|
20.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 304/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-17 ta’ Novembru 2010
li taħtar membru tal-Qorti tal-Awdituri
(2010/696/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 286(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew (1),
Billi:
|
(1) |
Is-Sur Maarten B. ENGWIRDA, membru tal-Qorti tal-Awdituri, irriżenja b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011. |
|
(2) |
Is-Sur Maarten B. ENGWIRDA għandu għalhekk jiġi sostitwit għall-bqija tal-mandat tiegħu, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Gijs M. de VRIES huwa b’dan maħtur membru tal-Qorti tal-Awdituri għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2013.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Novembru 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
D. REYNDERS
(1) Opinjoni tas-7 ta’ Ottubru 2010 (għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).