24.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 308/52


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta' Novembru 2010

li taħtar membru Awstrijak u żewġ membri supplenti Awstrijaċi fil-Kumitat tar-Reġjuni

(2010/708/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Awstrijak,

Billi:

(1)

Fit-22 ta' Diċembru 2009 u fit-18 ta' Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta' Jannar 2010 sal-25 ta' Jannar 2015.

(2)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Johannes PEINSTEINER, sar vakanti siġġu ta' membru fil-Kumitat tar-Reġjuni.

(3)

Konsegwentement għall-ħatra tas-Sur Markus LINHART bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, sar vakanti siġġu ta' membru supplenti.

(4)

Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sinjura Marianne FÜGL, sar vakanti post ta' membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta' Jannar 2015:

(a)

bħala membru:

Herr Bürgermeister von Bregenz, Dipl.Ing. Markus LINHART,

u

(b)

bħala membri supplenti:

Herr Bürgermeister von St. Wolfgang, Landtagsabgeordneter Johannes PEINSTEINER

Herr Gemeinderat Nationalratsabgeordneter Hannes WENINGER.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

S. VANACKERE


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.