjarja, huwa xieraq li tkun stabbilita r-rata adatta ta’ kontribut finanzjarju tal-Unjoni għar-rimborż tal-ispejjeż li jkunu ser isiru mill-Istati Membri kkonċernati għall-miżuri li hemm referenza għalihom f’din id-Deċiżjoni sa ammont massimu għal kull programm.

(13)

Għall-finijiet ta’ maniġġjar tajjeb, użu iktar effiċjenti tal-fondi tal-Unjoni u trasparenza mtejba, huma meħtieġa wkoll li jiġu ffissati għal kull programm, fejn huwa xieraq, ammonti massimi li għandhom jingħataw bħala rimborż lill-Istati Membri għal ċerti miżuri, bħalma huma t-testijiet użati fl-Istati Membri u kumpens pagabbli lis-sidien minħabba xi telf mit-tbiċċir jew il-qatla tal-annimali tagħhom. Huwa wkoll meħtieġ li jiġi ċċarat liema nefqa hija eliġibbli għal kontribut finanzjarju tal-Unjoni. Għal dawn ir-raġunijiet, għandha tiġi inkluża kjarifika tan-nefqa eliġibbli.

(14)

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-politika agrikola komuni (8), il-programmi għall-eradikazzjoni u l-kontroll tal-mard tal-annimali għandhom ikunu ffinanzjati skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija. Għal finijiet ta’ kontroll finanzjarju, għandhom japplikaw l-Artikoli 9, 36 u 37 ta’ dan ir-Regolament.

(15)

Il-kontribut finanzjarju mill-Unjoni għandu jingħata sakemm l-azzjonijiet ippjanati jitwettqu b’mod effiċjenti u l-awtoritajiet kompetenti jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa fil-limiti taż-żmien stabbiliti b’din id-Deċiżjoni.

(16)

Għal raġunijiet ta’ effiċjenza amministrattiva l-infiq kollu ppreżentat għal kontribut finanzjarju mill-Unjoni għandu jkun espress f’euro. Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, ir-rata ta’ kambju għall-infiq f’munita għajr l-euro għandha tkun l-aħħar rata ta’ kambju stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih titressaq l-applikazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat.

(17)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

KAPITOLU I

PROGRAMMI ANNWALI

Artikolu 1

Bruċellożi bovina

1.   Il-programmi għall-eradikazzjoni tal-bruċellożi si bovina ppreżentati minn Spanja, l-Italja, Ċipru, il-Portugall u r-Renju Unit huma b’dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011.

2.   Il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni:

(a)

għandu jinkludi somma f'daqqa ta’ EUR 0,5 għal kull annimal domestiku kkampjunat;

(b)

għandu jkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża ta’:

(i)

twettiq tat-testijiet tal-laboratorju;

(ii)

il-kumpens li għandu jitħallas lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom maqtula soġġetti għal dawk il-programmi;

(iii)

ix-xiri ta’ dożi ta’ vaċċini, u

(c)

ma għandux jaqbeż l-limiti segwenti:

(i)

EUR 5 600 000 għal Spanja;

(ii)

EUR 3 500 000 għall-Italja;

(iii)

EUR 80 000 għal Ċipru;

(iv)

EUR 1 600 000 għall-Portugall;

(v)

EUR 5 000 000 għar-Renju Unit.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

:

għal test rose bengal

:

EUR 0,2 għal kull test;

(b)

:

għal test SAT

:

EUR 0,2 għal kull test;

(c)

:

għal test ta’ fissazzjoni kumplementari

:

EUR 0,4 għal kull test;

(d)

:

għal test ELISA

:

EUR 1 għal kull test;

(e)

:

għall-annimali maqtula

:

EUR 375 għal kull annimal.

Artikolu 2

Tuberkulożi bovina

1.   Il-programmi għall-eradikazzjoni tat-tuberkulożi bovina ppreżentati mill-Irlanda, Spanja, l-Italja, il-Portugall u r-Renju Unit huma b’dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011.

2.   Il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni:

(a)

għandu jinkludi somma f'daqqa ta’ EUR 0,5 għal kull annimal domestiku kkampjunat;

(i)

għal test gamma-interferon;

(ii)

issuspettat pożittiv fil-biċċerija;

(b)

għandu jkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża ta’:

(i)

l-ispejjeż ta’ twettiq ta’ testijiet tat-tuberkolin u tal-laboratorju;

(ii)

il-kumpens li għandu jitħallas lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom maqtula soġġetti għal dawk il-programmi; kif ukoll;

(c)

ma għandux jaqbeż l-limiti segwenti:

(i)

EUR 16 000 000 għall-Irlanda;

(ii)

EUR 15 000 000 għal Spanja;

(iii)

EUR 7 500 000 għall-Italja;

(iv)

EUR 1 200 000 għall-Portugall;

(v)

EUR 23 000 000 għar-Renju Unit.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

:

għal test bit-tuberculin

:

EUR 2 għal kull test;

(b)

:

għal test gamma-interferon

:

EUR 5 għal kull test;

(c)

:

għall-annimali maqtula

:

EUR 375 għal kull annimal.

Artikolu 3

Bruċellożi ovina u kaprina

1.   Il-programmi għall-eradikazzjoni tal-bruċellożi ovina u kaprina ppreżentati mill-Greċja, Spanja, l-Italja, Ċipru u l-Portugall huma b’dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011.

2.   Il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni:

(a)

għandu jinkludi somma f'daqqa ta’ EUR 0,5 għal kull annimal domestiku kkampjunat;

(b)

għandu jkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għal:

(i)

ix-xiri ta’ vaċċini;

(ii)

l-ispejjeż tat-testijiet tal-laboratorju;

(iii)

il-kumpens li għandu jitħallas lis-sidien għall-valur tal-annimali tagħhom maqtula soġġetti għal dawk il-programmi; kif ukoll;

(c)

ma għandux jaqbeż l-limiti segwenti:

(i)

EUR 160 000 għall-Greċja;

(ii)

EUR 7 500 000 għal Spanja;

(iii)

EUR 3 500 000 għall-Italja;

(iv)

EUR 200 000 għal Ċipru;

(v)

EUR 2 200 000 għall-Portugall.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

:

għal test rose bengal

:

EUR 0,2 għal kull test;

(b)

:

għal test ta’ fissazzjoni kumplementari

:

EUR 0,4 għal kull test;

(c)

:

għall-annimali maqtula

:

EUR 50 għal kull annimal.

Artikolu 4

Bluetongue f'żoni endemiċi jew ta’ riskju kbir

1.   Il-programmi għall-eradikazzjoni u l-monitoraġġ tal-bluetongue ippreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Isvezja huma b’dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011.

2.   Il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni:

(a)

għandu jinkludi somma f'daqqa ta’ EUR 0,5 għal kull annimal domestiku kkampjunat;

(b)

għandu jkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għal:

(i)

l-ispejjeż tat-twettiq tal-vaċċinazzjoni;

(ii)

l-ispiża tat-twettiq ta’ testijiet fil-laboratorju għas-sorveljanza viroloġika, seroloġika u entomoloġika;

(iii)

ix-xiri ta’ nases u vaċċini; kif ukoll;

(c)

ma għandux jaqbeż l-limiti segwenti:

(i)

EUR 390 000 għall-Belġju;

(ii)

EUR 10 000 għall-Bulgarija;

(iii)

EUR 1 500 000 għar-Repubblika Ċeka;

(iv)

EUR 40 000 għad-Danimarka;

(v)

EUR 400 000 għall-Ġermanja;

(vi)

EUR 10 000 għall-Estonja;

(vii)

EUR 10 000 għall-Irlanda;

(viii)

EUR 100 000 għall-Greċja;

(ix)

EUR 7 000 000 għal Spanja;

(x)

EUR 3 000 000 għal Franza;

(xi)

EUR 300 000 għall-Italja;

(xii)

EUR 50 000 għal-Latvja;

(xiii)

EUR 40 000 għal-Litwanja;

(xiv)

EUR 170 000 għall-Ungerija;

(xv)

EUR 10 000 għal Malta;

(xvi)

EUR 40 000 għall-Pajjiżi l-Baxxi;

(xvii)

EUR 360 000 għall-Awstrija;

(xviii)

EUR 50 000 għall-Polonja;

(xix)

EUR 2 200 000 għall-Portugall;

(xx)

EUR 100 000 għar-Rumanija;

(xxi)

EUR 250 000 għas-Slovenja;

(xxii)

EUR 50 000 għas-Slovakkja;

(xxiii)

EUR 20 000 għall-Finlandja;

(xxiv)

EUR 100 000 għall-Isvezja;

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

:

għal test ELISA

:

EUR 2,5 għal kull test;

(b)

:

għat-test PCR

:

EUR 10 għal kull test;

(c)

:

għax-xiri tal-vaċċini monovalenti

:

EUR 0,3 għal kull doża;

(d)

:

għax-xiri tal-vaċċini bivalenti

:

EUR 0,45 għal kull doża;

(e)

:

għall-amministrazzjoni ta’ tilqim għall-annimali bovini

:

EUR 1,50 għal kull annimal bovin imlaqqam, irrispettivament min-numru u tipi ta’ dożi użati;

(f)

:

għall-amministrazzjoni ta’ tilqim għall-annimali ovini jew kaprini

:

EUR 0,75 għal kull annimal kaprin imlaqqam, irrispettivament min-numru u tipi ta’ dożi użati.

Artikolu 5

Salmonellożi (zoonotic salmonella) f'qatgħat għat-tkabbir, għall-bajd u brojler tal-Gallus gallus u f'qatgħat tad-dundjani (Meleagris gallopavo)

1.   Il-programmi għall-kontroll ta’ ċerta salmonella żoonotika f'qatgħat għat-tkabbir, għall-bajd u brojler tal-Gallus gallus u f'qatgħat ta’ dundjani (Meleagris gallopavo) ippreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Ġermanja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja u r-Renju Unit huma b’dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011.

2.   Il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni:

(a)

għandu jinkludi somma f'daqqa ta’ EUR 0,5 għal kull kampjun uffiċjali meħud;

(b)

għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża ta’:

(i)

twettiq ta’ testijiet batterjoloġiċi u ta’ serotipi fil-qafas ta’ kampjunar uffiċjali;

(ii)

twettiq ta’ testijiet batterjoloġiċi biex jivverifikaw l-effiċjenza tad-diżinfettazzjoni;

(iii)

jitwettqu testijiet għad-detezzjoni tal-antimikrobi jew l-effett inibitorju tal-formazzjoni tal-batterji fit-tessuti mit-tjur minn qatgħet ittestjati għas-Salmonella;

(iv)

ix-xiri ta’ vaċċini;

(v)

il-kumpens li għandu jitħallas lis-sidien għall-valur ta’:

l-għasafar Gallus gallus tat-tgħammir u li jbidu maqtula,

id-dundjani Meleagris gallopavo tat-trobbija maqtula,

il-bajd meqrud li għalih saret referenza fil-paragrafu 3; kif ukoll

(c)

ma għandux jaqbeż l-limiti segwenti:

(i)

EUR 1 200 000 għall-Belġju;

(ii)

EUR 75 000 għall-Bulgarija;

(iii)

EUR 2 500 000 għar-Repubblika Ċeka;

(iv)

EUR 440 000 għad-Danimarka;

(v)

EUR 1 000 000 għall-Ġermanja;

(vi)

EUR 30 000 għall-Estonja;

(vii)

EUR 350 000 għall-Irlanda;

(viii)

EUR 1 500 000 għall-Greċja;

(ix)

EUR 1 700 000 għal Spanja;

(x)

EUR 2 000 000 għal Franza;

(xi)

EUR 1 000 000 għall-Italja;

(xii)

EUR 150 000 għal Ċipru;

(xiii)

EUR 130 000 għal-Latvja;

(xiv)

EUR 20 000 għal-Lussemburgu;

(xv)

EUR 2 000 000 għall-Ungerija;

(xvi)

EUR 150 000 għal Malta;

(xvii)

EUR 3 500 000 għall-Pajjiżi l-Baxxi;

(xviii)

EUR 1 000 000 għall-Awstrija;

(xix)

EUR 3 000 000 għall-Polonja;

(xx)

EUR 250 000 għall-Portugall;

(xxi)

EUR 500 000 għar-Rumanija;

(xxii)

EUR 120 000 għas-Slovenja;

(xxiii)

EUR 600 000 għas-Slovakkja;

(xxiv)

EUR 75 000 għar-Renju Unit.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

:

għal test batterjoloġiku (kultivazzjoni/iżolament)

:

EUR 7 għal kull test;

(b)

:

għax-xiri tal-vaċċini

:

EUR 0,05 kull doża;

(c)

:

għas-serotipar tal-iżolati rilevanti tas-salmonella spp.

:

EUR 20 għal kull test;

(d)

:

għal test batterjoloġiku biex jivverifika l-effiċjenza ta’ diżinfezzjoni tal-gallinari tat-tiġieġ wara d-depopulazzjoni ta’ qatgħa li tittestja pożittiva għas-Salmonella,

:

EUR 5 għal kull test;

(e)

:

għal test għad-detezzjoni tal-antimikrobi jew fuq l-effett ta’ inibitorju tal-formazzjoni ta’ batterji fit-tessuti, fuq tjur meħudin minn qatgħet ittestjati għas-Salmonella,

:

EUR 5 għal kull test;

(f)

:

għall-kumpens li għandu jitħallas lis-sidien għall-valur ta’

:

(i)

:

tajra tat-trobbija tat-tip Gallus gallus maqtula

:

EUR 4 għal kull tajra;

(ii)

:

tajra tal-bajd kummerċjali Gallus gallus maqtula

:

EUR 2,20 għal kull tajra;

(iii)

:

dundjani tat-trobbija tal-Meleagris gallopavo maqtula,

:

EUR 12 għal kull tajra;

(iv)

:

bajd għat-tifqis tal-Gallus gallus tat-trobbija

:

EUR 0,20 għal kull bajda tat-tifqis meqruda;

(v)

:

bajd għall-ikel tal-Gallus Gallus

:

EUR 0,04 għal kull bajda meqruda;

(vi)

:

bajd għat-tifqis tal-Meleagris gallopavo tat-trobbija

:

EUR 0,40 għal kull bajda tat-tifqis meqruda.

Artikolu 6

Deni klassiku tal-majjali u deni Afrikan tal-majjali

1.   Il-programmi għall-kontroll u l-monitoraġġ ta’:

(a)

Deni klassiku tal-majjali, ppreżentat mill-Bulgarija, il-Ġermanja, Franza, l-Ungerija, ir-Rumanija, is-Slovenja u s-Slovakkja huma b’dan approvati għall-perjodi mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011.

(b)

Deni Afrikan tal-majjali, ppreżentat mill-Italja huwa b’dan il-mezz approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011.

2.   Il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni:

(a)

għandu jinkludi somma f'daqqa ta’ EUR 0,5 għal kull ħanżir domestiku kkampjunat u ta’ EUR 5 għal kull ħanżir selvaġġ ikkampjunat;

(b)

għandha tkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż imġarrba:

(i)

minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża biex jitwettqu t-testijiet viroloġiċi, istoloġiċi u seroloġiċi ta’ ħnieżer domestiċi u ħnieżer selvaġġi;

(ii)

għall-programmi ppreżentati mill-Bulgarija, il-Ġermanja, Franza u r-Rumanija għax-xiri u d-distribuzzjoni ta’ vaċċini u lixki għall-vaċċinazzjoni ta’ ħnieżer selvaġġi; u

(c)

ma għandux jaqbeż l-limiti segwenti:

(i)

EUR 210 000 għall-Bulgarija;

(ii)

EUR 1 520 000 għall-Ġermanja;

(iii)

EUR 740 000 għal Franza;

(iv)

EUR 160 000 għall-Italja;

(v)

EUR 480 000 għall-Ungerija;

(vi)

EUR 480 000 għar-Rumanija;

(vii)

EUR 30 000 għas-Slovenja;

(viii)

EUR 310 000 għas-Slovakkja.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu t-EUR 2,5 għal kull test ELISA.

Artikolu 7

Marda vesikulari tal-ħnieżer tal-infafet fil-majjali

1.   Il-programm għall-eradikazzjoni tal-marda vesikulari tal-ħnieżer ippreżentat mill-Italja hu b’dan il-mezz approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011.

2.   Il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni:

(a)

għandu jinkludi somma f'daqqa ta’ EUR 0,5 għal kull annimal domestiku kkampjunat;

(b)

għandu jkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż tat-testijiet tal-laboratorju; kif ukoll

(c)

ma għandux jaqbeż is-EUR 730 000.

Artikolu 8

Influwenza avjarja fit-tjur u l-għasafar selvaġġi

1.   Il-programmi ta’ stħarriġ għall-influwenza avjarja fit-tjur u fl-għasafar selvaġġi ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit huma b’dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011.

2.   Il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni:

(a)

għandu jinkludi somma f'daqqa ta’ EUR 0,5 għal kull tajra kkampjunata u ta’ EUR 5 għal tajra selvaġġa kkampjunata;

(b)

għandu jkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru għall-ispejjeż tat-twettiq tat-testijiet tal-laboratorji: kif ukoll;

(c)

ma għandux jaqbeż l-limiti segwenti:

(i)

EUR 70 000 għall-Belġju;

(ii)

EUR 40 000 għall-Bulgarija;

(iii)

EUR 60 000 għar-Repubblika Ċeka;

(iv)

EUR 80 000 għad-Danimarka;

(v)

EUR 250 000 għall-Ġermanja;

(vi)

EUR 10 000 għall-Estonja;

(vii)

EUR 60 000 għall-Irlanda;

(viii)

EUR 50 000 għall-Greċja;

(ix)

EUR 110 000 għal Spanja;

(x)

EUR 200 000 għal Franza;

(xi)

EUR 800 000 għall-Italja;

(xii)

EUR 20 000 għal Ċipru;

(xiii)

EUR 50 000 għal-Latvja;

(xiv)

EUR 10 000 għal-Litwanja;

(xv)

EUR 10 000 għal-Lussemburgu;

(xvi)

EUR 300 000 għall-Ungerija;

(xvii)

EUR 20 000 għal Malta;

(xviii)

EUR 300 000 għall-Pajjiżi l-Baxxi;

(xix)

EUR 50 000 għall-Awstrija;

(xx)

EUR 120 000 għall-Polonja;

(xxi)

EUR 300 000 għall-Portugall;

(xxii)

EUR 350 000 għar-Rumanija;

(xxiii)

EUR 40 000 għas-Slovenja;

(xxiv)

EUR 30 000 għas-Slovakja;

(xxv)

EUR 30 000 għall-Finlandja;

(xxvi)

EUR 120 000 għall-Isvezja;

(xxvii)

EUR 120 000 għar-Renju Unit.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għat-testijiet koperti mill-programmi bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

:

test ELISA

:

EUR 2 għal kull test;

(b)

:

test bil-ġel agar għal diffużjoni immuni

:

EUR 1,2 għal kull test;

(c)

:

test HI għal H5/H7

:

EUR 12 għal kull test;

(d)

:

test għall-iżolament ta’ vajrus

:

EUR 40 għal kull test;

(e)

:

test PCR

:

EUR 20 għal kull test.

Artikolu 9

Enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSE), enċefalopatija sponġiformi bovina (BSE) u scrapie

1.   Il-programmi għall-monitoraġġ ta’ enċefalopatiji sponġiformi trażmissibbli (TSE), u għall-eradikazzjoni tal-enċefalopatija sponġiforma bovina (BSE) u tal-iscrapie ppreżentati mill-Belġju, il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, l-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit huma b’dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011.

2.   Il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni:

(a)

għandhom jinkludu somma f'daqqa ta’ EUR 0,5 għal kull annimal domestiku kkampjunat;

(b)

għandu jkun bir-rata ta’ 100 % tal-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża ta’:

(i)

testijiet rapidi mwettqa biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 999/2001, Anness III Kapitolu A Partijiet I u II punti 1 sa 5 ta Regolament (KE) Nru 999/2001 u l-Anness VII għal dak ir-Regolament,

(ii)

testijiet konfermatorji u testijiet primarji diskriminatorji tal-molekuli mwettqa kif imsemmi fil-punt 3(2)(c)(i) tal-Kapitolu C tal-Anness X għar-Regolament (KE) Nru 999/2001;

(c)

għandu jkun bir-rata ta’ 50 % tal-ispejjeż imġarrba minn kull Stat membru għal:

(i)

il-kumpens li jrid jitħallas lis-sidien għall-valur tal-annimali maqtula u meqruda tagħhom skont il-programmi tagħhom tal-eradikazzjoni tal-BSE u tal-iscrapie:

(ii)

l-analiżi tal-kampjuni għad-determinazzjoni tal-ġenotipi; kif ukoll;

(d)

ma għandux jaqbeż il-limiti segwenti:

(i)

EUR 2 300 000 għall-Belġju;

(ii)

EUR 630 000 għall-Bulgarija;

(iii)

EUR 1 530 000 għar-Repubblika Ċeka;

(iv)

EUR 1 570 000 għad-Danimarka;

(v)

EUR 11 750 000 għall-Ġermanja;

(vi)

EUR 330 000 għall-Estonja;

(vii)

EUR 4 250 000 għall-Irlanda;

(viii)

EUR 2 500 000 għall-Greċja;

(ix)

EUR 6 150 000 għal Spanja;

(x)

EUR 19 850 000 għal Franza;

(xi)

EUR 7 000 000 għall-Italja;

(xii)

EUR 3 200 000 għal Ċipru;

(xiii)

EUR 420 000 għal-Latvja;

(xiv)

EUR 720 000 għal-Litwanja;

(xv)

EUR 125 000 għal-Lussemburgu;

(xvi)

EUR 1 380 000 għall-Ungerija;

(xvii)

EUR 25 000 għal Malta;

(xviii)

EUR 3 530 000 għall-Pajjizi l-Baxxi;

(xix)

EUR 1 800 000 għall-Awstrija;

(xx)

EUR 5 440 000 għall-Polonja;

(xxi)

EUR 1 450 000 għall-Portugall;

(xxii)

EUR 1 850 000 għar-Rumanija;

(xxiii)

EUR 275 000 għas-Slovenja;

(xxiv)

EUR 860 000 għas-Slovakkja;

(xxv)

EUR 680 000 għall-Finlandja;

(xxvi)

EUR 1 050 000 għall-Isvezja;

(xxvii)

EUR 6 250 000 għar-Renju Unit.

3.   Il-kontribut finanzjarju mill-Unjoni għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun għat-testijiet imwettqa u għall-annimali maqtula u l-ammont massimu bħala medja ma għandux jaqbeż:

(a)

:

għat-testijiet mwettqa fuq l-annimali bovini

:

EUR 8 għal kull test;

(b)

:

għatt-testijiet mwettqa fuq l-annimali ovini u kaprini

:

EUR 25 għal kull test;

(c)

:

għal testijiet konfirmatorji u għat-testijiet primarji diskriminatorji tal-molekoli

:

EUR 175 għal kull test;

(d)

:

għal testijiet ta’ ġenotipar

:

EUR 10 għal kull test;

(e)

:

għal kull annimal bovin maqtul

:

EUR 500 kull annimal;

(f)

:

għal kull nagħġa jew mogħża maqtula

:

EUR 70 għal kull annimal.

Artikolu 10

Il-marda tal-idrofobija

1.   Il-programmi għall-eradikazzjoni tal-idrofobija ppreżentati mill-Bulgarija, l-Estonja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija u s-Slovakkja huma b’dan approvati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011.

2.   Il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni:

(a)

għandu jinkludi somma f'daqqa ta’ EUR 5 għal kull annimal selvaġġ ikkampjunat;

(b)

għandu jkun bir-rata ta’ 75 % tal-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża ta’:

(i)

t-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju għad-detezzjoni tal-antiġeni jew l-antikorpi tal-idrofobija;

(ii)

għall-iżolament u l-karatterizzazzjoni tal-vajrus tal-idrofobija;

(iii)

id-detezzjoni tal-biomarkatur u t-titrazzjoni tal-lixki tal-vaċċini;

(iv)

ix-xiri u d-distribuzzjoni ta’ vaċċin orali flimkien mal-lixki;

(v)

ix-xiri u l-amministrazzjoni lill-bhejjem tal-vaċċini parenterali; kif ukoll;

(c)

ma għandux jaqbeż il-limiti segwenti:

(i)

EUR 1 800 000 għall-Bulgarija;

(ii)

EUR 620 000 għall-Estonja;

(iii)

EUR 1 450 000 għall-Ungerija;

(iv)

EUR 6 500 000 għall-Polonja;

(v)

EUR 5 000 000 għar-Rumanija;

(vi)

EUR 700 000 għas-Slovakkja;

(vii)

EUR 170 000 għall-Finlandja.

3.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

:

għal test seroloġiku

:

EUR 12 għal kull test;

(b)

:

għal test biex tinstab it-tetraċiklina fl-għadam

:

EUR 12 għal kull test;

(c)

:

għal test florexxenti tal-antikorpi (TAF)

:

EUR 18 għal kull test;

(d)

:

għax-xiri ta’ vaċċin orali flimkien mal-lixki

:

EUR 0,60 għal kull doża;

(e)

:

għad-distribuzzjoni ta’ vaċċin orali flimkien mal-lixki

:

EUR 0,35 għal kull doża;

(f)

:

għax-xiri tal-vaċċini parenterali

:

EUR 1 għal kull doża;

(g)

:

għall-amministrazzjoni ta’ vaċċini tal-idrofobija għall-annimali bovini

:

EUR 1,50 għal kull annimal bovin imlaqqam, irrispettivament min-numru u t-tipi ta’ dożi użati;

4.   Minkejja l-paragrafi 2 u 3, għall-parti tal-programm Slovakk li se jiġu implimentati barra mit-territorju tiegħu, il-kontribut finanzjarju mill-Unjoni għandu:

(a)

jingħata biss għall-ispejjeż tax-xiri u t-tqassim ta’ vaċċin orali flimkien mal-lixki;

(b)

ikun bir-rata ta’ 100 %; kif ukoll;

(c)

ma għandux jaqbeż il-EUR 250 000.

5.   L-ispejjeż massimi li għandhom jitħallsu għall-ispejjeż imsemmijin fil-paragrafu 4 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

:

għax-xiri ta’ vaċċin orali flimkien mal-lixki

:

EUR 0,60 għal kull doża

(b)

:

għad-distribuzzjoni ta’ vaċċin orali flimkien mal-lixki

:

EUR 0,35 għal kull doża

KAPITOLU II

PROGRAMMI PLURIENNALI

Artikolu 11

Il-marda tal-idrofobija

1.   Il-programm pluriennali għall-eradikazzjoni tal-idrofobija ppreżentat mill-Italja u l-Awstrija huwa b’dan approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2012.

2.   Il-programm pluriennali għall-eradikazzjoni tal-idrofobija ippreżentat mil-Latvja huwa b’dan approvat għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2013.

3.   It-tieni sena tal-programm pluriennali għall-eradikazzjoni tal-idrofobija ppreżentat mil-Litwanja u l-Awstrija hija b’dan approvata għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011.

4.   Ir-raba’ sena tal-programm pluriennali għall-eradikazzjoni tal-idrofobija ppreżentat mis-Slovenja hija b’dan approvata għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2011 u l-31 ta’ Diċembru 2011.

5.   Il-kontribut finanzjarju tal-Unjoni:

(a)

għandu jinkludi somma f'daqqa ta’ EUR 5 għal kull annimal selvaġġ ikkampjunat;

(b)

għandu jkun bir-rata ta’ 75 % tal-ispejjeż imġarrba minn kull Stat Membru msemmi fil-paragrafu 1 għall-ispiża ta’:

(i)

t-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju għad-detezzjoni tal-antiġeni jew l-antikorpi tal-idrofobija;

(ii)

għall-iżolament u l-karatterizzazzjoni tal-virus tal-idrofobija;

(iii)

id-detezzjoni tal-biomarkatur u t-titrazzjoni tal-lixki tal-vaċċini;

(iv)

ix-xiri u d-distribuzzjoni ta’ vaċċin orali flimkien mal-lixki,

(v)

ix-xiri u l-amministrazzjoni lill-bhejjem tal-vaċċini parenterali; kif ukoll;

(c)

ma għandux jaqbeż dan li jmiss għas-sena 2011:

(i)

EUR 2 250 000 għall-Italja;

(ii)

EUR 1 800 000 għal-Latvja;

(iii)

EUR 2 700 000 għal-Litwanja;

(iv)

EUR 200 000 għall-Awstrija;

(v)

EUR 740 000 għas-Slovenja

6.   L-ispejjeż massimi li għandhom jiġu rimborżati lill-Istati Membri għall-programmi msemmija fil-paragrafu 1 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

:

għal test seroloġiku

:

EUR 12 għal kull test;

(b)

:

għal test biex tinstab it-tetraċiklina fl-għadam

:

EUR 12 għal kull test;

(c)

:

għal test florexxenti tal-antikorpi (TAF)

:

EUR 18 għal kull test;

(d)

:

għax-xiri ta’ vaċċin orali flimkien mal-lixki

:

EUR 0,60 għal kull doża;

(e)

:

għax-xiri ta’ vaċċin orali flimkien mal-lixki

:

EUR 0,35 għal kull doża;

(f)

:

għax-xiri tal-vaċċini parenterali

:

EUR 1 għal kull doża;

(g)

:

għall-amministrazzjoni ta’ vaċċini tal-idrofobija għall-annimali bovini

:

EUR 1,50 għal kull annimal bovin imlaqqam, irrispettivament min-numru u t-tipi ta’ dożi użati.

7.   Minkejja l-paragrafi 5 u 6, għall-parti tal-programm pluriennali Litwan li se tiġi implimentata barra mit-territorju tiegħu, il-kontribut finanzjarju mill-Unjoni għandu:

(a)

jingħata biss għall-ispejjeż tax-xiri u t-tqassim ta’ vaċċin orali flimkien mal-lixki;

(b)

ikun bir-rata ta’ 100 %; kif ukoll;

(c)

ma jaqbiżx il-EUR 1 100 000 għas-sena 2011.

8.   L-ispejjeż massimi li għandhom jitħallsu lura għall-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 7 bħala medja ma għandhomx jaqbżu:

(a)

:

għax-xiri ta’ vaċċin orali flimkien mal-lixki

:

EUR 0,60 għal kull doża;

(b)

:

għax-xiri ta’ vaċċin orali flimkien mal-lixki

:

EUR 0,35 għal kull doża.

KAPITOLU III

Artikolu 12

In-nefqa eliġibbli

1.   Mingħajr preġudizzju għal-limiti massimi tal-kontribut finanzjarju mill-Unjoni previsti fl-Artikoli 1 sa 11, l-ispiża eliġibbli koperta mill-miżuri msemmija f'dawn l-Artikoli għandha tkun limitata għan-nefqa mniżżla fl-Anness.

2.   L-ispejjeż biss minfuqa fit-twettiq tal-programmi annwali jew pluriennali msemmija fl-Artikoli 1 sa 11 u mħallsa qabel il-preżentazzjoni tar-rapport finali mill-Istati Membri għandu jkun eliġibbli għal kofinanzjament permezz ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni bl-eċċezzjoni tal-ispejjeż imsemmija fl-Artikoli 10(4) u 11(7).

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 13

1.   Il-kumpens li għandu jitħallas lis-sidien għall-valur tal-annimali maqtula u tal-prodotti meqruda għandu jingħata fi żmien 90 jum mid-data ta’:

(a)

il-qatla tal-annimal;

(b)

il-qerda tal-prodotti; jew

(c)

il-preżentazzjoni tal-formola tat-talba mimlija mis-sid.

2.   L-Artikolu 9(1), (2) u (3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 883/2006 (9) għandu japplika għall-ħlasijiet ta’ kumpens magħmula barra il-perjodu ta’ 90 jum imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 14

1.   In-nefqa ppreżentata mill-Istati Membri għal kontribut finanzjarju mill-Komunità għandha tiġi espressa f’euro u għandha teskludi t-taxxa fuq il-valur miżjud u taxxi oħra.

2.   Fejn in-nefqa ta’ Stat Membru hija f'valuta li ma tkunx l-euro, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonvertiha f’euro billi japplika r-rata tal-kambju l-aktar reċenti stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew qabel l-ewwel jum tax-xahar li fih tiġi ppreżentata l-applikazzjoni mill-Istat Membru.

Artikolu 15

1.   Il-kontribut finanzjarju mill-Komunità għall-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 11 għandu jingħata sakemm l-Istati Membri kkonċernati:

(a)

jimplimentaw il-programmi skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Komunità, inklużi r-regoli dwar il-kompetizzjoni u dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi;

(b)

iqiegħdu fis-seħħ sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2011, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jiġu implimentati l-programmi;

(c)

jibagħtu lill-Kummissjoni mhux aktar tard mill-31 ta’ Lulju 2010 r-rapporti tekniċi u finanzjarji intermedji għall-programmi msemmija fl-Artikoli 1 sa 16, skont l-Artikolu 27(7)(a) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE li jkopru l-programmi mill-1 ta’ Jannar 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2011;

(d)

għall-programmi msemmija fl-Artikolu 8 biss, jirrapportaw lill-Kummissjoni r-riżultati pożittivi u negattivi tal-investigazzjonijiet lokalizzati waqt is-sorveljanza tagħhom tat-tjur u tal-għasafar salvaġġi permezz tas-sistema onlajn tal-Kummissjoni, kull sitt xhur, billi jgħaddu dawn ir-riżultati f'perjodu ta’ erba’ ġimgħat wara tmiem l-aħħar xahar kopert mir-rapport;

(e)

jgħaddu rapport finali lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 27(7)(b) tad-Deċiżjoni 2009/470/KE sat-30 ta’ April 2012 dwar it-twettiq tekniku tal-programm akkumpanjat minn provi li jiġġustifikaw l-ispejjeż imħallsa mill-Istat Membru u r-riżultati miksuba waqt il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011;

(f)

jimplimentaw il-programmi tagħhom b’mod effiċjenti;

(g)

ma jressqux aktar talbiet għal kontributi oħra mill-Unjoni għall-dawk il-miżuri, u ma jkunux bagħtu talbiet bħal dawn preċedentement.

2.   Fejn Stat Membru ma jikkonformax mal-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tnaqqas il-kontribut finanzjarja mill-Unjoni wara li tkun qieset in-natura u l-gravità tal-ksur, u t-telf finanzjarju għall-Unjoni.

Artikolu 16

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2011.

Artikolu 17

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 155, 18.6.2009, p. 30.

(2)  ĠU L 115, 29.4.2008, p. 44.

(3)  ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(4)  ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(5)  ĠU L 322, 2.12.2008, p. 39.

(6)  ĠU L 317, 11.8.2005, p. 36.

(7)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(8)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(9)  ĠU L 171, 23.6.2006, p. 1.


ANNESS

SPIŻA ELIĠIBBLI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 12(1)

L-infiq eliġibbli għal kontribut finanzjarju mill-Unjoni għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 1 sa 11 għandhom ikunu limitati għall-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri għall-miżuri stipulati fil punti 1 sa 8.

1.

It-twettiq tat-testijiet tat-tuberkulozi;

(a)

Ix-xiri ta’ tuberkulin u l-konsumabbli identifikabbli u użati speċjalment għat-twettiq tat-test tat-tuberkulin;

(b)

Persunal, ikun x'ikun l-istatus, speċifikament allokat totalment jew parzjalment għat-twettiq tat-testijiet tat-tuberkulin fuq il-farm; l-ispejjeż għall-persunal bħal dan għandu jkun limitat għall-mizata mħallsa għal persunal bħal dan jew lis-salarji reali tagħhom flimkien ma' spejjeż ta’ sigurtà soċjali u spejjeż statutorji oħrajn inklużi fil-ħlas tagħhom; u

(c)

Spejjeż ġenerali ugwali għal 7 % tas-somma tal-ispejjeż imsemmija f' (a) u (b).

2.

It-twettiq tat-testijiet tal-laboratorju;

(a)

Ix-xiri ta’ test kits, reaġenti u konsumabbli identifikabbli u użati speċjalment għat-twettiq tat-test tal-laboratorju;

(b)

Persunal, ikun x'ikun l-istatus, speċifikament allokat totalment jew parzjalment għat-twettiq tat-testijiet fil-post tal-laboratorju; l-ispejjeż huma limitati għal salarji reali flimkien ma' spejjeż tas-sigurtà soċjali u spejjeż statutorji oħrajn inklużi fil-remunerazzjoni); u

(c)

Spejjeż ġenerali ugwali għal 7 % tas-somma tal-ispejjeż imsemmija f' (a) u (b)

3.

Kumpens lis-sidien għall-valur tal-bhejjem tagħhom maqtula:

Il-kumpens m'għandux jaqbeż il-valur tas-suq tal-annimal immedjatament qabel ma dan ikun inqatel.

Għall-bruċellożi u tuberkolożi tal-bovini u programmi tal-bruċellożi tal-ovini u l-kaprini, il-valur tal-annimali rkuprati, jekk ikun hemm, għandu jitnaqqas mill-kumpens.

4.

Kumpens lis-sidien għall-valur ta’ għasafar maqtula u għal bajd meqrud tagħhom:

Il-kumpens m'għandux jaqbeż il-valur tas-suq tal-annimal immedjatament qabel ma dan ikun inqatel jew tal-bajd immedjatament qabel ma jinqerdu.

Il-valur tal-irkupru fuq bajd mhux inkubat ittrattat għandu jitnaqqas mill-kumpens;

5.

Ix-xiri u l-ħażna ta’ dożi ta’ vaċċin u/jew vaċċin u lixki għall-annimali domestiċi u selvaġġi.

6.

L-amministrazzjoni ta’ dożi ta’ vaċċin għall-annimali domestiċi:

(a)

Persunal, ikun x'ikun l-istatus, speċifikament allokat totalment jew parzjalment għat-twettiq tal-vaċċinazzjoni; l-ispejjeż għal dan il-persunal għandhom ikunu limitati għall-miżata mħallsa lill-persunal jew għas-salarji reali tagħhom flimkien ma' spejjeż ta’ sigurtà soċjali u spejjeż statutorji oħrajn inklużi fil-ħlas tagħhom, u

(b)

It-tagħmir speċifiku u l-oġġetti konsumabbli identifikabbli u użati speċjalment għat-tilqim.

7.

Id-distribuzzjoni tal-vaċċini flimkien mal-lixki għall-annimali selvaġġi

(a)

It-trasport tal-vaċċini flimkien mal-lixki.

(b)

L-ispejjeż għad-distribuzzjoni bl-ajru.

(c)

il-persunal, ikun x'ikun l-istatus, speċifikament allokat kompletament jew parzjalment għad-distribuzzjoni tal-lixki tal-vaċċini; l-ispejjeż huma limitati għas-salarji reali tagħhom flimkien ma' spejjeż tas-sigurtà soċjali u spejjeż statutorji oħrajn inklużi fir-remunerazzjoni),

8.

In-nases vekter bluetongue:

(a)

Ix-xiri tan-nases.

(b)

Il-manteniment tan-nases.