26.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 280/18


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/639/PESK

tal-25 ta’ Ottubru 2010

dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikulari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-10 ta’ April 2006, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja (1).

(2)

Bil-Pożizzjoni Komuni 2009/314/PESK tas-6 ta' April 2009 li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK (2) il-miżuri restrittivi ġew estiżi sal-15 ta' Marzu 2010. Madankollu, ir-restrizzjonijiet ta' vvjaġġar imposti fuq ċerti figuri ewlenin tal-Bjelorussja, bl-eċċezzjoni ta' dawk involuti fl-għajbiet li seħħew fl-1999 u fl-2000 u tal-President tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali, ġew sospiżi sal-15 ta' Diċembru 2009.

(3)

Fil-15 ta' Diċembru 2009, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/969/PESK (3) li testendi kemm il-miżuri restrittivi kif ukoll is-sospensjoni sal-31 ta' Ottubru 2010.

(4)

Fuq il-bażi tar-rieżami tal-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġu mġedda sal-31 ta' Ottubru 2011, filwaqt li s-sospensjoni tar-resitrizzjonijiet ta' vvjaġġar għandhom ukoll jiġu mġedda sal-istess data.

(5)

Il-miżuri implimentattivi tal-Unjoni huma stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 765/2006 tat-18 ta' Mejju 2006 dwar miżuri restrittivi kontra l-President Lukashenko u ċerti uffiċjali tal-Belarus (4),

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jimpedixxu d-dħul, jew it-transitu, fit-territorji tagħhom ta' persuni, li huma responsabbli:

(a)

sabiex, iżda naqsu milli, jagħtu bidu għal investigazzjoni indipendenti u għall-prosekuzzjoni tad-delitti allegati u ta' dawk li huma kunsidrati mir-Rapport Pourgourides bħala l-atturi ċentrali fl-għajbien ta' erba’ persuni magħrufa sew fil-Bjelorussja fl-1999/2000 u l-ħabi sussegwenti tal-provi relatati, minħabba l-ostruzzjoni apparenti minnhom tal-ġustizzja, kif elenkati fl-Anness I;

(b)

għall-elezzjonijiet u r-referendum frodulenti fil-Bjelorussja fis-17 ta' Ottubru 2004 u għal dawk li huma responsabbli għal vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem waqt ir-repressjoni tad-dimostranti paċifiċi wara l-elezzjonijiet u r-referendum fil-Bjelorussja, kif elenkati fl-Anness II;

(c)

għall-vjolazzjonijiet ta' standards elettorali internazzjonali waqt l-elezzjonijiet presidenzjali fil-Bjelorussja fid-19 ta' Marzu 2006, u r-repressjoni kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, kif elenkati fl-Anness III.

2.   Il-paragrafu 1 ma jobbligax Stat Membru li jiċħad id-dħul fit-territorju tiegħu liċ-ċittadini tiegħu stess.

3.   Il-paragrafu 1 għandu jkun bla preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut b'xi obbligu skond il-liġi internazzjonali, jiġifieri:

(i)

bħala pajjiż li jospita organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

(ii)

bħala pajjiż li jospita konferenza internazzjonali mlaqqa’ min-Nazzjonijiet Uniti jew taħt il-patroċinju tan-Nazzjonijiet Uniti;

(iii)

taħt xi ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet;

jew

(iv)

taħt it-Trattat ta' Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt tal-Lateran) konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

4.   Il-paragrafu 3 għandu jiġi kkunsidrat bħala applikabbli wkoll fil-każijiet fejn Stat Membru jkun pajjiz li jospita l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSCE).

5.   Il-Kunsill għandu jkun debitament informat fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skond il-paragrafi 3 jew 4.

6.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mil-miżuri imposti fil-paragrafu 1 fejn l-ivvjaġġar ikun ġustifikat abbażi ta' ħtieġa urġenti umanitarja, jew abbażi tal-attendenza f'laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi mill-Unjoni, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza attwali tal-OSCE, fejn jitmexxa djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat ta' dritt fil-Bjelorussja.

7.   Kull Stat Membru li jixtieq jagħti eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni tiġi kunsidrata bħala mogħtija sakemm wieħed mill-Membri tal-Kunsill jew iktar ma jagħmlux oġġezzjoni bil-miktub fi żmien jumejn ta' xogħol mir-riċezzjoni tan-notifika tal-eżenzjoni proposta. Fil-każ li wieħed jew iktar mill-membri tal-Kunsill jagħmlu oġġezzjoni, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista' jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.

8.   F’każijiet fejn, skond il-paragrafi 3, 4, 6 u 7, xi Stat Membru jawtorizza d-dħul jew transitu fit-territorju tiegħu ta' persuni elenkati fl-Annessi I, II u III, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih hija ġiet mogħtija u għall-persuni konċernati biha.

Artikolu 2

1.   Il-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil, huma l-proprjetà ta', huma miżmumin jew ikkontrollati minn persuni responsabbli għall-vjolazzjonijiet tal-istandards elettorali internazzjonali fl-elezzjonijiet Presidenzjali tal-Bjelorussja fid-19 ta' Marzu 2006 u l-azzjonijiet ripressivi kontra s-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika, u lill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom, hekk kif elenkat fl-Anness IV għandhom jiġu ffriżati.

2.   L-ebda fondi jew riżorsi ekonomiċi ma għandhom isiru aċċessibbli, direttament jew indirettament, lil jew għall-benefiċċju ta' tali persuni elenkati fl-Anness IV.

Artikolu 3

1.   L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru tista’ tawtorizza r-rilaxx ta’ ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati jew li ċerti fondi jew riżorsi ekonomiċi jsiru disponibbli, taħt tali kondizzjonijiet li hi tikkunsidra xierqa, wara li tkun iddeterminat li l-fondi jew ir-riżorsi ekonomiċi konċernati huma:

(a)

meħtieġa biex jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi tal-persuni elenkati fl-Anness IV u l-membri dipendenti tal-familji tagħhom, inklużi pagamenti għal ikel, kera jew garanziji ipotekarji, mediċini u trattament mediku, taxxi, ħlas ta' assigurazzjoni, u ħlasijiet għall-użu ta' servizzi pubbliċi,

(b)

maħsuba esklussivament għall-pagament ta’ onorarji professjonali raġjonevoli u għar-rimborż ta’ spejjeż magħmulin assoċjati mal-forniment ta' servizzi legali,

(c)

maħsuba esklussivament għall-pagament ta' miżati jew il-ħlasijiet ta' servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni ta’ rutina ta' fondi jew riżorsi ekonomiċi ffriżati,

(d)

meħtieġa għal spejjeż straordinarji, bil-kondizzjoni li l-awtorità kompetenti tkun innotifikat ir-raġunijiet li għalihom tikkunsidra li għandha tingħata awtorizzazzjoni speċifika, lill-awtoritajiet kompetenti l-oħra u lill-Kummissjoni mill-inqas ġimagħtejn qabel l-awtorizzazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Istati Membri l-oħrajn u lill-Kummissjoni bi kwalunkwe awtorizzazzjoni mogħtija taħt dan l-Artikolu.

2.   L-Artikolu 2(2) m' għandux japplika għaż-żieda fil-kontijiet iffriżati ta':

(a)

imgħax jew qligħ ieħor fuq dawk il-kontijiet; jew

(b)

ħlasijiet dovuti taħt kuntratti, ftehimiet jew obbligi li kienu ġew konklużi jew li saru qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għad-dispożizzjonijiet ta' din il-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK

u dment li tali imgħax, dħul u pagamenti oħrajn jibqgħu soġġetti għall-Artikolu 2(1) ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 4

1.   Il-Kunsill, waqt li jaġixxi fuq proposta minn Stat Membru jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jadotta emendi għal-listi li jinsabu fl-Annessi I, II, III u IV kif meħtieġ mill-iżviluppi politiċi fil-Bjelorussja.

2.   Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, lill-persuna kkonċernata, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' avviż, u b'hekk tali persuna tingħata l-opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.

3.   Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn jiġu ppreżentati provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jirrieżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna kkonċernata skont il-każ.

Artikolu 5

Sabiex ikun massimizzat l-impatt tal-miżuri hawn fuq imsemmija, l-Unjoni għandha tinkoraġġixxi lil Stati terzi sabiex jadottaw miżuri restrittivi simili għal dawk li jinsabu f'din id-Deċiżjoni.

Artikolu 6

Il-Pożizzjoni Komuni 2006/276/PESK hija b'dan imħassra..

Artikolu 7

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta' Ottubru 2011. Għandha tiġi rieżaminata kostantement. Għandha tiġġedded, jew tiġi emendata kif adatt, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma ntlaħqux.

3.   Il-miżuri msemmijin fl-Artikolu 1(1)(b), safejn huma japplikaw għas-Sur Nikolaevich PODOBED, kif ukoll il-miżuri msemmijin fl-Artikolu 1(1)(c) għandhom jiġu sospiżi sal-31 ta' Ottubru 2011.

Magħmul fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)   ĠU L 101, 11.4.2006, p. 5.

(2)   ĠU L 93, 7.4.2009, p. 21.

(3)   ĠU L 332, 17.12.2009, p. 76.

(4)   ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.


ANNESS I

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1(1)(a)

1.

SIVAKOV, YURY (YURIJ) Leonidovich, ex-Ministru tat-Turiżmu u tal-Isport tal-Bjelorussja, imwieled fil-5 ta' Awissu 1946, fir-Reġjun ta' Sakhalin, dik li qabel kienet ir-Repubblika Sovjetika Federattiva Soċjalista Russa.

2.

SHEYMAN (SHEIMAN), VICTOR Vladimirovich, Segretarju Statali tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Bjelorussja, imwieled fis-26 ta' Mejju 1958, fir-reġjun ta' Grodno.

3.

PAVLICHENKO (PAVLIUCHENKO), DMITRI (Dmitry) Valeriyevich, Kap tal-Grupp Speċjali ta' Reazzjoni fil-Ministeru tal-Intern (SOBR) tal-Bjelorussja, imwieled fl-1966 fi Vitebsk.

4.

NAUMOV, VLADIMIR Vladimïrovich, Ministru tal-Intern, imwieled fl-1956.

ANNESS II

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1(1)(b)

1.

Lydia Mihajlovna YERMOSHINA, President tal-Kummissjoni tal-Elezzjonijiet Ċentrali tal-Bjelorussja, imwielda fid-29 ta' Jannar 1953 fi Slutsk (Reġjun ta' Minsk).

2.

Yuri Nikolaevich PODOBED, Logutenent-Kurunell tal-Milizzja, Unità għal Skopijiet Speċjali (OMON), Ministeru għall-Affarijiet Interni, imwieled fil-5 ta' Marzu 1962 fi Slutsk (Reġjun ta' Minsk).

ANNESS III

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 1(1)(c)

Ismijiet (traskrizzjoni bl-Ingliż)

Ismijiet (ortografija Bjelorussa)

Ismijiet (ortografija Russa)

Data tat-twelid

Post tat-twelid

Indirizz

Numru tal-passaport

Pożizzjoni

Lukashenko Aleksandr Grigorievich

(Lukashenka Alaksandr Ryhoravich)

Лукашенка Аляксандр Рыгоравiч

ЛУКАШЕНКО Александр Григорьевич

30.8.1954

Kopys, distrett ta' Vitebsk

 

 

il-President

Nevyglas Gennady Nikolaevich

(Nievyhlas Hienadz Mikalayevich)

Невыглас Генадзь Мiкалаевiч

НЕВЫГЛАС Геннадий Николаевич

11.2.1954

Parahonsk, distrett ta' Pinsk

 

 

Kap tal-Amministrazzjoni tal-President

Petkevich Natalya Vladimirovna

(Piatkevich Natallia Uladzimirauna)

Пяткевiч Наталля Уладзiмiраўна

ПЕТКЕВИЧ Наталья Владимировна

24.10.1972

Minsk

 

 

Deputat Kap tal-amministrazzjoni tal-President

Rubinov Anatoly Nikolaevich

(Rubinau Anatol Mikalaevich)

Рубiнаў Анатоль Мiкалаевiч

РУБИНОВ Анатолий Николаевич

15.4.1939

Mogilev

 

 

Deputat Kap inkarigat mill-medja u l-ideoloġija, PA

Proleskovsky Oleg Vitoldovich

Pralaskouski Aleh Vitoldavich

Праляскоўски Алег Вiтольдавiч

ПРОЛЕСКОВСКИЙ Олег Витольдович

1.10.1963

Zagorsk (Russja, issa Sergijev Posad)

 

 

Ajjutant u Kap tad-dipartiment Ideoloġiku Prinċipali, PA

Radkov Aleksandr Mikhailovich

(Radzkou Aleksandr Mikhailovich)

Каляда Аляксандр Мiхайлавiч

РАДЬКОВ Александр Михайлович

1.7.1951

Votnya, Вотня Быховского района Могилевской области

 

 

Ministru tal-Edukazzjoni

Rusakevič Vladimir Vasilyievič

(Rusakevich Uladzimir Vasilievich)

Русакевiч Уладзiмiр Васiльевiч

РУСАКЕВИЧ Владимир Васильевич

13.9.1947

Vygonoshchi, Выгонощи, Брестская область

 

 

Ministru tal-Informazzjoni

Golovanov Viktor Grigoryevich

Halavanau Viktar Ryhoravich,

Галаванаў Вiктар Рыгоравiч

ГОЛОВАНОВ Виктор Григорьевич

1952

Borisov

 

 

Ministru tal-Ġustizzja

Zimovsky Alexander Leonidovich

(Zimouski Alaksandr Lieanidavich)

Зiмоўскi Аляксандр Леанiдавiч

ЗИМОВСКИЙ Александр Леонидович

10.1.1961

Ġermanja

 

 

Membru tal-Kamra Superjuri tal-Parlament; Kap tal-kumpannija teleradju nazzjonali tal-Istat

Konoplyev Vladimir Nikolaevich

(Kanapliou Uladzimir Mikalaevich

Канаплёў Уладзiмiр Мiкалаевiч

КОНОПЛЕВ Владимир Николаевич

3.1.1954

Akulintsy, д. Акулинцы Могилевского района

 

 

President tal-Kamra Inferjuri tal-Parlament

Cherginets Nikolai Ivanovich

(Charhiniets Mikalai Ivanavich)

Чаргiнец Мiкалай Iванавiч

ЧЕРГИНЕЦ Николай Иванович

17.10.1937

Minsk

 

 

President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Kamra Superjuri

Kostyan Sergey Ivanovich

(Kastsian Siarhiei Ivanavich),

Касцян Сяргей Iванавич

КОСТЯН Сергей Иванович

15.1.1941

Usokhi, distrett ta' Mogilev,

Усохи Кличевского района Могилевской области

 

 

President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Kamra Inferjuri

Orda Mikhail Sergeevich

(Orda Mikhail Siarhieevich)

Орда Мiхаiл Сяргеевiч

ОРДА Михаил Сергеевич

28.9.1966

Dyatlovo, distrett ta' Grodno,

Дятлово Гродненской области

 

 

Membru tal-Kamra Superjuri, mexxej tal-BRSM

Lozovik Nikolai Ivanovich

(Lazavik Mikalai Ivanavich)

Чаргiнец Мiкалай Iванавiч

ЛОЗОВИК Николай Иванович

18.1.1951

Nevinyany, distrett ta' Minsk,

Невиняны Вилейского р-на Минской обл

 

 

Deputat tas-CEC

Miklashevich Petr Petrovich

(Miklashevich Piotr Piatrovich)

Мiклашэвiч Пётр Пятровiч

МИКЛАШЕВИЧ Петр Петрович

1954

Nevinyany, distrett ta' Minsk,

Косута Минской области

 

 

Prosekutur Ġenerali

Slizhevsky Oleg Leonidovich

(Slizheuski Aleh Leanidavich)

Слiжэўскi Алег Леанiдавiч

СЛИЖЕВСКИЙ Олег Леонидович

 

 

 

 

Kap tad-Diviżjoni tal-organizzazzjonijiet Soċjali, gruppi u NGOs, Ministeru tal-Ġustizzja

Khariton Aleksandr

(Kharyton Alaksandr)

Харытон Аляксандр

ХАРИТОН Александр

 

 

 

 

Konsulent tad-Diviżjoni tal-organizzazzjonijiet Soċjali, gruppi u NGOs tal-Ministeru tal-Ġustizzja

Smirnov Evgeny Aleksandrovich

(Smirnou Yauhien Alaksandravich

Смiрноў Яўген Аляксандравiч

CМИРНОВ Евгений Александрович

15.3.1949

distrett ta' Ryazan, Russja

 

 

Prim Deputat tal-President tal-Qorti Ekonomika

Reutskaya Nadezhda Zalonva

(Ravutskaya Nadzieja Zalauna)

Равуцкая Надзея Залаўна

РЕУТСКАЯ Надежда Заловна

 

 

 

 

Mħallef tad-distrett ta' Minsk ta' Moska

Trubnikov Nikolai Alekseevich

(Trubnikau Mikalai Alakseevich)

Трубнiкаў Мiкалай Аляксеевiч

ТРУБНИКОВ Николай Алексеевич

 

 

 

 

Mħallef tad-distrett ta' Partizanskiy ta' Minsk

Kupriyanov Nikolai Mikhailovich

(Kupryianau Mikalai Mikhailavich)

Купрыянаў Мiкалай Мiхайлавiч

КУПРИЯНОВ Николай Михайлович

 

 

 

 

Deputat Prosekutur Ġenerali

Sukhorenko Stepan Nikolaevich

(Sukharenka Stsiapan Mikalaevich)

Сухарэнка Сцяпан Мiкалаевiч

СУХОРЕНКО Степан Николаевич

27.1.1957

Zdudichi, distrett ta' Mogilev,

Здудичи Светлогорского района Гомельской области

 

 

President tal-KGB

Dementei Vasily Ivanovich

(Dzemiantsiei Vasil Ivanavich)

Дземянцей Васiль Iванавiч

ДЕМЕНТЕЙ Василий Иванович

 

 

 

 

Prim Deputat, KGB

Kozik Leonid Petrovich

(Kozik Leanid Piatrovich)

Козiк Леанiд Пятровiч

КОЗИК Леонид Петрович

13.7.1948

Borisov

 

 

Kap tal-Federazzjoni tat-Trade Unions

Koleda Alexandr Mikhailovich

(Radzkou Aleksandr Mikhailovich)

Каляда Аляксандр Мiхайлавiч

КОЛЕДА Александр Михайлович

 

 

 

 

President tal-Kummissjoni Elettorali tad-distrett ta' Brest

Mikhasev Vladimir Ilyich

(Mikhasiou Uladzimir Iliich)

Мiхасёў Уладзiмiр Iльiч

МИХАСЕВ Владимир Ильич

 

 

 

 

President tas-CEC tad-distrett ta' Gomel

Luchina Leonid Aleksandrovich

Лучына Леанiд Аляксандравiч

ЛУЧИНА Леонид Александрович

18.11.1947

Distrett ta' Minsk

 

 

President tas-CEC tad-distrett ta' Grodno

Karpenko Igor Vasilievich

(Karpenka Ihar Vasilievich)

Карпенка Iгар Васiльевiч

КАРПЕНКО Игорь Васильевич

28.4.1964

Novokuznetsk, Russja

Новокузнецк Кемеровской области, Россия

 

 

President tas-CEC tad-distrett ta' Minsk

Kurlovich Vladimir Anatolievich

Kurlovich Vladimir Anatolievich

Курловiч Уладзiмiр Анатольевiч

КУРЛОВИЧ Владимир Анатольевич

 

 

 

 

President tas-CEC tad-distrett ta' Minsk

Metelitsa Nikolai Timofeevich

(Miatsielitsa Mikalai Tsimafeevich)

Мяцелiца Мiкалай Цiмафеевiч

МЕТЕЛИЦА Николай Тимофеевич

 

 

 

 

President tas-CEC tad-distrett ta' Mogilev

Pishchulenok Mikhail Vasilievich

(Pishchulenak Mikhail Vasilievich)

Пiшчулёнак Мiхаiл Васiльевiч

ПИЩУЛЕНОК Михаил Васильевич

 

 

 

 

President tas-CEC tad-distrett ta' Vitebsk

Rybakov Alexei

РЫБАКОЎ Аляксей

РЫБАКОВ Алексей

 

 

Ul. Ul.Jesenina 31-1-104, Minsk

 

Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Minsk Moskovsky

Bortnik Sergei Aleksandrovich

Бортнiк Сяргей Аляксандравiч

БОРТНИК Сергей Александрович

28.5.1953

Minsk

Ul. Surganovo 80-263, Minsk

MP0469554

Prosekutur Pubbliku

Yasinovich Leonid Stanislavovich

Ясiновiч Леанiд Станiслававiч

ЯСИНОВИЧ Леонид Станиславович

26.11.1961

Buchany, distrett ta' Vitebsk

Ul. Gorovtsa 4-104, Minsk

MP0515811

Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Minsk Tsentralny

Migun Andrei Arkadevich

Мiгун Андрэй Аркадзевiч

МИГУН Андрей Аркадевич

5.2.1978

Minsk

UI. UI.Goretskovo Maksima 53-16, Minsk

MP1313262

Prosekutur Pubbliku


ANNESS IV

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 2

Ismijiet (traskrizzjoni bl-Ingliż)

Ismijiet (ortografija Bjelorussa)

Ismijiet (ortografija Russa)

Data tat-twelid

Post tat-twelid

Indirizz

Numru tal-passaport

Pożizzjoni

Lukashenko Aleksandr Grigorievich

(Lukashenka Alaksandr Ryhoravich)

Лукашенка Аляксандр Рыгоравiч

ЛУКАШЕНКО Александр Григорьевич

30.8.1954

Kopys, distrett ta' Vitebsk

 

 

il-President

Nevyglas Gennady Nikolaevich

(Nievyhlas Hienadz Mikalayevich)

Невыглас Генадзь Мiкалаевiч

НЕВЫГЛАС Геннадий Николаевич

11.2.1954

Parahonsk, distrett ta' Pinsk

 

 

Kap tal-Amministrazzjoni tal-President

Petkevich Natalya Vladimirovna

(Piatkevich Natallia Uladzimirauna)

Пяткевiч Наталля Уладзiмiраўна

ПЕТКЕВИЧ Наталья Владимировна

24.10.1972

Minsk

 

 

Deputat Kap tal-amministrazzjoni tal-President

Rubinov Anatoly Nikolaevich

(Rubinau Anatol Mikalaevich)

Рубiнаў Анатоль Мiкалаевiч

РУБИНОВ Анатолий Николаевич

15.4.1939

Mogilev

 

 

Deputat Kap inkarigat mill-medja u l-ideoloġija, PA

Proleskovsky Oleg Vitoldovich

Pralaskouski Aleh Vitoldavich

Праляскоўски Алег Вiтольдавiч

ПРОЛЕСКОВСКИЙ Олег Витольдович

1.10.1963

Zagorsk (Russja, issa Sergijev Posad)

 

 

Ajjutant u Kap tad-dipartiment Ideoloġiku Prinċipali, PA

Radkov Aleksandr Mikhailovich

(Radzkou Aleksandr Mikhailovich)

Каляда Аляксандр Мiхайлавiч

РАДЬКОВ Александр Михайлович

1.7.1951

Votnya, Вотня Быховского района Могилевской области

 

 

Ministru tal-Edukazzjoni

Rusakevič Vladimir Vasilyievič

(Rusakevich Uladzimir Vasilievich)

Русакевiч Уладзiмiр Васiльевiч

РУСАКЕВИЧ Владимир Васильевич

13.9.1947

Vygonoshchi, Выгонощи, Брестская область

 

 

Ministru tal-Informazzjoni

Golovanov Viktor Grigoryevich

Halavanau Viktar Ryhoravich,

Галаванаў Вiктар Рыгоравiч

ГОЛОВАНОВ Виктор Григорьевич

1952

Borisov

 

 

Ministru tal-Ġustizzja

Zimovsky Alexander Leonidovich

(Zimouski Alaksandr Lieanidavich)

Зiмоўскi Аляксандр Леанiдавiч

ЗИМОВСКИЙ Александр Леонидович

10.1.1961

Ġermanja

 

 

Membru tal-Kamra Superjuri tal-Parlament; Kap tal-kumpannija teleradju nazzjonali tal-Istat

Konoplyev Vladimir Nikolaevich

(Kanapliou Uladzimir Mikalaevich

Канаплёў Уладзiмiр Мiкалаевiч

КОНОПЛЕВ Владимир Николаевич

3.1.1954

Akulintsy, д. Акулинцы Могилевского района

 

 

President tal-Kamra Inferjuri tal-Parlament

Cherginets Nikolai Ivanovich

(Charhiniets Mikalai Ivanavich),

Чаргiнец Мiкалай Iванавiч

ЧЕРГИНЕЦ Николай Иванович

17.10.1937

Minsk

 

 

President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Kamra Superjuri

Kostyan Sergey Ivanovich

(Kastsian Siarhiei Ivanavich),

Касцян Сяргей Iванавич

КОСТЯН Сергей Иванович

15.1.1941

Usokhi, distrett ta' Mogilev,

Усохи Кличевского района Могилевской области

 

 

President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Kamra Inferjuri

Orda Mikhail Sergeevich

(Orda Mikhail Siarhieevich)

Орда Мiхаiл Сяргеевiч

ОРДА Михаил Сергеевич

28.9.1966

Dyatlovo, distrett ta' Grodno,

Дятлово Гродненской области

 

 

Membru tal-Kamra Superjuri, mexxej tal-BRSM

Lozovik Nikolai Ivanovich

(Lazavik Mikalai Ivanavich)

Чаргiнец Мiкалай Iванавiч

ЛОЗОВИК Николай Иванович

18.1.1951

Nevinyany, distrett ta' Minsk,

Невиняны Вилейского р-на Минской обл

 

 

Deputat tas-CEC

Miklashevich Petr Petrovich

(Miklashevich Piotr Piatrovich)

Мiклашэвiч Пётр Пятровiч

МИКЛАШЕВИЧ Петр Петрович

1954

Nevinyany, distrett ta' Minsk,

Косута Минской области

 

 

Prosekutur Ġenerali

Slizhevsky Oleg Leonidovich

(Slizheuski Aleh Leanidavich)

Слiжэўскi Алег Леанiдавiч

СЛИЖЕВСКИЙ Олег Леонидович

 

 

 

 

Kap tad-Diviżjoni tal-organizzazzjonijiet Soċjali, gruppi u NGOs, Ministeru tal-Ġustizzja

Khariton Aleksandr

(Kharyton Alaksandr)

Харытон Аляксандр

ХАРИТОН Александр

 

 

 

 

Konsulent tad-Diviżjoni tal-organizzazzjonijiet Soċjali, gruppi u NGOs tal-Ministeru tal-Ġustizzja

Smirnov Evgeny Aleksandrovich

(Smirnou Yauhien Alaksandravich

Смiрноў Яўген Аляксандравiч

CМИРНОВ Евгений Александрович

15.3.1949

distrett ta' Ryazan, Russja

 

 

Prim Deputat tal-President tal-Qorti Ekonomika

Reutskaya Nadezhda Zalonva

(Ravutskaya Nadzieja Zalauna)

Равуцкая Надзея Залаўна

РЕУТСКАЯ Надежда Заловна

 

 

 

 

Mħallef tad-distrett ta' Minsk ta' Moska

Trubnikov Nikolai Alekseevich

(Trubnikau Mikalai Alakseevich)

Трубнiкаў Мiкалай Аляксеевiч

ТРУБНИКОВ Николай Алексеевич

 

 

 

 

Mħallef tad-distrett ta' Partizanskiy ta' Minsk

Kupriyanov Nikolai Mikhailovich

(Kupryianau Mikalai Mikhailavich)

Купрыянаў Мiкалай Мiхайлавiч

КУПРИЯНОВ Николай Михайлович

 

 

 

 

Deputat Prosekutur Ġenerali

Sukhorenko Stepan Nikolaevich

(Sukharenka Stsiapan Mikalaevich)

Сухарэнка Сцяпан Мiкалаевiч

СУХОРЕНКО Степан Николаевич

27.1.1957

Zdudichi, distrett ta' Mogilev,

Здудичи Светлогорского района Гомельской области

 

 

President tal-KGB

Dementei Vasily Ivanovich

(Dzemiantsiei Vasil Ivanavich)

Дземянцей Васiль Iванавiч

ДЕМЕНТЕЙ Василий Иванович

 

 

 

 

Prim Deputat, KGB

Kozik Leonid Petrovich

(Kozik Leanid Piatrovich)

Козiк Леанiд Пятровiч

КОЗИК Леонид Петрович

13.7.1948

Borisov

 

 

Kap tal-Federazzjoni tat-Trade Unions

Koleda Alexandr Mikhailovich

(Radzkou Aleksandr Mikhailovich)

Каляда Аляксандр Мiхайлавiч

КОЛЕДА Александр Михайлович

 

 

 

 

President tal-Kummissjoni Elettorali tad-distrett ta' Brest

Mikhasev Vladimir Ilyich

(Mikhasiou Uladzimir Iliich)

Мiхасёў Уладзiмiр Iльiч

МИХАСЕВ Владимир Ильич

 

 

 

 

President tas-CEC tad-distrett ta' Gomel

Luchina Leonid Aleksandrovich

Лучына Леанiд Аляксандравiч

ЛУЧИНА Леонид Александрович

18.11.1947

Distrett ta' Minsk

 

 

President tas-CEC tad-distrett ta' Grodno

Karpenko Igor Vasilievich

(Karpenka Ihar Vasilievich)

Карпенка Iгар Васiльевiч

КАРПЕНКО Игорь Васильевич

28.4.1964

Novokuznetsk, Russja

Новокузнецк Кемеровской области, Россия

 

 

President tas-CEC tad-distrett ta' Minsk

Kurlovich Vladimir Anatolievich

Kurlovich Vladimir Anatolievich

Курловiч Уладзiмiр Анатольевiч

КУРЛОВИЧ Владимир Анатольевич

 

 

 

 

President tas-CEC tad-distrett ta' Minsk

Metelitsa Nikolai Timofeevich

(Miatsielitsa Mikalai Tsimafeevich)

Мяцелiца Мiкалай Цiмафеевiч

МЕТЕЛИЦА Николай Тимофеевич

 

 

 

 

President tas-CEC tad-distrett ta' Mogilev

Pishchulenok Mikhail Vasilievich

(Pishchulenak Mikhail Vasilievich)

Пiшчулёнак Мiхаiл Васiльевiч

ПИЩУЛЕНОК Михаил Васильевич

 

 

 

 

President tas-CEC tad-distrett ta' Vitebsk

Sheyman (Sheiman),

Victor Vladimirovich

 

 

26.5.1958

Reġjun ta' Grodno

 

 

Segretarju tal-Istat tal-Kunsill tas-Sigurtà

Pavlichenko (Pavliuchenko),

Dmitri (Dmitry) Valeriyevich

 

 

1966

Vitebsk

 

 

Kap tal-Grupp Speċjali ta' Rispons fil-Ministeru tal-Intern (SOBR)

Naumov,

Vladimir Vladimïrovich

 

 

7.2.1956

 

 

 

Ministru tal-Intern

Yermoshina Lydia Mihajlovna

 

 

29.1.1953

Slutsk (Reġjun ta' Minsk)

 

 

President tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali

Podobed Yuri Nikolaevich

 

 

5.3.1962

Slutsk (Reġjun ta' Minsk)

 

 

Tenent-Kurunell tal-Milizzja, Unità għal Għanijiet Speċjali (OMON), Ministeru għall-Affarijiet Interni

Rybakov Alexei

РЫБАКОЎ Аляксей

РЫБАКОВ Алексей

 

 

Ul. Ul.Jesenina 31-1-104, Minsk

 

Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Minsk Moskovsky

Bortnik Sergei Aleksandrovich

Бортнiк Сяргей Аляксандравiч

БОРТНИК Сергей Александрович

28.5.1953

Minsk

Ul. Surganovo 80-263, Minsk

MP0469554

Prosekutur Pubbliku

Yasinovich Leonid Stanislavovich

Ясiновiч Леанiд Станiслававiч

ЯСИНОВИЧ Леонид Станиславович

26.11.1961

Buchany, distrett ta' Vitebsk

Ul. Gorovtsa 4-104, Minsk

MP0515811

Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Minsk Tsentralny

Migun Andrei Arkadevich

Мiгун Андрэй Аркадзевiч

МИГУН Андрей Аркадевич

5.2.1978

Minsk

UI. UI.Goretskovo Maksima 53-16, Minsk

MP1313262

Prosekutur Pubbliku