10.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 292/39


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/677/PESK

tat-8 ta’ Novembru 2010

li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 98/409/PESK li jikkonċerna s-Sierra Leone

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fid-29 ta’ Ġunju 1998, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 98/409/PESK li jikkonċerna s-Sierra Leone (1) sabiex jimplimenta l-miżuri imposti mir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (minn hawn ’il quddiem ‘UNSCR’) 1171(1998).

(2)

Fit-28 ta’ Jannar 2008, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/81/PESK li temenda l-Pożizzjoni Komuni 98/409/PESK (2) sabiex jimplimenta l-miżuri imposti minn UNSCR 1793(2007) fejn ippreveda eżenzjoni għall-miżuri imposti mill-paragrafu 5 tal-UNSCR 1171(1998).

(3)

Fid-29 ta’ Settembru 2010, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta l-UNSCR 1940(2010) li tħassar l-UNSCR 1171(1998).

(4)

Għalhekk il-Pożizzjoni Komuni 98/409/PESK għandha titħassar,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Pożizzjoni Komuni 98/409/PESK hija b’dan imħassra.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

M. WATHELET


(1)  ĠU L 187, 1.7.1998, p. 1.

(2)  ĠU L 24, 29.1.2008, p. 54.