15.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 271/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-7 ta’ Ottubru 2010

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun dwar l-assistenza legali reċiproka f’materji kriminali

(2010/616/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari il-punt (d) tal-Artikolu 82(1), flimkien mal-punt (a) tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fis-26 – 27 ta’ Frar 2009 l-Kunsill awtorizza lill-Presidenza, assistita mill-Kummissjoni, sabiex tiftaħ negozjati għal Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun dwar assistenza legali reċiproka f’materji kriminali.

(2)

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/88/PESK tat-30 ta’ Novembru 2009, il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun dwar l-assistenza legali reċiproka f’materji kriminali (minn issa “l-Ftehim”) kien iffirmat fit-30 ta’ Novembru u fil-15 ta’ Diċembru 2009, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard.

(3)

Il-Ftehim għadu ma ġiex konkluż. Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, il-proċeduri li għandhom jiġu segwiti mill-Unjoni sabiex jiġi konkluż il-Ftehim huma regolati mill-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(4)

Dan il-Ftehim għandu jiġi approvat.

(5)

F’konformità mal-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-Pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-Ispazju tal-Libertà, is-Sigurtà u l-Ġustizzja annessa mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dawn l-Istati Membri nnotifikaw ix-xewqa tagħhom biex jieħdu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

(6)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhix marbuta biha jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun dwar l-assistenza legali reċiproka f’materji kriminali (1) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat sabiex jaħtar il-persuna(i) bis-setgħa li tipproċedi, f’isem l-Unjoni, għall-iskambju tal-istrumenti ta’ approvazzjoni previsti fl-Artikolu 31(1) tal-Ftehim sabiex torbot lill-Unjoni. (2)

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-7 ta’ Ottubru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

M. WATHELET


(1)  It-test tal-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 39, 12.2.2010, p. 20 flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-firma.

(2)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ser tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.