19.10.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 274/139


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Novembru 2009

dwar l-għajnuna mill-Istat C 10/09 (ex N 138/09) implimentata mill-Pajjiżi l-Baxxi għall-Faċilità ta’ Sostenn ta’ Assi Mhux Likwidi u l-Pjan ta’ Ristrutturar tal-ING

(notifikata bid-dokument numru C(2009) 9000)

(It-test Ingliż biss huwa awtentiku)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/608/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,

Wara li stiednet lill-Istati Membri u partijiet oħra interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom skont dawk id-dispożizzjonijiet (1), il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda kumment minn partijiet interessati.

Billi:

1.   PROĊEDURA

(1)

Fit-12 ta’ Novembru 2008 il-Kummissjoni awtorizzat rikapitalizzazzjoni ta’ emerġenza fil-kawża N 528/08. F’din il-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni l-Pajjiżi l-Baxxi issottoskrivew għal ħruġ ta’ 10 biljun EUR ta’ titoli Core-Tier 1 minn ING. Il-miżura kienet awtorizzata għal perjodu ta’ 6 xhur bil-kundizzjoni tas-sottomissjoni ta’ pjan kredibbli f’dawk is-6 xhur. (2) Il-validità tal-miżura tar-rikapitalizzazzjoni kienet awtomatikament imtawla mas-sottomissjoni tal-pjan ta’ ristrutturar sa meta l-Kummissjoni tilħaq deċiżjoni fuq il-pjan.

(2)

Fil-31 ta’ Marzu 2009, fil-kawża C 10/09 (ex N 138/09), il-Kummissjoni awtorizzat miżura tal-assi danneġġati (“il-miżura tal-AD”) għal portafoll ta’ titoli msejsa fuq ipoteki residenzjali tal-US Alt-A (“CMBS”) favur ING għal perjodu ta’ 6 xhur. (3) L-awtoritajiet Olandiżi rreferew għall-miżura bħala l-“Faċilità ta’ Sostenn ta’ Assi Mhux likwidi” (“RMBS”). Minħabba d-dubju dwar il-konformità ta’ ċertu aspetti tal-miżura tal-AD mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar it-trattament ta’ assi danneġġati fis-settur bankarju Komunitarju (4) (“il-Komunikazzjoni tal-Assi Danneġġati”) il-Kummissjoni ddeċidiet tibda l-proċedura msemmija fl-Artikolu 88(2) tat-Trattat.

(3)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tibda proċedura kienet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej  (5). Il-Kummissjoni sejħet lill-partijiet interessati biex iressqu l-kummenti tagħhom. Il-Kummissjoni ma rċeviet ebda kummenti minn partijiet interessati.

(4)

L-awtorizzazzjoni tal-miżura tal-AD kienet imtawla fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Settembru 2009. (6)

(5)

Barra minn hekk, skont l-iskema tal-Garanzija ta’ Kreditu Olandiża (approvata fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kawża N 524/08 mit-30 ta’ Ottubru 2008 u mtawla fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kawża N 379/09 (7) mis-7 ta’ Lulju 2009), l-Pajjiżi l-Baxxi tat garanziji fuq debiti fuq żmien medju lil ING li jammontaw għal (i) 9 biljun USD (li minnhom diġà nħarġu 8.25 biljun USD) u (ii) 5 biljun EUR (li minnhom diġà nħarġu 4,15 biljun EUR).

(6)

Fil-25 ta’ Novembru 2008, it-8 ta’ April 2009, it-18 ta’ Mejju 2009 u d-9 ta’ Novembru 2009 il-Kummissjoni rċeviet informazzjoni minn parteċipanti fis-suq li jallegaw li ING Direct Europe, għal perjodu qasir, kienet qed tirreklama l-injezzjoni tal-kapital li rċeviet mill-Pajjiżi l-Baxxi u li kienet meqjusa bħala involuta f’aġir kummerċjali aggressiv.

(7)

Numru ta’ laqgħat, skambji ta’ e-mails u konferenzi bit-telefown seħħew bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet Olandiżi.

(8)

Fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jikkonċernaw il-metodoloġiji tal-evalwazzjoni tal-assi użati fil-kuntest tal-miżura tal-AD, il-Kummissjoni użat assistenza teknika pprovduta minn esperti esterni kuntrattati mal-Kummissjoni (Duff u Phelps u l-Professur Wim Schoutens) u minn esperti mill-Bank Ċentrali Ewropew.

(9)

Fit-12 ta’ Mejju 2009 l-Pajjiżi l-Baxxi ssottomettew pjan ta’ ristrutturar għal grupp tal-ING lill-Kummissjoni, li kien ikkumplimentat minn informazzjoni addizzjonali sottomessa fis-7 ta’ Lulju 2009. Il-pjan ta’ ristrutturar kien immodifikat fit-22 ta’ Ottubru 2009 (kwalunkwe referenza għal pjan ta’ ristrutturar magħmula minn hawn ‘il quddiem tirreferi għal din l-aħħar verżjoni tal-pjan ta’ ristrutturar). Din il-modifika kienet tinkludi wkoll bidla fit-termini għal ħlas lura tal-injezzjoni tal-kapital mill-Pajjiżi l-Baxxi.

(10)

Fit-22 ta’ Ottubru 2009 l-Pajjiżi l-Baxxi pprovdew numru ta’ impenji fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-pjan tar-ristrutturar u r-remunerazzjoni tal-miżura tal-AD.

(11)

Il-Pajjiżi l-Baxxi infurmaw lill-Kummissjoni li għal raġunijiet ta’ urġenza dawn jaċċettaw eċċezzjonalment li din id-Deċiżjoni tkun adottata bl-Ingliż.

2.   DESKRIZZJONI TAL-FATTI

2.1.   Il-benefiċjarju

(12)

ING hija magħmula minn ING Groep N.V. (“ING Group”), il-kumpanija holding prinċipali li tikkontrolla 100 % tal-ING Bank N.V. u ING Verzekeringen N.V., u żewġ kumpaniji sub-holding li jikkontrollaw sussidjarji bankarji u ta’ assigurazzjoni rispettivament. Il-Grupp ING jinkludi iktar minn 70 kumpaniji individwali b’iktar minn 2 500 entitajiet legali li joperaw f’madwar 50 pajjiż. Sa mit-tmiem tal-2008, il-karta tal-bilanċ tal-grupp ammontat għal total ta’ 1,332 biljun EUR, li minnhom iktar minn 75 % huma attribwibbli għall-attivitajiet bankarji tal-ING.

(13)

Fit-tmiem tal-2008, u inkluż il-miżura tar-rikapitalizzazzjoni, il-proporzjonijiet tal-kapital tal-ING għall-bank kienu ta’ 9,3 % fir-rigward tal-proporzjon ta’ Tier 1 tiegħu u 7,3 % għall-proporzjon tal-Core-Tier 1. Għall-assigurazzjoni il-proporzjon tal-kopertura tal-kapital ammonta għal 256,5 %.

(14)

L-istruttura tal-kapital tal-ING Group tinkludi wkoll l-hekk imsemmi core debt, li huwa dejn prijoritarju miġbur fil-livell tal-grupp li huwa sussegwentement investit bħala kapital proprju fl-ING Bank u l-holding tal-assigurazzjoni tal-ING (l-hekk imsejjaħ ingranaġġ doppju). Barra minn hekk, il-holding tal-assigurazzjoni tal-ING stess ġabret 2,3 biljun EUR tal-hekk imsejjaħ core debt li jista’ jkun intużat bħala kapital proprju fis-sussidjarji tal-assigurazzjoni tagħha.

(15)

Il-portafoll ta’ investiment tal-ING inkluda l-portafoll Alt-A tagħha miżmum, għall-parti kbira tiegħu, minn ING Direct US. ING Direct US kellha skont il-Liġi tal-Istati Uniti l-istatus ta’ ‘Istituzzjoni tal-Kreditu tal-Istati Uniti’, dan l-istatus kien jeħtieġ minn ING Direct US sabiex tinvesti l-maġġor parti tat-tfaddil miġbur tagħha fis-self b’ipoteka tal-Istati Uniti jew investimenti relatati mas-self b’ipoteka tal-Istati Uniti. Konsegwentement, ING allokat ammont sinifikanti tal-portafoll ta’ investiment tagħha lil-US Alt-A CMBS. Il-portafoll Alt-A kien kopert mill-miżura tal-AD mill-Pajjiżi l-Baxxi (kif deskritt fit-taqsima 2.3.2 ta’ hawn taħt). Il-portafoll ta’ investiment tal-ING kien jinkludi wkoll proporzjon sinifikanti ta’ titoli msejsa fuq ipoteki kummerċjali (CMBS), US RMBS u investimenti ta’ proprjetà immobbli li mhumiex koperti mill-miżura tal-AD.

2.2.   Attivitajiet kummerċjali

(16)

Fit-tmiem tal-2008, ING kienet attiva f’sitt oqsma kummerċjali. ING kienet attiva wkoll fil-ġestjoni tal-assi li kienet funzjonalment parti mill-unitajiet kummerċjali tal-assigurazzjoni reġjonali rispettivi.

2.2.1.   Attivitajiet bankarji bl-imnut

(17)

ING toffri servizzi ta’ attivitajiet bankarji bl-imnut fil-Pajjiżi l-Baxxi, il-Belġju, il-Polonja, ir-Rumanija, it-Turkija, l-Indja u t-Tajlandja (is-servizzi ta’ attivitajiet bankarji bl-imnut permezz ta’ ING Direct mhumiex deskritti f’din it-taqsima iżda fit-taqsima 2.2.2). Attivitajiet bankarji privati huma offruti fil-Pajjiżi l-Baxxi, il-Belġju, il-Lussemburgu, l-Isvizzera u diversi pajjiżi fl-Ażja u l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. Kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju u kummerċ medju korporattiv huma parti mill-attivitajiet bankarji bl-imnut tal-ING.

(18)

Fl-attivitajiet bankarji għall-konsumatur tagħha fil-Pajjiżi l-Baxxi u fil-Belġju, ING tgħaqqad mudell bankarju dirett ma’ netwerk ta’ fergħat. ING tipprovdi servizzi u sistemi ta’ ħlas tal-kontijiet kurrenti, kontijiet ta’ tfaddil, self b’ipoteka, self lill-konsumatur, servizzi tal-karti tal-kreditu u prodotti ta’ investiment u assigurazzjoni. L-ipoteki huma offruti permezz ta’ mezz dirett, permezz ta’ bejgħ ta’ aġenti marbuta kif ukoll permezz ta’ mezzi intermedjarji. Permezz tan-netwerk tal-fergħat tagħha, ING toffri wkoll medda wiesa’ ta’ prodotti bankarji kummerċjali kif ukoll prodotti ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja u ta’ assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja.

(19)

F’attivitajiet bankarji bl-imnut (individwi privati) fil-Pajjiżi l-Baxxi is-sehem fis-suq tagħha jammonta għal 40-50 % (8) għal relazzjonijiet bankarji ewlenin. Is-sehem fis-suq tagħha għall-kontijiet ta’ tfaddil jammonta għal 30-40 % skont il-valur u 20-30 % skont in-numri. Ishma fis-suq għal self lill-konsumaturi skont il-valur, l-ipoteki u l-attività bankarja privata jirrappreżentaw 10-20 %.

(20)

L-ishma fis-suq tal-Belġju jammontaw għal [10-15] (*) % għal kontijiet kurrenti, [20-25]% għal kreditu tal-konsumatur, [15-20]% għal ipoteki, [10-15]% għal tfaddil u [10-15]% għal fondi reċiproki. Ishma fis-suq tal-attivitajiet bankarji għall-konsumatur fil-Polonja jammontaw għal [5-10]% ġeneralment u [5-10]% fi tfaddil. Fir-Rumanija, is-sehem fis-suq tal-ING jammonta għal [0-5]% tal-obbligazzjonijiet kollha u [0-5]% tal-assi kollha. Ishma fis-suq fi tfaddil jammontaw għal [0-5]% fit-Turkija.

2.2.2.   ING Direct – attivitajiet bankarji bl-imnut

(21)

ING Direct tħaddem attivitajiet bankarji bl-imnut ibbażati fuq l-Internet direttament għal klijenti fl-Awstralja, l-Awstrija, il-Kanada, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, Spanja, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti. Il-prodotti ewlenin offruti huma kontijiet ta’ tfaddil u ipoteki, u żieda wkoll f’fondi reċiproki u kontijiet ta’ ħlas.

(22)

Rigward it-tfaddil, is-sehem fis-suq tal-ING Direct fil-Ġermanja jammonta għal [5-10]%, [0-5]% fl-Italja, [0-5]% fl-Awstralja, [0-5]% fil-Kanada, madwar [0-5]% fi Spanja, fir-Renju Unit u fl-Awstrija, u bejn wieħed u ieħor [0-5]% fl-Istati Uniti u fi Franza. Rigward ipoteki residenzjali l-ishma fis-suq jammontaw għal [0-5]% fl-Awstralja, [0-5]% fil-Kanada, [0-5]% fl-Italja u [0-5]% fi Spanja. Ishma fis-suq għal ipoteki residenzjali ġodda jammontaw għal [0-5]% fil-Ġermanja. Il-parti mhux Ewropea ewlenija ta’ ING Direct hija s-sussidjarja Amerikana tagħha fejn għandha sehem fis-suq tal-ipoteki residenzjali ta’ [0-5]% u karta tal-bilanċ ta’ […] (**) biljun USD fit-tmiem tal-ewwel trimestru tal-2009.

2.2.3.   Attivitajiet bankarji bl-ingrossa

(23)

Il-punt fokali tal-attivitajiet bankarji bl-ingrossa huwa fuq il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Belġju, il-Polonja u r-Rumanija, fejn joffru medda totali ta’ prodotti, minn ġestjoni tal-flus sa servizzi ta’ finanzjament korporattiv. F’postijiet oħra, ikollhom approċċ iktar selettiv għall-klijenti u l-prodotti. L-Attivitajiet Bankarji bl-Ingrossa għandhom sitt unitajiet tan-negozju: Self & Ħlas u Ġestjoni tal-Flus Ġenerali, Finanzjament Strutturat, Kiri & Iffatturar, Swieq Finanzjarji, Prodotti Oħra bl-Ingrossa, u Proprjetà Immobbli tal-ING.

(24)

Rigward klijenti korporattivi, l-ishma tas-swieq Olandiżi tal-ING huma [20-30]% għal relazzjonijiet bankarji, krediti dokumentarji, ħlas internazzjonali u servizzi ta’ ħlas, self u kontijiet kurrenti u ffatturar internazzjonali. Ishma tas-swieq ogħla ta’ [30-40]% jinżammu fid-depożiti/tfaddil u ħlas domestiku. Is-sehem fis-suq tal-ING għal korporazzjonijiet fil-Belġju jammonta għal [25-30]% fil-kontijiet kurrenti, [15-20]% fis-self, [15-25]% fil-kiri u [20-30]% fid-depożiti.

2.2.4.   Attivitajiet tal-assigurazzjoni u tal-ġestjoni tal-assi fl-Ewropa

(25)

L-attivitajiet ewlenin tal-assigurazzjoni tal-ING Europe huma fil-Pajjiżi l-Baxxi (l-aktar permezz tal-marki ING, Nationale-Nederlanden u RVS). ING għandha sehem fis-suq ta’ [15-20]% f’assigurazzjoni fuq il-ħajja u [5-10]% f’assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja (relatata ma’ primjums grossi miktuba fl-2008). Il-prodotti jiġu distribwiti permezz ta’ mezzi ta’ distribuzzjoni diretti (l-aktar fergħat mill-ING u Postbank, li kienu kkategorizzati mill-ġdid f’ING fil-bidu tal-2009) u sensara. Barra mill-Pajjiżi l-Baxxi ING mhix attiva fis-settur tal-assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja minbarra fil-Belġju (fejn għandha sehem fis-suq ta’ [0-5]% f’assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja).

(26)

L-ishma fis-suq tal-ING fl-assigurazzjoni fuq il-ħajja jirrappreżentaw [30-35]% fir-Rumanija, [20-25]% fl-Ungerija, [10-15]% kemm fir-Repubblika Ċeka kif ukoll fil-Greċja, [5-10]% fil-Polonja, [5-10]% fir-Repubblika Slovakka u [5-10]% fil-Belġju. ING hija attiva wkoll – b’ishma fis-suq ħafna iżgħar ta’ inqas minn [0-5]% - fi Spanja, il-Bulgarija u t-Turkija. Il-ġestjoni tal-fondi tal-pensjoni huwa parti mill-attivitajiet tagħha inkluż fondi tal-pensjoni obbligatorji (FPO) u dawk volontarji (PFV). Fil-FPO ING għandha ishma tas-suq ta’ [20-25] % fil-Polonja u [10-15]% fis-Slovakkja. Fil-FPV, l-ishma tas-suq tal-ING jammontaw għal [35-40]% fir-Repubblika Slovakkja, [10-15]% fir-Repubblika Ċeka u [5-10]% fit-Turkija. Bil-FPO u FPV magħqudin, l-ishma tas-suq tagħha jammontaw għal [35-40]% fir-Rumanija, [10-15]% fl-Ungerija u [5-10]% fil-Bulgarija.

(27)

Fl- 2008 ING kellha assi fiż-żoni ġeografiċi rispettivi ta’ […] biljun EUR fil-Pajjiżi l-Baxxi, […] biljun EUR fil-Belġju (u l-Lussemburgu) u […] biljun EUR fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant.

2.2.5.   Attitivajiet ta’ assigurazzjoni u ġestjoni tal-assi fl-Ameriki

(28)

ING Insurance Americas topera f’żewġ żoni ġeografiċi ewlenin: l-Istati Uniti u l-Amerika Latina. L-attivitajiet tagħha fil-Kanada kienu mibjugħa fil-bidu tal-2009. ING Insurance Americas toffri assigurazzjoni fuq il-ħajja u assigurazzjoni mhux fuq il-ħajja, servizzi ta’ rtirar (primarjament definiti pjanijiet ta’ kontribuzzjoni), annwalitajiet, fondi reċiproki, servizzi ta’ sensara-negozjanti u prodotti istituzzjonali, inkluż riassigurazzjoni kollettiva u prodotti u servizzi ta’ ġestjoni tal-assi istituzzjonali.

(29)

Fl-Istati Uniti, is-sehem tagħha fis-suq huwa [5-10]% fil-kummerċ tal-annwalitajiet varjabbli, [0-5]% fil-ħajja u madwar [0-5]% kemm fl-annwalitajiet fissi kif ukoll fl-assigurazzjoni fuq il-ħajja kollettiva. ING primarjament tipprovvdi prodotti ta’ pensjoni fil-Messiku, iċ-Ċili, il-Perù, il-Kolombja u l-Urugwaj. Ishma fis-suq għal fondi tal-irtirar huma l-ogħla fil-Perù ([30-35]%), iċ-Ċili ([20-25]%) u l-Urugwaj ([15-20]%). Ishma fis-suq għal assigurazzjoni fuq il-ħajja huma l-iktar sinifikanti fil- Perù ([15-20]%) u fiċ-Ċili ([10-15]%). Fl-2008 l-assi tagħha ammontaw għal […] biljun EUR fl-Istati Uniti u […] biljun EUR fil-bqija tal-kontinenti Amerikani.

2.2.6.   Assigurazzjoni fuq il-ħajja u ġestjoni tal-assi fl-Ażja/ir-reġjun paċifiku

(30)

Insurance Asia/Pacific huwa fornitur ta’ prodotti u servizzi tal-assigurazzjoni fuq il-ħajja u tal-ġestjoni tal-assi fl-Ażja/il-Paċifiku b’servizzi ta’ assigurazzjoni fuq il-ħajja f’disa’ pajjiżi (l-Awstralja, New Zealand, il-Ġappun, il-Korea t’Isfel, il-Malażja, Ħong Kong, it-Tajlandja, l-Indja u ċ-Ċina) u unitajiet tal-ġestjoni tal-assi fi tnax (id-disa’ pajjiżi fuq imsemmija kif ukoll Tajwan, il-Filippini u Singapor). ING hija kklassifikata bħala waħda mill-akbar kumpaniji ta’ assigurazzjoni u amministratur tal-assi internazzjonali fir-reġjun Ażjatiku/Paċifiku. Il-valur tal-assi miżmuma f’dan ir-reġjun jammonta għal […] biljun EUR.

2.3.   Il-miżuri ta’ għajnuna

(31)

ING ibbenefikat minn tliet miżuri ta’ għajnuna mill-Pajjiżi l-Baxxi.

2.3.1.   Injezzjoni tal-kapital

(32)

L-ewwel miżura kienet tikkonsisti f’injezzjoni tal-kapital sottoskritta totalment mill-Pajjiżi l-Baxxi li ppermettiet lill-ING Group biex iżżid il-kapital tagħha tal-Core-Tier 1 b’10 biljun EUR. (9) Il-Kummissjoni osservat fid-deċiżjoni tagħha li tapprova l-għajnuna tas-salvataġġ (N 528/08) li r-raġunijiet għat-telf tal-kunfidenza fis-suq fl-ING, li wasslu għall-intervent mill-Istat, kienu minħabba t-tossiċità perċepita tal-portafoll Alt-A, it-tħassib fis-suq rigward deprezzament ulterjuri, il-ħtiġiet tal-kapital tal-ING Insurance u d-deterjorazzjoni tal-proporzjon bejn id-dejn u l-fondi proprji tal-ING Group. Skont il-Pajjiżi l-Baxxi, mingħajr l-injezzjoni tal-kapital ING xorta kienet issalva iżda kien ikollha taffaċċja tnaqqis ulterjuri fil-kunfidenza u żieda fir-riskju ta’ likwidità.

(33)

Il-prezz tal-ħruġ ta’ injezzjoni ta’ 10 biljun EUR ta’ kapital Core-Tier 1 kien 10 EUR għal kull titolu. Fuq l-inizjattiva tal-ING it-titoli jistgħu jkunu jew mixtrija mill-ġdid b’15 EUR għal kull titolu (50 % primjum ta’ ħlas lura għall-prezz tal-ħruġ), jew, wara tliet snin, ikunu mibdula f’ishma ordinarji fuq bażi individwali. Jekk ING twassal għall-alternattiva tat-tibdil, il-Pajjiżi l-Baxxi għandhom l-alternattiva li jagħżlu l-ħlas lura tat-titoli b’rata ta’ 10 EUR għal kull titolu kif ukoll imgħax akkumulat. Ċedola tkun imħallsa għall-Pajjiżi l-Baxxi biss f’każ li dividend ikun imħallas fuq l-ishma ordinarji.

(34)

Fil-qafas tal-pjan ta’ ristrutturar il-Pajjiżi l-Baxxi ssottomettew emenda għall-ftehim tal-ħlas lura tat-titoli tat-Tier 1 minn ING. Skont it-termini emendati ING tista’ tixtri lura sa 50 % tat-titoli Core-Tier 1 bil-prezz tal-ħruġ (10 EUR), kif ukoll l-imgħax akkumulat fir-rigward taċ-ċedola annwali ta’ 8,5 % (madwar 253 miljun EUR), kif ukoll penali ta’ ħlas lura bikri meta il-prezz tal-ishma tal-ING huwa ta’ iktar minn 10 EUR. Il-penali għall-ħlas lura bikri tiżdid mal-prezz tal-ishma tal-ING. Għall-iskop tal-kalkolu tal-primjum tal-ħlas lura bikri ż-żieda fil-prezz tal-ishma għandha limitu ta’ 12,45 EUR (10). F’dak il-livell il-penali hija ekwivalenti għal 13 % fuq bażi annwali. Il-penali tal-ħlas lura bikri tista’ tammonta għal massimu ta’ 705 miljun EUR b’suppożizzjoni li l-5 biljun EUR ikunu mħallsa lura wara 400 jum mid-data tal-ħruġ. Barra minn hekk il-primjum tal-penali għandu livell minimu ta’ 340 miljun EUR, filwaqt li jiżgura rata interna minima ta’ rendiment għall-Pajjiżi l-Baxxi ta’ 15 %. Fi kliem ieħor, b’kunsiderazzjoni li ING normalment ikollha tħallas 2,5 biljun EUR primjum ta’ ħlas lura din l-emenda tirriżulta f’vantaġġ addizzjonali għal ING ta’ bejn 1,79 u 2,2 biljun EUR skont il-prezz tas-suq tal-ishma tal-ING. Il-Pajjiżi l-Baxxi spjegaw li r-raġuni għall-emenda kien li jkunu awtorizzati kundizzjonijiet għal ħruġ lill-ING simili għal dawk li kienu mogħtija lil SNS  (11) u Aegon  (12) fuq l-injezzjonijiet tal-kapital li rċevew mill-Pajjiżi l-Baxxi. Dawk il-kundizzjonijiet ta’ ħlas bikri minn qabel jistgħu jkunu applikati biss għall-ħlas lura ta’ 5 biljun EUR (jiġifieri 50 % tal-injezzjoni tal-kapital inizjali).

(35)

ING tista’ tagħżel li tuża l-alternattiva tal-ħlas lura qabel il-31 ta’ Jannar 2010, iżda dik id-data tista’, wara ftehim mal-Pajjiżi l-Baxxi, tkun estiża sal-1 ta’ April 2010 minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali tas-suq jekk ING tkun tista’ turi li ma kienx ekonomikament fattibbli li tiġbor biżżejjed kapital Core-Tier 1 sabiex tixtri mill-ġdid il-5 biljun EUR qabel. Din l-estenzjoni tkun imbagħad soġġetta għal approvazzjoni mill-Kummissjoni. ING timmira li tuża l-alternattiva tax-xiri mill-ġdid qabel l-1 ta’ Jannar 2010. L-alternattivi ta’ ħlas lura u tal-konverżjoni tal-50 % li jibqa’ mhumiex mibdula.

2.3.2.   Il-miżura tal-assi danneġġati

(36)

It-tieni miżura ta’ għajnuna kienet miżura tal-AD fir-rigward tal-portafoll Alt-A li l-valur tiegħu naqas b’mod sinifikanti, filwaqt li ħalla impatt fuq ir-riserva ta’ rivalutazzjoni negattiva. L-awtoritajiet Olandiżi talbu li l-miżura tkun approvata qabel il-31 ta’ Marzu 2009, għal raġunijiet ta’ stabbiltà finanzjarja. Barra minn hekk, kieku il-miżura kienet emendata b’mod ieħor insinifikanti, kien jimmaterjalizza telf kbir ta’ kontabbiltà għal ING.

(37)

Il-miżura tal-AD kienet deskritta fid-dettall fid-deċiżjoni ta’ ftuħ tal-31 ta’ Marzu 2009. L-istruttura tal-miżura hija mfakkra fil-qosor biss qabel ma jiġi spjegat it-tibdil ewlieni fil-ħlas lura u l-istruttura tal-miżati.

(38)

Sa mis-26 ta’ Jannar 2009 l-Pajjiżi l-Baxxi rċevew 80 % tal-flussi tal-kontanti kollha minn portafoll danneġġat US Alt-A RMBS (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “il-portafoll”) mill-ING (rappreżentat bil-Fluss 4 fil-grafika ta’ hawn taħt, flimkien ma’ tariffa ta’ garanzija (Fluss 5). Min-naħa tagħha, ING tirċievi l-flussi tal-kontanti ħielsa mir-riskji mill-Pajjiżi l-Baxxi:

Valur garantit, li jirrappreżenta l-flussi tal-kontanti tal-pagamenti prinċipali li jammontaw għal total ta’ 28 biljun USD, li jikkorrispondi għal 90 % (il-prezz tax-xiri jew il-prezz tat-trasferiment) ta’ 80 % tal-portafoll, jiġifieri 72 % tal-portafoll (Fluss 1). Dawn il-flussi tal-kontanti huma mħallsa fuq bażi ta’ darba fix-xahar, matul l-eżistenza tal-portafoll;

Tariffa ta’ finanzjament (Fluss 2);

Tariffa ta’ ġestjoni (Fluss 3).

(39)

Il-flussi tal-kontanti li joriġinaw mill-20 % li jibqa’ tal-portafoll huma miżmuma minn ING u jaqgħu barra mill-ambitu tal-iskambju tal-fluss tal-flus.

(40)

ING qablet li tagħmel serje ta’ pagamenti addizzjonali lill-Pajjiżi l-Baxxi li jirriżultaw effettivament f’żieda sinifikanti tal-ħlas lura tal-Istat għall-miżura tal-AD permezz tal-aġġustamenti tat-tariffi deskritti fil-premessi 41, 42 u 43:

Image

(41)

L-ewwel nett, mill-25 ta’ Ottubru 2009, il-Pajjiżi l-Baxxi għandhom inaqqsu t-tariffa għall-finanzjament għal 57 % (titoli b’rata fissa) ta’ 72 % tal-portafoll permezz ta’ 50 punti bażi (“pb”) fis-sena (“p.a.”) minn 3,5 % (13) p.a. għal 3 % p.a. u għandhom inaqqsu t-tariffa għall-finanzjament għal 43 % (titoli b’rata mhux fissa) ta’ 72 % tal-portafoll permezz ta’ 50 pb p.a. minn LIBOR + 50 pb p.a. għal LIBOR flat.

(42)

It-tieni nett, it-tariffa tal-ġestjoni (imħallsa mill-Pajjiżi l-Baxxi lil ING) li tammonta għal 25 pb fuq 80 % al-ammont pendenti tal-portafoll għandha tkun imnaqqsa b’15 pb sa 10 pb permezz ta’ żieda tat-tariffa tal-garanzija (kif muri hawn taħt fil-premessa 43).

(43)

It-tielet nett, mill-25 ta’ Ottubru 2009, ING għandha żżid it-tariffa tal-garanzija ta’ 55 pb p.a. fuq l-ammont pendenti tal-portafoll trasferit b’82,6 pb p.a. ulterjuri, u t-tariffa tal-garanzija totali tinġieb għal 137,6 pb. Miż-żieda ta’ 82,6 pb, 67 pb jikkompensaw għat-tnaqqis fit-tariffa tal-ġestjoni (imħallsa mill-Pajjiżi l-Baxxi lil ING) permezz ta’ 15 pb u reviżjoni tal-prezz tat-trasferiment tal-portafoll b’52 pb (li jikkorrispondu għal tnaqqis fil-prezz tat-trasferiment minn 90 % sa madwar 87 %). 15.6 pb huma aġġustament ta’ treġġiegħ lura għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2009 (il-bidu tal-miżura inizjali) sal-25 ta’ Ottubru 2009 (14).

(44)

Jekk il-miżura inizjali bejn il-Pajjiżi l-Baxxi u l-ING tinħall (15) , l-ammont tal-ħlas addizzjonali mhux imħallas li jirrigwarda l-perjodu bejn is-26 ta’ Jannar 2009 u l-25 ta’ Ottubru 2009 (jiġifieri l-15,6 pb inklużi fl-aġġustament relatat mat-tariffa tal-garanzija) xorta jsir pagabbli. Jekk isseħħ inverżjoni parzjali tal-pożizzjoni tal-miżura inizjali, dan l-ammont ikun pagabbli proporzjonalment.

(45)

Dawn l-emendi introdotti f’Ottubru tal-2009 għandhom ikunu implimentati permezz ta’ ftehim separat bejn ING u l-Pajjiżi l-Baxxi, sabiex il-miżura inizjali tinżamm sħiħa. Il-Pajjiżi l-Baxxi jobbligaw ruħhom li jinnotifikaw kwalunkwe inverżjoni bikrija totali jew parzjali tal-miżura inizjali lill-Kummissjoni.

2.3.3.   Il-garanziji

(46)

Skont l-iskema ta’ Garanzija tal-Kreditu Olandiża (kawża N 524/08) il-Pajjiżi l-Baxxi taw ukoll garanziji fuq debiti ta’ żmien medju lil ING li jammontaw għal (i) 9 biljun USD (li minnhom diġà nħarġu 8,25 biljun USD) u (ii) 5 biljun USD (4,15 biljun EUR diġà maħruġa). ING tħallas tariffa ta’ garanzija ta’ medja ta’ 84 pb fuq l-ammont garantit.

(47)

Il-Pajjiżi l-Baxxi jikkonfermaw li kwalunkwe garanziji addizzjonali mogħtija lill-ING għandhom ikunu nnotifikati individwalment. Il-garanzija ta’ sa […] biljun EUR marbuta li jkunu mogħtija mill-Pajjiżi l-Baxxi fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar għall-finanzjament tal-Westland Utrecht Hypotheekbank (WUH)/Interadvies, kif deskritt fil-premessa 55 u l-premessa 85, għandha tkun notifikata separatament ukoll lill-Kummissjoni. Dawk il-garanziji ta’ sa […] biljun EUR huma parti integrali mill-pjan ta’ ristrutturar li din id-Deċiżjoni hija relatata miegħu iżda n-neċessità u l-ħlas lura ta’ dawk il-garanziji għad iridu jkunu stabbiliti mill-Pajjiżi l-Baxxi u għandhom ikunu evalwati mill-Kummissjoni f’deċiżjoni separata ladarba l-miżura tkun individwalment notifikata.

3.   IL-PJAN TA’ RISTRUTTURAR

3.1.   Miżuri previsti fil-pjan

(48)

ING qed tippjana li tissimplifika l-istruttura tal-grupp, tnaqqas l-ispejjeż, tnaqqas ir-riskji u tagħmel numru ta’ divestimenti, tiżviluppa politika ta’ ħlas lura sostenibbli, tadatta l-istruttura tal-kapital tagħha, timplimenta miri ġodda tal-proporzjon tal-kapital intern tagħha, u testendi l-ammont ta’ finanzjament għal żmien twil f’nuqqas ta’ depożiti. Il-pjan ta’ ristrutturar għandu jkun implimentat f’perjodu ta’ żmien ta’ ħames snin.

(49)

Sabiex tissimplifika l-grupp, ING ġabret mill-ġdid is-sitt oqsma kummerċjali tagħha f’żewġ diviżjonijiet, bankarja u ta’ assigurazzjoni. Kull diviżjoni saret responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-istrateġija u l-ġestjoni tal-karta tal-bilanċ tagħha. Il-pjan ta’ ristrutturar jipprevedi li ING twettaq biss attivitajiet bankarji, filwaqt li l-Assigurazzjoni tiġi divestita biż-żmien.

(50)

L-attivitajiet bankarji għandhom jikkonċentraw b’mod predominanti fuq l-Ewropa filwaqt li opportunitajiet ta’ tkabbir selettivi għandhom ikunu mwettqa f’partijiet oħra tad-dinja. ING qed tippjana li tiffoka b’mod strateġiku fuq attivitajiet bankarji bl-imnut li jiġġeneraw profitt konsistenti fi swieq maturi, opportunitajiet ta’ tkabbir ta’ attivitajiet bankarji bl-imnut magħżula fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant u attivitajiet bankarji kummerċjali orjentati fl-Ewropa allinjati ma’ bank bl-imnut u negozju finanzjarju speċjalizzat. Il-bank għandu jaħdem fuq il-bażi ta’ prodotti standardizzati u livell għoli ta’ awtomazzjoni. Minflok ma jikseb investimenti bħal titoli sostnuti mill-assi (ABS), il-grupp għandu jkompli joħloq l-assi tiegħu stess.

(51)

Tnaqqis fl-ispejjeż li jammontaw għal 1,3 biljun EUR huwa ppjanat għall-2009. 35 % tat-tnaqqis fl-ispejjeż għandu jkun miksub permezz ta’ tnaqqis ta’ spejjeż relatati ma’ ekwivalenti ta’ full time (FTE), u 65 % permezz ta’ tnaqqis fi nfiq ieħor inkluż spejjeż għal persunal estern, attivitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u tlielaq tal-Formula 1. L-uffiċċju prinċipali jikkontribwixxi għat-tnaqqis fl-ispejjeż. Minn Awwissu tal-2009, tnaqqis fl-ispejjeż ta’ iktar minn 800 miljun EUR diġà kien imwettaq. Sabiex jinkiseb dak it-tnaqqis fl-ispejjeż, ING stabbilixxiet dispożizzjoni ta’ ristrutturar ta’ madwar 450 miljun EUR wara t-taxxa.

(52)

ING qed tippjana wkoll numru ta’ miżuri li jnaqqsu r-riskji, bħal programmi ta’ hedging, tnaqqis, għeluq u estinzjoni ta’ pożizzjonijiet riskjużi, u tnaqqis ta’ esponiment dirett ta’ kapital. Rigward il-portafoll ta’ investiment tagħha, ING irċeviet miżura ta’ protezzjoni tal-assi mill-Pajjiżi l-Baxxi fil-forma tal-miżura Alt-A IA. Miżuri ulterjuri implimentati mill-ING jinkludu klassifikazzjoni mill-ġdid ta’ numru tal-ABS tagħha mill-kategorija ta’ dawk disponibbli għall-bejgħ fil-kategorija ta’ dawk miżmumasal-maturità, b’hekk jillimitaw il-volatilità tar-riserva ta’ valutazzjoni mill-ġdid negattiva. ING għandha tnaqqas l-esponiment tagħha għal klassijiet ta’ assi ta’ riskju ogħla fil-US CMBS u US RMBS. ING, barra minn hekk, m’għandhiex tibda inizjattivi ġodda li jimmiraw li jżidu l-esponiment dirett tagħha tal-proprjetà immobbli.

(53)

Il-Kummissjoni tifhem li ING għandha tadotta strateġija kummerċjali [prudenti] b’mod partikolari rigward ING Direct, peress li ING tixtieq tibbaża l-kummerċ tagħha […] fuq prezzijiet ġusti […] (16) u ma taġixxix bħala “price leader”.

(54)

ING qiegħda fil-proċess li timplimenta numru ta’ divestimenti b’effett sinifikanti rigward il-karta tal-bilanċ tagħha skont l-istrateġija kummerċjali l-ġdida tagħha. Il-miżuri ta’ ristrutturar ippreżentati fil-pjan rivedut ta’ ristrutturar tal-ING għandhom jirriżultaw fi tnaqqis mistenni fil-karta tal-bilanċ ta’ 616 biljun EUR fuq bażi tad-daqsijiet tal-unitajiet fit-30 ta’ Settembru 2008. It-tnaqqis fil-karta tal-bilanċ ta’ 616 biljun EUR jikkonsisti f’inizjattivi ta’ tnaqqis fid-diżingranar u integrazzjoni tal-karta tal-bilanċ (madwar […] biljun EUR), divestimenti bankarji (li jammontaw għal madwar […] biljun EUR) u d-divestiment tal-ING Insurance kollha (li jammonta għal madwar […] biljun EUR). Minkejja li għandha karta tal-bilanċ iżgħar meta mqabbla mal-bank, l-assigurazzjoni rrappreżentat madwar 50 % tal-qligħ tal-ING qabel il-kriżi (17). Meta mqabbel mal-karta tal-bilanċ tat-tielet trimestru 2008 (jiġifieri 1,376 biljun EUR), it-tnaqqis totali tal-karta tal-bilanċ jammonta għal madwar 45 %.

(55)

Bħala parti mid-divestimenti, il-pjan ta’ ristrutturar jipprevdi li ING issawwar kumpanija tal-attivitajiet bankarji bl-imnut kompletament operattiva u divestibbli fil-Pajjiżi l-Baxxi (għal aktar dettalji ara l-premessa 85 ta’ hawn taħt) li tikkonsisti fl-Interadvies kurrenti (Westland Utrecht Hypotheekbank, Westland Utrecht Effectenbank u Nationale Nederlanden Hypotheekbedrijf, Nationale Nederlanden Financiële Diensten) li għandu jkun anness magħhom il-portafoll tal-kreditu tal-konsumatur tal-Postbank preċedenti. ING għandha tipprova ssawwar il-kumpanija Interadvies (minn hawn ‘il quddiem “WUH/Interadvies”) [fuq il-bażi ta’ skeda dettaljata]. Il-karta tal-bilanċ totali tal-entità għandha tammonta għal madwar [25-50] biljun EUR.

(56)

[…] id-divestiment ta’ WUH/Interadvies ma qajjem ebda kwistjonijiet dwar ir-riskju tal-istabbiltà finanzjarja. L-awtoritajiet Olandiżi pprovdew studju dwar is-suq tal-attività bankarja bl-imnut minn espert indipendenti li juri li l-kontijiet kurrenti, minkejja li huma ġeneralment meqjusa bħala prodott ankra għal bejgħ inkroċjat f’attivitajiet bankarji bl-imnut, mhumiex essenzjali għad-distribuzzjoni ta’ ipoteki u prodotti bankarji oħra fil-Pajjiżi l-Baxxi, b’mod partikolari fil-każ tal-ING. Barra minn hekk, l-istudju jsemmi l-importanza tal-Internet bħala mezz ta’ distribuzzjoni fil-Pajjiżi l-Baxxi, li jnaqqas il-ħtieġa ta’ netwerk ta’ fergħat għad-distribuzzjoni ta’ prodotti bankarji. Skont l-awtoritajiet Olandiżi prodotti oħra jistgħu jkunu annessi mal-prodotti ipotekarji distribwiti minn WUH/Interadvies. B’mod partikolari il-portafoll tas-self tal-konsumatur trasferit jista’ jservi bħala punt ta’ dħul fi prodotti oħra tas-suq.

(57)

Fid-dettall, ING tippjana li tbiegħ jew tiddivesti l-kumpaniji, attivitajiet jew prodotti li ġejjin:

ING Life Taiwan (kompletat)

Tieqaf tbiegħ Annwalitajiet Varjabbli ta’ Primjum Waħdieni (SPVA) fil-Ġappun (kompletat)

Likwidazzjoni tal-ktieb tal-annwalitajiet varjabbli eżistenti fl-Istati Uniti

Likwidazzjoni tan-negozju tal-Prodotti Finanzjarji fl-Istati Uniti

Waqfien tat-tnedija ppjanata ta’ ING Direct Japan (kompletat)

Tiddivesti l-Assigurazzjoni Mhux fuq il-Ħajja fil-Kanada (kompletat)

Tiddivesti Negozji ta’ Annwalitajiet u Ipoteki fiċ-Ċili (kompletat)

Tiddivesti l-Assigurazzjoni fir-Russja – Fond tal-Pensjoni Mhux Statali (kompletat)

Tiddivesti l-Assigurazzjoni fl-Arġentina - Origines Seg. De Retiro (kompletat)

Tiddivesti l-Assigurazzjoni fl-Ażja – servizzi ta’ pjattaforma fil-ĦK (kompletat)

Tiddivesti l-Attivitajiet Bankarji Privati fl-Ażja u l-Isvizzera (iffirmat)

Tiddivesti r-Riassigurazzjoni Kollettiva tal-Istati Uniti (iffirmat)

Tiddivesti l-Assigurazzjoni fl-Ażja/Paċifiku (Awstralja (iffirmat), New Zealand (iffirmat) il-Ġappun, Korea, Ħong Kong, Indja, it-Tajlandja, Malażja)

Tiddivesti l-Ġestjoni tal-Assi fl-Ażja/Paċifiku

Tiddivesti l-Benefiċċji tal-Impjegat fl-Istati Uniti

Tiddivesti l-assigurazzjoni fl-Istati Uniti tal-Amerika (US Retirement Services, US FA, Traditional Life)

Tiddivesti l-Ġestjoni tal-Assi fl-Istati Uniti

Tiddivesti lill-ING Direct US

Tiddivesti l-Assigurazzjoni fl-Amerika Latina (Brażil, Ċili, il-Messiku, il-Perù, il-Kolombja, l-Urugwaj)

Tiddivesti l-Ġestjoni tal-Assi fl-Amerika Latina

Tiddivesti l-Assigurazzjoni fl-Ewropa Ċentrali (il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja, l-Ungerija, il-Polonja, ir-Rumanija, Żlovakkja, Spanja)

Tiddivesti l-Ġestjoni tal-Assi fl-Ewropa.

Tiddivesti l-assigurazzjoni fil-Benelux (Nationale Nederlanden Insurance, RVS, Retail Insurance Netherlands (preċedentement Postbank Insurance), Insurance Belgium, Insurance Lussemburgu)

Tiddivesti n-negozju ta’ Interadvies (Westland Utrecht Hypotheekbank, Westland Utrecht Effectenbank, Nationale Nederlanden, Hypotheekbedrijf, Nationale Nederlanden Financiële Diensten), inkluż il-portafoll tal-kreditu tal-konsumatur tal-Postbank preċedenti (ara l-impenji mill-Pajjiżi l-Baxxi għal aktar dettalji).

(58)

ING tippjana tkabbir organiku tal-karta tal-bilanċ għall-bank ta’ madwar […]% fis-sena matul il-perjodu ta’ ristrutturar […]. ING tippjana li tikseb ħafna minn dak it-tkabbir billi ssellef lill-ekonomija reali (djar u kumpaniji).

(59)

ING qed timplimenta ukoll politika ġdida ta’ remunerazzjoni fejn il-Bord Superviżorju tal-ING jobbliga ruħu li jiżviluppa politika ta’ remunerazzjoni sostenibbli għall-Bord Eżekuttiv u l-Maniġment Għoli. Dawk l-iskemi ta’ inċentivi għandhom ikunu marbuta mal-ħolqien ta’ valuri għal żmien twil, b’kunsiderazzjoni tar-riskji u restrizzjoni tal-potenzjal għal “premji għal falliment”.

(60)

ING hija inkarigata li telimina l-ingranaġġ doppju malajr kemm jista’ jkun iżda mhux iktar tard minn […].

3.2.   Kapaċità li tikseb vijabbiltà taħt xenarju ta’ bażi u ta’ stress

(61)

ING ssottomettiet xenarju ta’ bażi u ta’ stress bl-għan li turi l-kapaċità tagħha li tikseb vijabbiltà għal żmien twil.

(62)

Fil-każ bażi, ING […]. Barra minn hekk, wieħed jassumi li s-swieq tal-kapital għandhom […].

(63)

Skont ix-xenarju tal-każ bażi pproġġettat tagħha d-dħul nett għall-grupp […]. Il-qligħ totali tal-grupp […]. Ir-rendiment għall-ekwità (RoE) ikun […]. ING insurance tkun […].

(64)

Għall-bank, ING tassumi żieda fl-assi mkejla skont ir-riskju (“RWA”) ta’ madwar […] annwalment (qabel id-divestimenti), parzjalment minħabba […]. Dħul (li jeskludi tibdil u danni fil-valur ġust) huwa mistenni li […] l-attivitajiet bankarji kummerċjali huma mistennija li […] u l-attività bankarja bl-imnut hija mistennija li […].

(65)

ING Bank jistenna li jilħaq il-miri tal-kapital intern tiegħu matul il-perjodu ta’ previżjoni. ING stabbiliet miri ġodda tal-kapital intern li huma […]% għall-proporzjoni tal-bank Tier 1 u […]% għall-proporzjon Core-Tier 1 tiegħu. Għall-ING Insurance, il-proporzjon tal-kopertura tal-kapital immirat jibqa’ l-istess b’150 %.

(66)

Fix-xenarju tal-każ bażi, il-proporzjon ta’ solvenza totali tagħha (kapital totali għal RWA) jammonta għal madwar […] matul il-perjodu kollu ta’ ristrutturar, billi l-inqas punti jkunu[…].

(67)

ING Insurance tkun divestita matul il-perjodu ta’ ristrutturar […]. Fil-każ bażi d-divestimenti huma meqjusa li jiġġeneraw rikavati netti ta’ […] EUR.

(68)

F’xenarju alternattiv meta l-assigurazzjoni tiġi divestita […] ING tistenna b’mod korrispondenti rikavati netti ogħla […].

(69)

ING issottomettiet ukoll xenarju ta’ stress […].

(70)

[…]. Barra minn hekk, huma meqjusa żidiet sinifikanti fil-probabbiltajiet tagħha ta’ falliment. ING tassumi wkoll li jkun hemm proporzjonijiet ogħla ta’ telf (LGD).

(71)

Skont dan ix-xenarju ta’ stress, ir-riżultat kummerċjali li fuqu huwa bbażat l-ING Group ikun […].

(72)

Minkejja dawk is-suppożizzjonijiet tal-każ ta’ stress, il-kapitalizzazzjoni tal-ING tibqa’ biżżejjed peress li tkompli tissodisfa r-rekwiżiti regolatorji. […].

(73)

Il-Pajjiżi l-Baxxi jissottomettu f’dak ir-rigward li ING applikat mudelli tal-LGD fix-xenarji ta’ stress sabiex tikkalkula l-LGDs tal-portafolli ta’ kreditu tagħha li kienu approvati mill-awtorità superviżorja finanzjarja, De Nederlandsche Bank (il-Bank Ċentrali Olandiż, minn hawn ‘il quddiem “DNB”) […].

(74)

Barra minn hekk, ING applikat suppożizzjonijiet addizzjonali ta’ stress aktar sever – li jmorru lil hinn mix-xenarju ta’ stress ippreżentat b’mod sinifikanti għal ipoteki bl-imnut Olandiżi (18)[…]. Skont dawn is-suppożizzjonijiet ukoll, il-kapitalizzazzjoni tal-ING tibqa’ biżżejjed peress li tkompli tissodisfa r-rekwiżiti regolatorji u anke żżomm buffer sinifikanti addizzjonali tal-kapital.

(75)

Il-Pajjiżi l-Baxxi jissottomettu li l-bank għadda mit-testijiet ta’ stress kollha tas-superviżur tiegħu fir-rigward tal-likwidità. […].

3.3.   Strateġija ta’ ħruġ

(76)

Fix-xenarju tal-każ bażi tal-ING tal-pjan ta’ ristrutturar, it-titoli Core-Tier 1 għandhom ikunu mixtrija mill-ġdid mill-ING fuq din il-bażi:

(a)

L-ewwel parti li tippreżenta 5,0 biljun EUR tal-ammont nozzjonali hija maħsuba li tkun mixtrija mill-ġdid madwar is-17 ta’ Diċembru 2009 bil-prezz minimu ta’ 5,75 biljun EUR. Dan il-prezz meqjus jipprovdi għal rata interna ta’ rendiment (RIR) ta’ 15 % lill-Pajjiżi l-Baxxi u jinkludi r-rendiment bażi ta’ 8,5 % kif ukoll il-primjum addizzjonali ta’ mill-inqas 340 miljun EUR u sa 705 miljun EUR (19) li jirrifletti xi potenzjal għall-apprezzament fil-valur relatat mal-prezz tal-ishma tal-ING. Il-prezz eżatt ta’ xiri mill-ġdid jiddependi fuq il-prezz tal-ishma tal-ING.

(b)

Parti [li tifdal] li tippreżenta […] biljun EUR tal-ammont nozzjonali għandha tkun mixtrija mill-ġdid fil- […] bi prezz meqjus ta’ […] biljun EUR. Dan il-prezz jassumi xiri mill-ġdid b’150 % tal-par (15 EUR għal kull sehem) kif ukoll 8,5 % imgħax akkumulat għal sena waħda skont it-termini oriġinali tal-ftehim dwar it-titoli Core-Tier 1. Alternattivament, ING tista’ [wara] l-2011 […] terġa’ tixtri din il-parti u mbagħad teżerċita l-alternattiva tagħha ta’ konverżjoni, fejn il-Pajjiżi l-Baxxi jirċievu jew […] miljun ta’ ishma ordinarji tal-ING jew kontanti għall-ammont ta’ […] biljun EUR kif ukoll madwar […] miljun EUR ta’ mgħax akkumulat.

(c)

[…].

(77)

B’total, il-[…] tranżazzjonijiet għandhom jipprovdu b’mod indikattiv IRR ta’ [15-25]% lill-Pajjiżi l-Baxxi. Il-Pajjiżi l-Baxxi huma meħtieġa li jinnotifikaw kwalunkwe tibdil fil-ftehim sabiex jinfdew it-titoli lill-Kummissjoni.

(78)

Sal-lum, ING ma ddeferiet ebda ħlas ta’ ċedoli fuq strumenti ibridi Tier 1 maħruġa mill-grupp.

(79)

Fl-14 ta’ Ottubru 2009 ING użat alternattiva ta’ sejħa fuq bond iktar baxx tat-Tier 2. ING infurmat lill-Kummissjoni li jiddispjaċieha dwar dan u tiddikjara li kien miżinterpretazzjoni […]. Barra minn hekk, il-Pajjiżi l-Baxxi jenfasizzaw li huma jifhmu i l-Kummissjoni fil-prinċipju ma tikkunsidrax li sejħa għal strumenti tal-kapital tat-Tier 1/Tier 2 hija adatta għal banek fir-ristrutturar u taqbel li din is-sejħa fil-futur tkun diskussa fuq bażi individwali u soġġetta għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni, għal tliet snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni jew sad-data li fiha ING tkun ħallset lura totalment iċ-ċedoli tal-core-Tier 1 lill-Istat Olandiż (inkluż l-imgħax akkumulat rilevanti taċ-ċedoli u t-tariffi tal-primjum ta’ ħruġ tal-core Tier-1), skont liema jiġi l-ewwel.

(80)

M’hemmx ħruġ unilaterali previst għall-miżura tal-AD u l-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom li jinnotifikaw kwalunkwe waqfien tal-miżura tal-AD permezz ta’ ftehim mal-Kummissjoni. Madankollu, il-pjan ta’ ristrutturar jassumi fil-każ bażi li l-miżura tibqa’ fis-seħħ wara l-2013.

3.4.   ImpenJi tal-Pajjiżi l-Baxxi

(81)

Rigward il-miżuri tal-AD (jiġifieri l-‘Faċilità ta’ Sostenn tal-Assi Mhux Likwidi’ jew IABF) il-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom f’dan li ġej:

Mill-25 ta’ Ottubru 2009, l-ING Group għandu jagħmel pagamenti addizzjonali lill-Pajjiżi l-Baxxi, li jikkorrispondu ma’ aġġustament tar-remunerazzjoni tal-Alt-A ta’ -50 punti bażi fuq it-tariffa ta’ finanzjament irċevuta minn ING u ta’ + 82,6 punti bażi fuq it-tariffa ta’ garanzija mħallsa minn ING. L-aġġustament relatat mat-tariffa ta’ garanzija jinkludi 15,6 punti bażi li jirrappreżentaw aġġustament għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2009 – il-bidu tal-IABF (20) (fi kliem ieħor il-miżura tal-AD) – sal-25 ta’ Ottubru 2009. Il-pagamenti addizzjonali għandhom ikunu applikati sal-punt u żmien li fih il-ftehim tal-IABF ikun fis-seħħ.

Il-pagamenti addizzjonali għandhom ikunu implimentati fil-forma ta’ ftehim separat bejn l-ING Group u l-Pajjiżi l-Baxxi, sabiex l-IABF oriġinali jinżamm sħiħ.

Il-pagamenti addizzjonali, eskluża l-parti relatata mal-perjodu ta’ bejn is-26 ta’ Jannar 2009 u l-25 ta’ Ottubru 2009 (jiġifieri l-15,6 punti bażi inklużi fl-aġġustament relatat mat-tariffa tal-garanzija) m’għandhomx saldu żejjed fil-każ ta’ inverżjoni bikrija tal-IABF. L-ammont ta’ pagamenti addizzjonali mhux imħallsa li huwa relatat mal-perjodu ta’ bejn is-26 ta’ Jannar 2009 u l-25 ta’ Ottubru 2009 (jiġifieri l-15,6 punti bażi inklużi fl-aġġustament relatat mat-tariffa ta’ garanzija) isir pagabbli fil-każ ta’ inverżjoni parzjali jew totali tat-tranżazzjoni oriġinali. Jekk l-IABF tkun invertita parzjalment, dan is-saldu ta’ ħlas lura bikri ikun applikat proporzjonalment.

Il-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom li jinnotifikaw kwalunkwe miżura ta’ inverżjoni bikrija totali jew parzjali tal-miżura tal-AD lill-Kummissjoni.

(82)

Rigward tnaqqis fil-karta tal-bilanċ, l-impenn għal divestiment tal-assigurazzjoni, ING Direct US u unitajiet oħra li għandhom ikunu divestiti qabel it-tmiem tal-2013, il-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom li:

ING għandha tnaqqas 45 % tal-karta ta-bilanċ tagħha meta mqabbla mat-30 ta’ Settembru 2008 sat-tmiem tal-2013 u għandha tiddivesti lista ta’ unitajiet kif deskritt fil-premessa 57, b’mod partikolari Insurance u ING Direct US […].

Dawn il-figuri jirreferu għal proġezzjonijiet li ma jqisux l-impatt possibbli tat-tkabbir organiku u jeskludu żidiet addizzjonali minħabba rekwiżiti potenzjali ġodda addizzjonali, bħal pereżempju jekk il-banek ikunu meħtieġa li jżommu buffers ta’ likwidità akbar b’mod sinifikanti minħabba regolamenti (ġodda) fl-UE. Dawn ir-rekwiżiti jistgħu jżidu l-karta tal-bilanċ b’mod sinifikanti lil hinn mill-proġezzjonijiet kurrenti tat-tkabbir organiku.

ING m’għandhiex ikollha restrizzjoni fuq it-tkabbir organiku (fi kliem ieħor li mhux relatat mal-akkwisti) tal-karta tal-bilanċ tan-negozji tagħha. […]. Fil-futur, ING għandu jkollha politika ġenerali biex tuża t-tkabbir tagħha f’fondi affidati mill-klijenti l-aktar sabiex tikber fis-self lill-ekonomija reali (kumpaniji u konsumaturi) u tnaqqas l-esponiment tagħha għal klassijiet ta’ assi ta’ riskji ogħla fil-US CMBS u US RMBS. […] (21).

Fir-rigward tal-unitajiet, ING timpenja ruħha li tbiegħ (kif imniżżel fil-premessa 57), jekk divestiment ta’ kwalunkwe unità bħal din ma sseħħx sal-31 ta’ Diċembru 2013 (pereżempju fuq il-bażi ta’ ftehim ta’ bejgħ vinkolanti finali li kien imwettaq). Il-Kummissjoni tista’ fejn xieraq jew minħabba ċirkostanzi addizzjonali, b’risposta għal talba mill-Pajjiżi l-Baxxi, tagħti estensjoni għal dan il-perjodu ta’ żmien. (22) Il-Kummissjoni tista’ wkoll f’dan il-każ (i) titlob lill-Pajjiżi l-Baxxi biex jaħtru fiduċjarju wieħed jew iktar (tad-divestimenti) (23), magħżul minn qabel u propost mill-ING (u soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni), […].

Kull meta l-Pajjiżi l-Baxxi jixtiequ estenzjoni ta’ perjodu ta’ żmien, għandhom jissottomettu talba lill-Kummissjoni mhux iktar tard minn xahar qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, u turi raġuni valida. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, il-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ikunu intitolati li jitolbu estenzjoni fl-aħħar xahar tal-perjodu ta’ żmien.

(83)

Il-Pajjiżi l-Baxxi barra minn hekk jimpenjaw ruħhom li l-ING tirrispetta projbizzjoni fuq l-akkwist:

ING għandha toqgħod lura minn akkwisti ta’ istituzzjonijiet finanzjarji għal ċertu żmien. Dawn l-impenji għandhom japplikaw għall-perjodu iqsar ta’ tliet snin li jibda mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni jew sad-data li fiha ING tkun ħallset lura totalment it-titoli tal-Core-Tier 1 lill-Pajjiżi l-Baxxi (inkluż l-imgħax akkumulat rilevanti ta’ ċedoli tal-Core-Tier 1 u tariffi ta’ primjum ta’ ħruġ). ING għandha toqgħod lura wkoll, għall-istess perjodu, minn kwalunkwe akkwist (ieħor) ta’ negozji li jista’ jtawwal il-ħlas lura tat-Titoli tal-Core-Tier 1 lill-Pajjiżi l-Baxxi.

Minkejja din il-projbizzjoni, ING tista’, wara li tikseb l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, takkwista negozji, b’mod partikolari jekk dan ikun essenzjali sabiex tissalvagwardja l-istabbiltà finanzjarja jew il-kompetizzjoni fis-swieq rilevanti.

(84)

I-Pajjiżi l-Baxxi barra minn hekk jimpenjaw ruħhom li l-ING tirrispetta projbizzjoni fuq price leadership:

Mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni, ING m’għandhiex toffri prezzijiet iktar favorevoli fuq prodotti tal-ING standardizzati (fi swieq kif definit hawn taħt) minn dawk tat-tliet kompetituri diretti tagħha bl-aħjar prezzijiet fir-rigward ta’ swieq tal-UE li fihom l-ING għandha sehem fis-suq ta’ iktar minn 5 %.

Din il-kundizzjoni hija limitata għall-prodotti standardizzati tal-ING fis-swieq għall-prodotti li ġejjin: (i) suq ta’ tfaddil bl-imnut, (ii) suq ipotekarju bl-imnut, (iii) attivitajiet bankarji privati safejn jinvolvu prodotti ta’ ipoteki jew prodotti ta’ tfaddil jew (iv) depożiti għal SMEs (SME definita skont id-definizzjoni ta’ SME kif abitwalment/preżentement imħaddma minn ING fin-negozju tagħha fil-pajjiż rilevanti). Malli ING issir konxja tal-fatt li toffri prezzijiet iktar favorevoli għall-prodotti tagħha mit-tliet kompetituri tagħha bl-aħjar prezzijiet, ING għandha malajr kemm jista jkun taġġusta, mingħajr ebda dewmien żejjed, il-prezz tagħha għal livell li huwa skont dan l-impenn.

Din il-kondizzjoni għandha tapplika għal tliet snin li jibdew mid-data ta’ din id-Deċiżjoni jew sad-data li fiha ING tkun ħallset totalment it-titoli tal-Core-Tier 1 lill-Pajjiżi l-Baxxi (inkluż l-imgħax akkumulat rilevanti taċ-ċedoli CT1 u t-tariffi ta’ primjum ta’ ħruġ), skont liema huwa l-iqsar. Fiduċjarju ta’ monitoraġġ magħżul minn qabel u propost mill-ING, għandu jinħatar mill-Pajjiżi l-Baxxi sabiex jissorvelja din il-kundizzjoni. Il-fiduċjarju ta’ monitoraġġ huwa suġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

Barra minn hekk, b’sostenn tal-vijabbiltà għal żmien twil tal-ING, ING Direct għandha toqgħod lura, mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, minn price-leadership fir-rigward ta’ prodotti standardizzati tal-ING fis-swieq ipotekarji bl-imnut u ta’ tfaddil bl-imnut fl-UE, għall-perjodu iqsar ta’ tliet snin mid-data ta’ din id-Deċiżjoni jew sad-data li fiha ING tkun ħallset lura totalment it-titoli tal-Core-Tier 1 lill-Pajjiżi l-Baxxi (inkluż l-imgħax akkumulat rilevanti taċ-ċedoli tal-Core-Tier 1 u t-tariffi ta’ primjum ta’ ħruġ). Malli ING issir konxja tal-fatt li saret il-price leader fis-swieq ipotekarji bl-imnut jew ta’ tfaddil bl-imnut fl-UE, ING għandha taġġusta l-prezz tagħha għal livell li huwa skont dan l-impenn malajr kemm jista’ jkun u mingħajr ebda dewmien żejjed.

Fiduċjarju ta’ monitoraġġ magħżul minn qabel u propost minn ING, għandu jinħatar mill-Pajjiżi l-Baxxi sabiex jissorvelja din il-kundizzjoni. Il-fiduċjarju ta’ monitoraġġ huwa soġġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

(85)

Il-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom għal numru ta’ dispożizzjonijiet dettaljati rigward it-tiswir ta’ WUH/Interadvies:

ING għandha toħloq kumpanija ġdida għad-divestiment fil-Pajjiżi l-Baxxi, li għandha tkun imsawra min-negozju bankarji bl-imnut Olandiżi kurrenti. Ir-riżultat għandu jkun li din il-kumpanija l-ġdida msawra tkun kumpanija vijabbli u kompetittiva, li hija indipendenti u separata mill-kumpaniji tal-ING u li tista’ tkun trasferita lil xerrej adattat. Din il-kumpanija l-ġdida għandha tinkludi n-negozju tad-diviżjoni bankarja tal-WUH/Interadvies, li hija preżentament parti mill-operazzjonijiet tal-assigurazzjoni Olandiżi, u l-Portafoll tal-Kreditu tal-Konsumatur tal-ING Bank. WUH/Interadvies hija unità kummerċjali tal-ING taħt l-umbrella tal-unità tan-Nationale Nederlanden Insurance. Hija (b’mod predominanti) bank ipotekarju li jaħdem fuq il-bażi tal-liċenzji bankarji tiegħu stess. Hija parteċipant vijabbli ‘indipendenti’, li għandha l-forza tal-bejgħ tagħha stess għal servizzi tal-klijent u organizzazzjoni indipendenti b’bażi ta’ dħul solidu. It-tiswir għandu jkun imwettaq taħt is-superviżjoni tal-Fiduċjarju ta’ Monitoraġġ b’kooperazzjoni mal-Ammistratur miżmum separat. F’dan il-kuntest, matul il-perjodu tat-tiswir, il-Fiduċjarju ta’ Monitoraġġ jista’ jirrakkomanda lil ING inklużjonijiet bħal dawn fin-Negozju tad-Divestiment ta’ assi tanġibbli u mhux tanġibbli (relatati man-Negozju tad-Divestiment) li huwa jikkunsidra oġġettivament meħtieġa sabiex jiżgura konformità totali mal-obbligi orjentati lejn ir-riżultat tal-ING u b’mod partikolari l-vijabbiltà u l-kompetittività tan-negozju ta’ divestiment. Jekk ING ma taqbilx mal-Fiduċjarju ta’ Monitoraġġ rigward ir-rekwiżit oġġettiv sabiex ikunu inklużi dawn it-tali assi tanġibbli u mhux tanġibbli biex tkun żgurata l-vijabbiltà u l-kompetittività tan-Negozju tad-Divestiment, ING għandha tinforma lill-Fiduċjarju ta’ Monitoraġġ bil-miktub. F’dan il-każ, il-maniġment eżekuttiv tal-ING u l-Fiduċjarju ta’ Monitoraġġ għandhom, fi żmien […], isejħu laqgħa sabiex jilħqu ftehim. Jekk ma jintlaħaq ebda ftehim, ING u l-Fiduċjarju ta’ Monitoraġġ għandhom jaħtru konġuntement, mingħajr dewmien żejjed, terza persuna indipendenti b’ħila esperta fis-settur finanzjarju (l-“Espert”) sabiex tisma l-argumenti tal-partijiet u ssib soluzzjoni. Jekk ma tintlaħaq ebda soluzzjoni, l-Espert għandu jiddeċiedi, fi żmien […] mill-ħatra tiegħu, dwar ir-rekwiżit oġġettiv sabiex jinkludi l-assi tanġibbli jew mhux tanġibbli rilevanti fin-Negozju tad-Divestiment sabiex jiżgura l-vijabbiltà u l-kompetittività tiegħu, u l-partijiet għandhom jaċċettaw id-deċiżjoni tal-Espert f’dan ir-rigward u għandhom jaġixxu skont din. Kwistjonijiet relatati man-nuqqas ta’ qbil għandhom ikunu msemmija fir-rapport tal-Fiduċjarju ta’ Monitoraġġ lill-Kummissjoni.

ING hija obbligata li tiżgura kundizzjonijiet ottimi ta’ divestiment billi tagħmel pjan ta’ negozju, toħloq pjattaforma tal-Internet u tiddedika l-kapaċitajiet tal-bejgħ għall-entità li tkun imsawra. Barra minn hekk, għandha tagħmel il-kapaċità tal-ħlas disponibbli (f’termini kummerċjali) jekk ix-xerrej jitlob dan. Barra minn hekk, ING għandha tassisti fil-ħolqien ta’ funzjoni ta’ Teżor u tiżgura finanzjament għal sentejn wara d-divestiment, filwaqt li s-sostenn finanzjarju tal-ING għandu jonqos bil-mod f’dawk is-sentejn. Is-sostenn tal-finanzjament tal-ING lin-negozju tal-WUH għandu jkun ibbażat fuq prezzijiet ta’ trasferiment tal-finanzjament interni. ING […] biex tapplika lill-Pajjiżi l-Baxxi għal finanzjament iggarantit mill-Istat sa ammont ta’ […] biljun EUR għall-finanzjament tan-negozju tal-WUH. F’dak il-każ, l-awtoritajiet Olandiżi jimpenjaw ruħhom li jinnotifikaw din il-miżura separatament.

Barra minn hekk, ING għandha toqgħod lura għal perjodu interim […] milli tissoliċita b’mod attiv il-klijenti tan-negozju tal-WUH għal prodotti li n-negozju tal-WUH qed jipprovdi lil dawn il-klijenti fid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

ING għandha tipprova ssawwar in-negozju tal-WUH fi żmien […]. Wara l-perjodu tat-tiswir […], ING għandha żżomm separat in-negozju tal-WUH u tipprova tiddivesti dan in-negozju […] (24).

Fiduċjarju ta’ monitoraġġ u maniġer miżmum separat għandhom ikunu maħtura fi żmien […] wara d-data ta’ din id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni u Fiduċjarju tad-Divestimenti għandu jkun maħtur […]. Il-fiduċjarji kollha għandhom jinħatru mill-Pajjiżi l-Baxxi u jkunu magħżula minn qabel u proposti mill-ING. Il-fiduċjarji huma soġġetti għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

(86)

L-ispejjeż tal-fiduċjarji kollha li jinħatru matul il-proċess ta’ ristrutturar għandhom ikunu mħallsa minn ING.

(87)

Għar-ritorn tal-vijabbiltà, il-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom li ING tirrispetta dan li ġej:

ING timpenja ruħha li torjenta l-finanzjamenti mhux tad-depożiti tagħha lejn finanzjament għal żmien itwal ladarba s-swieq jirritornaw għal kundizzjonijiet ta’ inqas stress billi toħroġ iktar strumenti ta’ debitu b’maturità ta’ iktar minn sena. […]

ING tħabrek biex telimina l-ingranaġġ doppju tagħha (billi tuża core debt bħala kapital propju fis-sussidjarji tagħha) malajr kemm jista’ jkun u timpenja ruħha li tagħmel dan mhux iktar tard minn […]. L-ingranaġġ doppju huwa awtomatikament eliminat jekk u meta l-ING Group jerġa’ jsir bank regolat.

(88)

Rigward id-diferiment taċ-ċedoli u s-sejħiet għal titoli tat-Tier 1 u Tier 2 il-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom li ING tirrispetta dan li ġej:

Jekk ħruġ ta’ ishma bi dritt ta’ iktar minn dak li hu meħtieġ sabiex tħallas lura 50 % tat-titoli tal-Core Tier 1, inkluż l-imgħax akkumulat rilevanti u t-tariffa tal-primjum ta’ ħruġ, ING ma tkunx obbligata li tiddeferixxi l-ħlas taċ-ċedoli fuq ibridi fit-8 u l-15 ta’ Diċembru 2009 (25) u kull ħlas taċ-ċedoli fuq ibridi wara dan.

Jekk dan il-ħruġ ta’ ishma bi dritt ma jseħħx u ING għamlet telf fis-sena preċedenti, ING għandha tkun obbligata li tiddeferixxi ċedoli ibridi, safejn ING ikollha d-diskrezzjoni li tagħmel dan, għal tliet snin li jibdew mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni jew sad-data li fiha ING tkun ħallset lura totalment it-titoli tal-Core-Tier 1 lill-Pajjiżi l-Baxxi (inkluż l-imgħax akkumulat rilevanti taċ-ċedoli tal-Core-Tier1 u t-tariffi ta’ primjum ta’ ħruġ), skont liema huwa l-iqsar.

L-awtoritajiet Olandiżi jifhmu li l-Kummissjoni hija kontra l-fatt li r-reċipjenti tal-għajnuna mill-Istat iħallsu lura l-fondi tagħhom stess (kapital u dejn subordinat) meta l-attivitajiet tagħhom ma jiġġenerawx biżżejjed qligħ (26)u li l-Kummissjoni f’dan il-kuntest hija fil-prinċipju kontra s-sejħa tal-kapital ta’ Tier 2 u ibridi tat-Tier 1. ING jiddispjaċieha rigward l-intendiment ħażin tas-sejħa ta’ bond tat-Tier 2 iktar baxxa fl-14 ta’ Ottubru 2009. Is-sejħa għal kapital tat-Tier 2 u ibridi tat-Tier 1 għandha tkun proposta fil-futur individwalment lill-Kummissjoni għall-awtorizzazzjoni, għall-perjodu iqsar ta’ tliet snin li jibdew mid-data ta’ din id-Deċiżjoni jew sad-data li fiha ING tkun ħallset lura totalment it-titoli tal-Core-Tier 1 lill-Pajjiżi l-Baxxi (inkluż l-imgħax akkumulat rilevanti fuq ċedoli tal-Core-Tier 1 u tariffi tal-primjum ta’ ħruġ).

(89)

Il-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom li ING toqgħod lura mill-kummerċjalizzazzjoni tal-massa li tuża l-miżura tar-rikapitalizzazzjoni bħala vantaġġ f’termini kompetittivi.

(90)

Il-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom li ING għandha żżomm ir-restrizzjonijiet fuq il-politiki tar-remunerazzjonijiet u l-attivitajiet tal-kummerċjalizzazzjoni tagħha bħall-impenn preċedenti skont il-ftehim li jikkonċernaw titoli tal-Core-Tier 1 u faċilità ta’ sostenn ta’ assi mhux likwidi.

(91)

ING u l-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom li r-rapport tal-progress dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar ikun provdut kull sitt xhur lill-Kummissjoni mid-data ta’ din id-Deċiżjoni.

(92)

L-awtoritajiet Olandiżi jimpenjaw ruħhom li l-eżekuzzjoni kompluta tar-ristrutturar tal-ING tkun imwettqa qabel it-tmiem tal-2013.

4.   RAĠUNIJIET GĦALL-FTUĦ TAL- INVESTIGAZZJONI

(93)

Fid-deċiżjoni ta’ ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet dubji fuq il-konformità tal-miżura inizjali mal-Komunikazzjoni tal-Assi Danneġġati, u iktar partikolarment fir-rigward tal-valutazzjoni u l-qsim tal-piżijiet. Il-Kummissjoni sabet, madankollu, li l-miżura kkonformat mal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà tal-assi, l-arranġament tal-ġestjoni tal-assi, it-trasparenza u l-iżvelar u t-tariffa ta’ garanzija kif stipulat fil-Komunikazzjoni tal-Assi Danneġġati.

(94)

Rigward il-valutazzjoni, il-Valur Ekonomiku Reali (VER) tal-portafoll kien iddikjarat mill-Pajjiżi l-Baxxi li huwa ta’ 97,3 % tal-valur nominali f’xenarju ta’ każ bażi u 88,8 % tal-valur nominali f’xenarju ta’ każ ta’ stress. Fuq din il-bażi, il-portafoll kien trasferit lill-Pajjiżi l-Baxxi b’90 % tal-valur nominali. Il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-valutazzjoni tal-VER, b’mod partikolari dwar l-għażla tar-rata ta’ skont, il-preżunzjonijiet tal-prezzijiet tad-djar, il-livelli ta’ titjib fil-kwalità tal-kreditu u kwistjonijiet oħra ta’ valutazzjoni.

(95)

Rigward il-qsim tal-piżijiet, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-livell tat-tariffa tal-finanzjament u l-adegwatezza tat-tariffa tal-ġestjoni mħallsa mill-Pajjiżi l-Baxxi lil ING. Barra minn hekk, peress li l-Kummissjoni kellha dubji rigward il-valutazzjoni tal-portafoll, kwalunkwe konklużjoni negattiva fir-reviżjoni tal-valutazzjoni tista’ taffettwa direttament l-evalwazzjoni tat-tariffa tal-garanzija.

5.   EVALWAZZJONI TAL-GĦAJNUNA

5.1.   Eżistenza tal-għajnuna

(96)

Skont l-Artikolu 87 (1) tat-Trattat, kull għajnuna ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti għandha, safejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq komuni.

(97)

Il-Kummissjoni diġà stabbiliet fid-deċiżjoni ta’ ftuħ li r-rikapitalizzazzjoni tal-ING tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat li tammonta għas-somma tal-kapital injettat, jiġifieri, 10 biljun EUR.

(98)

L-emenda tal-primjum tal-ħlas lura tikkostitwixxi wkoll għajnuna mill-Istat safejn l-Istat iċedi d-dritt tiegħu li jikseb dħul. Peress li ING diġà qablet rigward primjum ta’ ħlas lura ta’ 150 % kwalunkwe tnaqqis huwa fil-fatt dħul rinunzjat. It-tibdil tat-termini ta’ ħlas lura għar-riżultati tal-injezzjoni tal-kapital Olandiżi huwa benefiċċju addizzjonali għall-ING. Dan jirrappreżenta għajnuna addizzjonali ta’ madwar 2 biljun EUR kif indikat hawn fuq fil-premessa 34.

(99)

Rigward il-miżura tal-AD il-Kummissjoni sabet fid-deċiżjoni ta’ ftuħ li l-miżura tikkostitwixxi għajnuna. L-ammont tal-għajnuna li jirriżulta mill-miżura tal-AD huwa kkalkulat bħala d-differenza bejn il-prezz tat-trasferiment (ibbażat fuq il-valur ekonomiku reali) u l-prezz tas-suq tal-portafoll trasferit. Skont l-informazzjoni sottomessa mill-awtoritajiet Olandiżi il-valur totali rikonoxxut tal-portafoll Alt-A kien 39 biljun USD fil-31 ta’ Diċembru 2008. 80 % tal-portafoll kien trasferit lill-Pajjiżi l-Baxxi b’87 % tal-valur nominali (fuq bażi tal-miżura emendata) li jirrappreżenta 27,1 biljun USD. Skont l-informazzjoni sottomessa mill-awtoritajiet Olandiżi l-valur tas-suq totali tal-portafoll Alt-A fil-31 ta’ Diċembru 2008 kien ta’ 25,8 biljun USD, li 80 % minnhom (20,6 biljun USD) kienu trasferiti lill-Pajjiżi l-Baxxi. Id-differenza li tirriżulta bejn il-prezz tat-trasferiment u l-prezz tas-suq tal-portafoll trasferit hija ta’ 6,5 biljun USD, li jikkorrispondu għal madwar 5,0 biljun EUR (27). L-ammont tal-għajnuna li tirriżulta mill-miżura tal-AD huwa għalhekk ikkunsidrat li huwa 5 biljun EUR.

(100)

L-10 biljun EUR tal-injezzjoni tal-kapital kienu inizjalment allokati kif ġej fil-grupp: 5 biljun EUR lil ING Bank, 4 biljun EUR lil ING Insurance u 1 biljun EUR fil-livell tal-holding. ING għandha l-possibbiltà li titrasferixxi l-ammont tal-injezzjoni tal-kapital fi kwalunkwe ħin bejn l-ING Bank, ING Insurance u l-livell tal-holding.

(101)

Barra minn hekk 85 % tal-flussi tal-kontanti ttrasferiti lill-Pajjiżi l-Baxxi skont il-miżuri tal-AD koprew assi miżmuma mill-ING Bank u 15 % mill-assi miżmuma minn ING Insurance. Mill-ammont totali tal-għajnuna li jirriżulta mill-miżura tal-AD (5 biljun EUR) 4,25 biljun EUR għandhom għalhekk ikunu attribwiti lill-ING Bank u 0,75 biljun EUR lil ING Insurance.

(102)

Dan jirriżulta f’ammont totali ta’ għajnuna għal ING Bank ta’ 9,25 biljun EUR (li jirrappreżenta 2,7 % tal-RWA tal-ING Bank (28)), ammont ta’ għajnuna totali għall- ING Insurance ta’ 4,75 biljun EUR (li jirrappreżenta 50 % tar-rekwiżiti tal-marġni ta’ solvenza tal-ING Insurance (29)) u 1 biljun EUR li jifdal fil-livell ta’ holding.

(103)

Għar-raġuni ta’ simpliċità u konsistenza mat-termini ntużati fil-Komunikazzjoni tal-Assi Danneġġati, l-ammont totali tal-għajnuna jista’ jkun espress ukoll b’RWAs tal-ING Bank biss. F’dak il-każ, iż-żewġ miżuri flimkien kif ukoll l-għajnuna addizzjonali mit-tnaqqis tal-primjum tal-ħlas lura ta’ 2 biljun EUR jirriżultaw f’element ta’ għajnuna ta’ madwar 17 biljun EUR, li jammonta għal madwar 5 % ta’ assi mkejla skont ir-riskju tal-ING Bank.

(104)

Barra minn hekk, ING irċeviet 5 biljun EUR u 9 biljun USD mill-iskema tal-garanzija Olandiża. Fuq il-bażi tar-rata ta’ skambju prevalenti fil-ħin tal-għoti ta’ dawn il-miżuri ta’ 1,3 EUR/USD, l-ammont tal-garanziji mogħtija huwa ta’ madwar 12 biljun EUR li jammontaw għal madwar 1 % tal-karta tal-bilanċ kollha tal-Grupp. Il-garanziji kienu mogħtija fi żmien meta l-kundizzjonijiet tas-suq kienu qed jiddeterjoraw u kien diffiċli biex il-banek jtellgħu l-fondi. Għalhekk, dawk il-garanziji kieku ma kinux ikunu provduti mill-investitur tas-suq u jikkostitwixxu għajnuna addizzjonali, possibbilment sa ammont nominali (30).

(105)

Barra minn hekk, il-Pajjiżi l-Baxxi ssostnu li ING għandha […] b’[…] biljun EUR addizzjonali ta’ garanziji mill-Pajjiżi l-Baxxi għat-tiswir tal-entità bankarja bl-imnut WUH/Interadvies, li għadha ma ngħatatx u li l-ħtieġa tagħha għadha trid tiġi stabbilita. Il-Pajjiżi l-Baxxi jikkunsidraw din bħala għajnuna addizzjonali għal ristrutturar għall-benefiċjarju, li tkun notifikata iktar tard. Il-Kummissjoni fil-prinċipju mhix kontra din l-għajnuna sakemm tkun limitata għall-minimu meħtieġ għar-ristrutturar tal-ING (31) u sakemm tkun remunerata b’mod suffiċjenti.

(106)

Bħala total, għalhekk, ING għandha tirċievi għajnuna ta’ ristrutturar ta’ sa [12-22] biljun EUR f’garanziji ta’ likwidità u madwar 17 biljun EUR ta’ għajnuna oħra, li jammontaw għal madwar 5 % ta’ RWA tal-bank.

5.2.   Kumpatibbiltà

5.2.1.   Applikazzjoni tal-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat

(107)

L-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tiddeċiedi li għajnuna hija kumpatibbli mas-suq komuni jekk tkun maħsuba ‘sabiex tirrimedja taħwid serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru’. Il-Kummissjoni irrikonoxxiet fl-approvazzjoni riċenti tagħha tal-prolongazzjoni tal-iskema ta’ garanzija Olandiża (32) li, ġeneralment, it-theddida ta’ taħwid serju fl-ekonomija Olandiża tkompli u li miżuri li jagħtu sostenn lill-banek huma xierqa biex jindirizzaw dik it-theddida.

(108)

Minħabba s-sinifikat tal-attivitajiet ta’ self tagħha għal swieq reġjonali speċifiċi, il-preżenza tagħha transkonfinali, u l-integrazzjoni u l-kooperazzjoni tagħha ma’ banek oħra, il-Kummissjoni taċċetta li ING huwa bank sistematikament rilevanti. […]. Huwa għalhekk konkluż li dan il-falliment ikollu konsegwenzi serji għas-settur finanzjarju Olandiż u l-ekonomija reali. L-għajnuna għandha għalhekk tkun evalwata skont l-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat.

5.2.2.   Kumpatibbiltà tal-miżura tal-AD

(109)

It-trattament tal-miżuri ta’ salvataġġ tal-assi mill-Istati Membri skont l-Artikolu 87(3)(b) tat-Trattat huwa evalwat fuq il-bażi tal-Komunikazzjoni tal-Assi Danneġġati. Il-Komunikazzjoni tal-Assi Danneġġati tistabbilixxi prinċipji li għandhom ikunu segwiti minn kwalunkwe miżura ta’ salvataġġ tal-assi.

(110)

Id-dubji espressi fid-deċiżjoni tal-ftuħ huma li l-miżura tal-AD ma tissodisfax il-kundizzjonijiet għall-kumpatibbiltà tas-salvataġġ tal-assi kif stabbilit fil-Komunikazzjoni tal-Assi Danneġġati ġew imwarrba.

(111)

L-awtoritajiet Olandiżi impenjaw ruħhom li jemendaw il-miżura permezz ta’ żieda fit-tariffa tal-garanzija mħallsa minn ING lill-Pajjiżi l-Baxxi ta’ 82,6 (33) pb p.a. fejn il-prezz tat-trasferiment riżultanti tal-miżura, kif ukoll l-istruttura tat-tariffa kienu mibdula. Barra minn hekk it-tariffa tal-finanzjament kienet imnaqqsa b’50 pb p.a.

Valutazzjoni

(112)

L-ewwel nett, miż-żieda ta’ 82,6 pb. p.a. tat-tariffa tal-garanzija, 52 pb p.a. huma maħsuba biex inaqqsu l-prezz tat-trasferiment għall-assi tal-portafoll minn 90 % tal-valur nominali għal 87 % tal-valur nominali. Il-prezz tat-trasferiment emendat iġib il-prezz tat-trasferiment konformi mal-istimi tal-VER għall-portafoll li jirriżulta mill-użu ta’ suppożizzjonijiet raġonevoli. Wara d-deċiżjoni tal-ftuħ l-awtoritajiet Olandiżi ssottomettew valutazzjonijiet riveduti tal-portafoll. Wara li l-Kummissjoni esprimiet dubju fuq is-suppożizzjonijiet tal-prezzijiet tad-djar u r-rati ta’ skont intużati fil-valutazzjoni inizjali tal-portafoll minn Dynamic Credit Partners, l-awtoritajiet Olandiżi pprovdew riżultati ta’ valutazzjoni lill-Kummissjoni billi użaw l-istess metodoloġija ta’ valutazzjoni iżda fuq bażi ta’ suppożizzjonijiet iktar konservattivi fuq prezzijiet tad-djar u rati ta’ skont. Il-Kummissjoni aġġustat ir-riżultat għal fatturi addizzjonali wara konsultazzjoni mal-esperti interni tagħha. Fuq bażi ta’ dik l-analiżi huwa konkluż li VER stmat għal 87 % huwa aċċettabbli skont ir-rekwiżiti tal-Komunikazzjoni tal-Assi Danneġġati relatata mal-metodoloġija tal-valutazzjoni u suppożizzjonijiet prudenti, li ġew deskritti fid-deċiżjoni ta’ ftuħ. Permezz tal-aġġustament tal-VER għal 87 % id-dubji inizjali tal-Kummissjoni kienu għalhekk imwarrba.

Struttura tat-tariffa

(113)

Fid-deċiżjoni ta’ ftuħ tagħha, il-Kummissjoni esprimiet dubji fuq il-livell tat-tariffa tal-maniġment li kien inizjalment stabbilit għal 25 pb p.a. Permezz ta’ żieda tat-tariffa ta’ garanzija ta’ 15 pb p.a. (flimkien mal-52 pb p.a. għal aġġustament tal-valutazzjoni u 15.6 pb p.a. għal aġġustament tal-ħin) it-tariffa tal-maniġment hija mnaqqsa għal 10 bp p.a. li huwa livell aċċettabbli minħabba d-daqs tal-portafoll li qed jiġi ġestit. Barra minn hekk, id-dubji tal-Kummissjoni fir-rigward tat-tariffa tal-finanzjament fid-deċiżjoni ta’ ftuħ kienu indirizzati wkoll, safejn it-tariffa tal-finanzjament kienet imnaqqsa b’50 pb p.a. B’dan il-mod it-tariffa tal-finanzjament ssir konformi mal-ispejjeż tal-finanzjament tal-Pajjiżi l-Baxxi kif ippreżentat lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet Olandiżi (34). Għalhekk id-dubji inizjali tal-Kummissjoni fir-rigward tat-tariffa tal-ġestjoni u tal-finanzjament kienu mwarrba.

Qsim tal-piżijiet

(114)

Rigward il-qsim tal-piżijiet, il-Komunikazzjoni tal-Assi Danneġġati tiddikjara fit-taqsima 5.2 il-prinċipju ġenerali li l-banek għandhom iġarrbu t-telf assoċjat ma’ assi danneġġati sal-punt massimu. Il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li livell adattat ta’ qsim tal-piżijiet jista’ jkun miksub biss jekk l-assi danneġġati jkunu trasferiti lill-Istat bi prezz ta’ trasferiment li ma jaqbiżx il-VER. (35) Il-Kummissjoni ġiet assigurata fuq dan il-punt permezz tal-prezz ta’ trasferiment rivedut kif indikat hawn fuq fil-premessa 112.

(115)

L-aġġustament tal-prezz tat-trasferiment huwa f’dan il-każ miksub permezz ta’ żieda fit-tariffa tal-garanzija ta’ 52 pb p.a. ekwivalenti fit-termini ta’ valur nett attwali għad-differenza bejn 90 % u 87 % tal-valur tal-parità. Dan huwa skont id-deċiżjoni tal-ftuħ fejn il-Kummissjoni aċċettat il-ftehim tal-iskambju tal-fluss tal-kontanti u ddikjarat li aġġustamenti għall-valutazzjoni ikunu magħmula permezz ta’ tibdil fit-tariffa tal-garanzija. Għalhekk, il-miżura tal-AD tissodisfa l-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-qsim tal-piżijiet adatt.

(116)

Fl-aħħar nett, il-miżura tal-AD emendata tidħol fis-seħħ fil-25 ta’ Ottubru tal-2009 filwaqt li kienu mwettqa pagamenti skont l-istruttura tat-tariffa tat-tranżazzjonijiet inizjali, li kienet iktar vantaġġjuża għal ING, mis-26 ta’ Jannar 2009 sal-25 ta’ Ottubru 2009. Sabiex tpatti għall-pagamenti minn ING lill-Istat li kienu rinunzjati matul dak il-perjodu t-tariffa tal-garanzija kienet miżjuda permezz ta’ 15.6 pb p.a. addizzjonali. Dik l-emenda hija meħtieġa sabiex il-miżura tkun ikkunsidrata kumpatibbli mal-Komunikazzjoni tal-Assi Danneġġati mis-26 ta’ Jannar 2009. Madankollu ż-żieda ma ttejjibx il-valutazzjoni tal-portafoll jew iżżid il-qsim tal-piżijiet, għax din tiżgura biss l-applikazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Assi Danneġġati mid-data li l-miżura tal-AD tidħol fis-seħħ, jiġifieri, retroattivamnet.

5.2.3.   Kumpatibbiltà tal-għajnuna ta’ ristrutturar

(117)

Il-Kummissjoni għandha tevalwa l-kontinwazzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna ta’ emerġenza preċedenti kollha bħala għajnuna ta’ ristrutturar. Il-kumpatibbiltà tal-għajnuna ta’ ristrutturar hija evalwata fuq il-bażi tal-pjan ta’ ristrutturar fil-kuntest tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-ritorn għal-vijabbiltà u l-evalwazzjoni ta’ miżuri ta’ ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali skont ir-Regoli tal-għajnuna mill-Istat (36) (“il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar”). Anke jekk deċiżjonijiet preċedenti rreferew għal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà (37), il-Kummissjoni ċċarat fil-punt 49 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar li l-għajnuna kollha nnotifikata lill-Kummissjoni qabel il-31 ta’ Diċembru 2009 għandha tkun evalwata bħala għajnuna ta’ ristrutturar lil banek skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar minflok il-Linji Gwida dwar l-Għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà.

Il-livell ta’ ristrutturar meħtieġ

(118)

Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar ma tiddefinix il-kundizzjonijiet skont liema bank jista’ jkun meħtieġ li jippreżenta pjan ta’ ristrutturar iżda tiddependi fuq komunikazzjonijiet preċedenti.

(119)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li ING għandha tgħaddi minn ristrutturar fil-fond b’mod partikolari peress li l-benefiċjarju diġà rċieva għajnuna mill-Istat li tikkontribwixxi għal kopertura jew evitar ta’ telf li flimkien jaqbżu 2 % tal-RWA totali tal-bank. Din il-pożizzjoni hija konformi mal-punt 4 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar u l-punt 55 tal-Komunikazzjoni tal-Assi Danneġġati, kif ukoll l-impenji preċedenti tal-ING (38).

Ir-ritorn għall-vijabbiltà

(120)

Meta tevalwa l-pjan ta’ ristrutturar il-Kummissjoni tiżgura li l-bank ikun kapaċi li jirritorna għall-vijabbiltà għal żmien twil mingħajr għajnuna mill-Istat (taqsima 2 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar).

(121)

Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tfakkar f’dan il-kuntest li l-gvernijiet irrikapitalizzaw banek fuq termini magħżula primarjament għal raġunijiet ta’ stabbiltà finanzjarja pjuttost milli għal ritorn ta’ vijabbiltà. Vijabbiltà għal żmien twil għalhekk teħtieġ li kwalunkwe għajnuna mill-Istat irċevuta jew tingħata lura biż-żmien, kif antiċipat fiż-żmien tal-għoti tal-għajnuna, jew titħallas lura skont il-kundizzjonijiet tas-suq normali, b’hekk ikun żgurat li kwalunkwe forma ta’ għajnuna mill-Istat addizzjonali tkun imwaqqfa. Il-pjan ta’ ristrutturar jistabbilixxi strateġija konvinċenti għall-ħlas lura tal-kapital tal-Pajjiżi l-Baxxi, li għandu jinbeda qabel il-ħruġ ta’ din id-Deċiżjoni.

(122)

Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tispjega li vijabbiltà għal żmien twil hija miksuba meta bank ikun kapaċi jkopri l-ispejjeż kollha inkluż deprezzament u spejjeż finanzjarji u jipprovdi RoE xieraq, b’kunsiderazzjoni tal-profil tar-riskju tal-bank. Kif indikat fil-premessa 65 il-pjan ta’ ristrutturar juri kif ING għandha turi profitabbiltà xierqa sabiex tkopri l-ispejjeż tagħha inkluż deprezzament u spejjeż finanzjarji u tipprovdi redditu xieraq fuq il-kapital, b’kunsiderazzjoni tal-profil tar-riskju tal-bank.

(123)

Il-pjan ta’ ristrutturar juri li ING hija kapaċi wkoll li tikkonforma mar-rekwiżiti regolatorji rilevanti anke f’xenarji ta’ stress b’riċessjoni globali fit-tul kif meħtieġ mill-punt 13 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. L-informazzjoni sottomessa mill-awtoritajiet Olandiżi tindika li ING tkun vijabbli anke f’xenarji ta’ stress bi preżunzjonijiet konservattivi riveduti mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni tosserva li rigward il-livelli tal-LGD għall-portafoll Olandiż tal-ipoteki bl-imnut il-mudelli użati mill-ING kienu approvati minn DNB, l-awtorità superviżorja Olandiża. Rigward il-kwalità tal-portafoll tal-ipoteki Olandiż tal-ING kienu applikati preżunzjonijiet addizzjonali ta’ stress serju għas-suq ipotekarju Olandiż. Skont is-suppożizzjonijiet addizzjonali tal-istress ING xorta tissodisfa r-rekwiżiti tal-kapital tagħha skont l-informazzjoni provduta mill-awtoritajiet Olandiżi.

(124)

Id-divestimenti ppjanati għandhom jiġġeneraw kapital żejjed biż-żmien li għandu jkompli jsaħħaħ il-bażi tal-kapital tal-ING.

(125)

Fit-tieni lok, skont il-punt 10 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, il-pjan jidentifika l-kawżi tad-diffikultajiet għall-bank u d-dgħufiji tiegħu u jsemmi kif il-miżuri ta’ ristrutturar proposti għandhom jirrimedjaw il-problemi tal-passat. Għal dan l-għan il-pjan ta’ ristrutturar jiddikjara li l-benefiċjarju għandu jtejjeb l-istruttura tal-kapital tiegħu billi jelimina l-ingranaġġ doppju u jżid il-proporzjon tal-kapital ta’ Tier 1 tiegħu. Għalhekk, ING għandha tkun f’pożizzjoni aħjar sabiex taffaċċja żviluppi ekonomiċi possibbli negattivi fil-futur u tassorbi telf mhux mistenni anke wara l-ħlas lura tal-kapital mill-Pajjiżi l-Baxxi.

(126)

Il-portafoll Alt-A kien identifikat bħala r-raġuni ewlenija għal ħtieġa ripetuta ta’ sostenn mill-Istat. Tħassib fil-post tas-suq dwar telf possibbli fil-portafoll Alt-A kien wieħed mill-kawżi tal-miżura tar-rikapitalizzazzjoni qabel ma kien kopert mill-miżura tal-AD. Dan it-tħassib fis-suq kien imwarrab permezz tal-miżura tal-AD […]. F’dan ir-rigward id-divestiment previst ta’ ING Direct US kif sottomess fil-pjan ta’ ristrutturar warrab sors ta’ diffikultajiet li wasslu għal intervent mill-Istat.

(127)

ING għandha tkompli tnaqqas l-esponiment tagħha għal klassijiet ta’ assi b’riskji akbar u ma timmirax li żżid l-esponiment tagħha tal-proprjetà immobbli. ING għandha wkoll tbiegħ jew tnaqqas l-esponiment għal negozji jew assi riskjużi oħra.

(128)

Barra minn hekk, ING bdiet “tneħħija ta’ riskji” iktar wiesgħa (jiġifieri politika ta’ tnaqqis tar-riskji) u programm li jnaqqas l-ispejjeż, li jindirizza wkoll il-kumplessità tal-grupp billi l-ewwel joħloq diviżjonijiet bankarji u ta’ assigurazzjoni u wara jiddivesti l-parti tal-assigurazzjoni kollha tan-negozju tiegħu. Il-pjan juri li b’mod partikolari ING Direct għandha tadatta strateġija kummerċjali [prudenti] u toqgħod lura minn ipprezzar […], li huwa sottolinjat mill-projbizzjoni tal-price leadership kif deskritt fil-premessa 53 u l-premessa 84.

(129)

Barra minn hekk, il-pjan juri li ING qed tadatta għal-lezzjonijiet li tgħallmet fil-kriżi konformi mal-punt 11 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar. Pereżempju l-pjan jispjega li ING beħsiebha temenda l-politika ta’ remunerazzjoni tagħha sabiex torjenta l-bank iktar lejn kisbiet għal żmien twil u għalhekk tevita premji għall-falliment. […].

(130)

Għalhekk, huwa konkluż li l-pjan ta’ ristrutturar jista’ jirrestawra l-vijabbiltà għal żmien twil tagħha.

Awto-kontribuzzjoni tal-benefiċjarju

(131)

Barra minn hekk, il-pjan ta’ ristrutturar jipprovdi għal awtokontribuzzjoni adatta għall-ispejjeż ta’ ristrutturar (taqsima 3 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar). Il-pjan ta’ ristrutturar juri li ING tipprovdi qism tal-piżijiet adatt skont il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, li huwa importanti sabiex ikun indirizzat il-periklu morali.

(132)

L-ewwel nett, il-Pajjiżi l-Baxxi impenjaw ruħhom li jaġġustaw it-termini tal-miżura tal-AD li jagħmilha konformi mar-rekwiżiti ppreżentati fil-Komunikazzjoni tal-Assi Danneġġati.

(133)

Fit-tieni lok, ING għandha tħallas remunerazzjoni adatta tal-injezzjoni tal-kapital tagħha skont il-Komunikazzjoni tagħha dwar ir-rikapitalizzazzjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji fil-kriżi finanzjarja preżenti: limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ u protezzjoni kontra distorsjonijiet ta’ kompetizzjoni mhux mistħoqqa (39) (“il-Komunikazzjoni tar-Rikapitalizzazzjoni”). Dik il-valutazzjoni mhix mibdula mill-modifika tat-termini tal-ħlas lura peress li dawn jikkostitwixxu primjum ta’ amortizzazzjoni bikrija. Dan il-primjum ta’ amortizzazzjoni bikrija jikkostitwixxi modifika tad-deċiżjoni tar-rikapitalizzazzjoni. Huwa aċċettabbli għax il-Kummissjoni tinkoraġixxi ħlas lura bikri. Ir-raġunament għal dawn l-inċentivi ta’ amortizzazzjoni huwa li l-amortizzazzjoni tneħħi l-effetti kontinwi tal-benefiċċji ta’ għajnuna mill-Istat għall-Bank. Dan kien applikat fid-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni magħmula wara l-Komunikazzjoni tar-Rikapitalizzazzjoni bħal SNS u Aegon (cf. premessa (33)) u għandu jkun applikat hawn mutatis mutandis. Barra minn hekk, b’kunsiderazzjoni tal-fatt li l-injezzjoni tal-kapital għandha tipprovdi lill-Pajjiżi l-Baxxi b’RIR ta’ 15 %, it-tnaqqis tal-primjum tal-amortizzazzjoni jidher ġustifikat ukoll fih innifsu peress li dan il-RIR huwa remunerazzjoni adatta skont it-tifsira tal-Komunikazzjoni tar-Rikapitalizzazzjoni. Konsegwentement, it-tnaqqis fil-primjum tal-amortizzazzjoni għandu jkun ikkunsidrat bħala għajnuna ta’ ristrutturar kumpatibbli.

(134)

Fit-tielet lok, ING għandha tħallas remunerazzjoni adegwata għall-garanziji tagħha fuq debiti ta’ żmien medju skont l-iskema tal-garanzija Olandiża li, min-naħa l-oħra, hija konformi mal-Komunikazzjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli għall-għajnuna mill-Istat għal miżuri mwettqa fir-rigward ta’ istituzzjonijiet finanzjarji fil-kuntest tal-kriżi finanzjarja globali kurrenti (40).

(135)

Il-Pajjiżi l-Baxxi impenjaw ruħhom wkoll għal numru kbir ta’ divestimenti ppjanati fl-attivitajiet tal-assigurazzjoni globali tal-ING, in-negozju tagħha tal-ġestjoni tal-assi u l-attivitajiet bankarji privati tagħha fl-Isvizzera u barra l-Ewropa, li jikkontribwixxi għall-kopertura tal-ispejjeż ta’ ristrutturar.

(136)

Barra minn hekk, il-pjan ta’ ristrutturar jipprevedi li ING għandha tiġbor 5 biljun EUR ta’ kapital permezz ta’ offerta ta’ ishma fl-2009, li għandu jirriżulta f’dilwizzjoni tad-drittijiet eżistenti tal-azzjonisti. Dan jista’ jkun ikkunsidrat bħala awtokontribuzzjoni sinifikanti tal-fornituri eżistenti tal-kapital.

(137)

Il-limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ huwa żgurat ukoll permezz tal-impenn tal-Pajjiżi l-Baxxi li l-benefiċjarju mhux se jakkwista istituzzjonijiet finanzjarji oħra ġeneralment jew kumpaniji oħra jekk dan itawwal il-ħlas lura tal-kapital provdut mill-Pajjiżi l-Baxxi. Dan jiżgura li l-bank għandu joqgħod lura minn kwalunkwe akkwist […].

(138)

Madankollu, fil-passat ING ma kkonformatx mal-politika tal-Kummissjoni dwar strumenti tal-kapital tat-Tier 1 u Tier 2 kif stipulat fil-punt 26 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar (41). Il-Kummissjoni ċċarat hemmhekk li f’kuntest ta’ ristrutturar, it-tpaċċija diskrezzjonali tat-telf (pereżempju permezz tar-rilaxx ta’ riservi jew tnaqqis tal-kapital) permezz ta’ banek benefiċjarji sabiex tiggarantixxi l-ħlas tad-dividendi u ċedoli fuq dejn subordinat dovut, bħala prinċipju mhuwiex kumpatibbli mal-għan ta’ qsim tal-piżijiet. Filwaqt li l-Kummissjoni tirrikonoxxi li ING ma tibqax issejjaħ strumenti tat-Tier 1 u Tier 2 mingħajr approvazzjoni formali tal-Kummissjoni is-sejħa fl-14 ta’ Ottubru 2009 ma rrispettatx dak il-prinċipju u għandha tkun ikkompensata permezz ta’ miżuri addizzjonali li jimmitigaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni.

(139)

Fuq l-istess linja, hija sfortuna li ING għamlet ħlas taċ-ċedoli diskrezzjonarju fl-2009 mingħajr ebda ġustifikazzjoni korretta għalkemm wettqet telf fl-2008. Għalkemm, il-Kummissjoni bħala prinċipju tikkunsidra li projbizzjoni taċ-ċedoli hija meħtieġa ukoll fil-każ tal-ING, tikkonkludi li din il-projbizzjoni m’għandhiex tkun meħtieġa iktar f’dan il-każ sakemm ING tħallas lura 5 biljun EUR qabel il-31 ta’ Jannar 2010. Dan jinkludi l-ħlas taċ-ċedoli tat-8 u l-15 ta’ Diċembru 2009. Il-ħlas lura bikri ta’ parti sinifikanti tal-għajnuna mill-Istat mogħti lill-Pajjiżi l-Baxxi jindirizza tħassib eżistenti tal-Kummissjoni li dawn il-pagamenti taċ-ċedoli jimpedixxu lil ING milli tikseb vijabbiltà għal żmien twil mingħajr għajnuna mill-Istat. Jekk bank ikun kapaċi jiġbor dan l-ammont sinifikanti ta’ kapital mis-suq u għandu strateġija ċara fuq żmien medju, m’għandux jibqa’ jkun limitat fl-użu tal-kapital tiegħu jekk u meta dan ma jkunx ta’ theddida għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar tiegħu. Dan kien muri fil-pjan ta’ ristrutturar.

Miżuri li jindirizzaw distorsjonijiet tal-kompetizzjoni

(140)

Il-pjan ta’ ristrutturar jinvolvi wkoll miżuri strutturali u ta’ aġir suffiċjenti biex ikunu indirizzati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Il-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar tispjega li distorsjonijiet tal-kompetizzjoni jistgħu jinħolqu meta xi banek jikkompetu fuq il-merti tal-prodotti u s-servizzi tagħhom, filwaqt li oħrajn jakkumulaw riskji eċċessivi u/jew jiddependu fuq mudelli kummerċjali mhux sostenibbli. L-għajnuna mill-Istat ittawwal dawn id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni billi ssostni b’mod artifiċjali l-preżenza fis-suq ta’ benefiċjarji. B’dan il-mod tista’ toħloq periklu morali fis-sistema bankarja filwaqt li ddgħajjef l-inċentivi ta’ dawk li mhumiex benefiċjarji biex jikkompetu, jinvestu u jinnovaw. L-għajnuna mill-Istat tista’ wkoll ittellef is-suq uniku billi toħloq barrieri għad-dħul u tneħħi l-inċentivi għal attivitajiet transkonfinali.

(141)

Il-punt 31 tal-Komunikazzjoni tar-Ristrutturazzjoni jispjega li fl-evalwazzjoni tal-ammont ta’ għajnuna u d-distorsjonijiet riżultanti, il-Kummissjoni għandha tqis kemm l-ammont assolut kif ukoll dak relattiv fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat irċevuta. F’dan ir-rigward ING irċeviet ammont ta’ għajnuna sinifikanti, li jirrappreżenta 5 % ta’ RWA jekk espress fit-termini ta’ RWA tal-ING Bank. Dan il-livell jaqbeż sew il-‘livell tal-iskattar’ ta’ 2 % of RWA (42). Barra minn hekk ING kisbet ammont sinifikanti ta’ garanziji, li madankollu mhux meħtieġ li jirriżulta f’miżuri sabiex jimmitigaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni skont il-punt 31 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar għax dik l-ING ma kellhiex problema ta’ finanzjament (li l-garanziji tipikament jgħinu biex tingħeleb) iżda kienet inkoraġġuta mill-Pajjiżi l-Baxxi biex tieħu garanziji sabiex issellef lill-ekonomija reali. Barra minn hekk, ma jidher li hemm ebda raġuni għala, f’dan l-istadju, il-garanziji addizzjonali previsti fil-pjan ta’ ristrutturar għat-tiswir tal-WUH/Interadvies għandhom jeħtieġu miżuri addizzjonali biex jimmitigaw distorsjonijiet tal-kompetizzjonijiet. Dik il-miżura hija, fiha nnifisha, miżura maħsuba biex tgħin tindirizza d-distorsjoni tas-suq peress li hija prevista biss sabiex tippermetti t-tiswir tal-WUH/Interadvies.

(142)

Huwa għalhekk konkluż li l-ammont ta’ għajnuna lill-benefiċjarju huwa kbir. Konsegwentement, miżuri sinifikanti huma meħtieġa sabiex jirrimedjaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Il-miżuri mitiganti għandhom ikunu miżjuda skont il-punt 31 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar minħabba qsim ta’ piżijiet insinifikanti li jirriżulta minn nuqqas ta’ konformità mal-politika tal-Kummissjoni dwar strumenti tat-Tier-1 u Tier-2 stabbiliti fil-punt 26 tal-Komunikazzjoni ta’ Strutturar kif spjegat f’iktar dettall fil-premessa 138 et seq. ta’ din id-Deċiżjoni (43).

(143)

Il-Kummissjoni tikkunsidra li ING ħadet il-passi neċessarji kollha biex tindirizza d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li huma kbar ħafna għax il-pjan ta’ ristrutturar jipprevedi numru ta’ divestimenti li jnaqqsu l-preżenza fis-suq tal-benefiċjarju. F’dak ir-rigward, il-benefiċjarju għandu jnaqqas il-karta tal-bilanċ tiegħu b’45 % qabel it-tmiem tal-2013 meta mqabbla mal-karta tal-bilanċ tat-30 ta’ Settembru 2008. Dawk il-miżuri huma biss parti limitata ħafna minħabba diżingranar u jinvolvu l-aktar divestiment tan-negozju kollu tal-assigurazzjoni u l-ġestjoni tal-assi tal-ING kif ukoll attivitajiet bankarji bl-imnut fil-Pajjiżi l-Baxxi, attivitajiet bankarji fl-Isvizzera u attivitajiet bankarji f’pajjiżi oħra barra l-Ewropa. L-iskala tad-divestimenti proposti hija adatta sabiex timmitiga d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, anke minħabba ċ-ċirkostanzi aggravanti msemmija fil-premessi 138 u 139.

(144)

Barra minn hekk, il-pjan ta’ ristrutturar jiffavorixxi wkoll kompetizzjoni effettiva u jimpedixxi setgħa fis-suq u diżinċentivi għal attivitajiet transkonfinali skont il-premessa 32 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar billi jsawwar entità min-negozju tal-ING fis-suq bl-imnut Olandiż. Il-Kummissjoni identifikat dawn il-kundizzjonijiet tas-suq b’mod partikolari fil-Pajjiżi l-Baxxi fejn is-suq bankarju bl-imnut huwa kkonċentrat ħafna u ING hija waħda mill-parteċipanti ewlenin li tista’ żżomm is-sehem għoli fis-suq tagħha permezz tal-għajnuna mill-Istat. In-negozju WUH/Interadvies huwa adattat għax jista’ jikkostitwixxi negozju vijabbli fil-futur li jista’ jikkompeti fin-negozju bankarju bl-imnut fil-Pajjiżi l-Baxxi.

(145)

Skont il-Pajjiżi l-Baxxi t-tiswir għandu jkun jista’ jżid il-kompetizzjoni f’dan is-suq kkonċentrat ħafna, sakemm dan jammonta għal sehem fis-suq tajjeb fin-negozju tal-ipoteki u self tal-konsumatur u xi attivitajiet ta’ tfaddil. Barra minn hekk, l-entità għandha tkun kumpanija bankarja kompluta li għandha uffiċċju sekondarju mgħammar sew, u interface tal-Internet komplut b’sistema ta’ pagamenti u hija ffinanzjata mill-ING. Il-fatt li din m’għandhiex netwerk ta’ fergħat li tipikament hija faċilità essenzjali għal negozju bankarju f’ħafna mill-Istati Membri, huwa mill-inqas parzjalment ikkompensat permezz tal-Internet banking, li huwa wkoll mezz ta’ distribuzzjoni importanti għal prodotti bankarji fil-Pajjiżi l-Baxxi. Id-depożiti jistgħu jkunu annessi mal-WUH/Interadvies permezz tal-pjattaforma tal-Internet li tirċievi. Barra minn hekk, minħabba l-għarfien u r-riżorsi umani pprovduti lill-entità l-ġdida, għandha tkun f’pożizzjoni biex tiżviluppa iktar in-negozju eżistenti tagħha u possibbilment tistabbilixxi fergħat.

(146)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva l-argument tal-awtoritajiet Olandiżi msemmi fil-premessa 56 li jikkonċerna l-importanza relattivament iżgħar tal-prodotti kurrenti tal-kontabbiltà fil-Pajjiżi l-Baxxi għal bejgħ inkroċjat ta’ prodotti oħra bankarji bl-imnut. F’dak ir-rigward, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe indikazzjonijiet kuntrarji, il-Kummissjoni taċċetta li fil-Pajjiżi l-Baxxi prodotti tal-kontabbiltà kurrenti jistgħu ikunu ta’ importanza relattivament baxxa għal bejgħ inkroċjat ta’ prodotti oħra bankarji bl-imnut.

(147)

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tosserva li ING ħadet diversi impenji biex tiżgura li l-kummerċ ikun vijabbli, bħal pereżempju amministratur ‘miżmum separat’ u fiduċjarju ta’ monitoraġġ. It-tnejn li huma għandhom jiżguraw li d-drittijiet u assi oħra tanġibbli u mhux tanġibbli tan-negozju (li għandu jiġi msawwar) ikunu protetti, difiżi u ppreservati kontra ING. Barra minn hekk il-mekkaniżmu tal-arbitrazzjoni fis-seħħ li jeħtieġ li l-entità l-ġdida tirċievi l-inklużjonijiet kollha meħtieġa sabiex tiżgura l-vijabbiltà tagħha għandu jiżgura l-konformità tal-ING mal-impenji tagħha skont din id-Deċiżjoni. Barra minn hekk, ING m’għandhiex timmira lejn klijenti tal-entità msawra rigward prodotti trasferiti lil WUH/Interadvies anke jekk ING jibqa’ jkollha relazzjonijiet eżistenti mal-klijenti. Madankollu, ING għandha tipprovdi finanzjament għal WUH/Interadvies għal […] wara l-investiment għalkemm l-ammont tal-finanzjament jibda jonqos bil-mod matul dak il-perjodu. Barra minn hekk il-Kummissjoni għandha […] tiżgura li n-negozju jkun mibjugħ bl-għajnuna ta’ fiduċjarju ta’ divestiment […]. Dawk l-elementi kollha jiżguraw li l-entità tkun vijabbli u għalhekk iżidu l-kompetizzjoni fis-suq bankarju bl-imnut Olandiż. Il-Kummissjoni għalhekk taċċetta li d-divestiment tal-WUH/Interadvies jista’ jippermetti lil kompetitur ġdid biex jiżviluppa negozju fis-suq bankarju bl-imnut fil-Pajjiżi l-Baxxi u jista’ jġib saħħa kompetittiva ġdida f’dak is-suq.

(148)

Barra minn hekk, il-Pajjiżi l-Baxxi impenjaw ruħhom ukoll għal projbizzjoni fuq l-akkwist li jimpedixxi lil ING milli takkwista negozji attraenti li probabbli jkunu mressqa fis-suq minħabba r-ristrutturar ġenerali tal-impriżi finanzjarji u s-settur ġenerali (44). Dan jimpedixxi t-tkabbir mhux organiku tal-ING u jippermetti lil impriżi oħra li ma rċivewx għajnuna mill-Istat biex jixtru dawn in-negozji.

(149)

Barra minn hekk il-Kummissjoni tikkunsidra impenn għal projbizzjoni ta’ price leadership bħala konformi mar-rekwżiti tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar sabiex tiżgura li l-għajnuna mill-Istat ma tistax tkun użata biex toffri termini li ma jistgħux ikunu milħuqa minn kompetituri li ma jirċevux għajnuna mill-Istat (premessa 44). B’mod konformi mal-punt 32 tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar, impenn ta’ price leadership jista’ ma jkunx meħtieġ fis-swieq fejn kienu pprovduti impenji strutturali sinifikanti. Skont l-ispeċifiċitajiet ta’ kull każ individwali, il-projbizzjoni tista’ tieħu għamliet differenti li jimmiraw li jilħqu l-iktar bilanċ adattat bejn trattament individwali ta’ distorsjonijiet tal-għajnuna u kundizzjonijiet kompetittivi tas-suq (45).

(150)

Il-Pajjiżi l-Baxxi għażlu li jipprovdu projbizzjoni ta’ price leadership ġenerali għal ING fejn ING ma toffrix prezzijiet iktar favorevoli minn dawk tat-tliet kompetituri tagħha bl-aħjar prezzijiet. L-impenn huwa adattat peress li jimmira lejn is-swieq kollha fejn il-bank huwa stabbilit sew b’sehem fis-suq ta’ mill-inqas 5 % (46). Barra minn hekk, ING u l-awtoritajiet Olandiżi impenjaw ruħhom għal projbizzjoni ta’ price leadership indipendenti mis-sehem fis-suq fir-rigward ta’ ING Direct Europe. Dan huwa ġustifikat minħabba l-informazzjoni rċevuta mill-Kummissjoni li turi aġir kummerċjali aggressiv. L-effett tal-projbizzjoni għandu jkun li, […], ING għandha tikkompeti l-aktar fuq il-bażi tal-kwalità tal-prodotti u s-servizzi tagħha. Dan għandu jnaqqas it-tħassib msemmi fl-informazzjoni indirizzata lill-Kummissjoni indikata hawn fuq fil-premessa 6 f’dak ir-rigward.

(151)

Fl-aħħar nett, il-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom li ING għandha toqgħod lura minn kummerċjalizzazzjoni tal-massa li tuża l-miżura tar-rikapitalizzazzjoni bħala vantaġġ f’termini kompetittivi.

(152)

Madankollu, skont il-Komunikazzjoni tar-Rikapitalizzazzjoni, m’għadx hemm raġuni sabiex wieħed jinsisti għal restrizzjoni temporanja fuq il-karta tal-bilanċ, kif kien impost fid-Deċiżjoni N 528/08.

5.2.4.   Monitoraġġ

(153)

Il-pjan ta’ ristrutturar ippreżentat mill-Pajjiżi l-Baxxi għandu jkun implimentat korrettament. Sabiex tiżgura implimentazzjoni korretta, il-Pajjiżi l-Baxxi għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni b’rapport ta’ monitoraġġ biannwali. Barra minn hekk, il-pjan ta’ ristrutturar u l-impenji pprovduti mill-Pajjiżi l-Baxxi jipprevedu numru ta’ fiduċjarji li jassistu lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar u d-dispożizzjonijiet varji inklużi fih.

(154)

Hija prattika komuni li l-Kummissjoni tippermetti lil Stat Membru biex jadatta l-impenji f’każ ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali. (47) Għalhekk meta jkun meħtieġ, b’risposta għal talba mill-Pajjiżi l-Baxxi li turi raġuni valida, il-Kummissjoni għandha tagħmel tibdil meta ġġustifikat fuq il-mertu sabiex jew (i) tagħti estenzjoni tal-perjodu ta’ żmien tal-miżuri mwettqa mill-Pajjiżi l-Baxxi f’din id-deċiżjoni jew (ii) tirrinunzja, timmodifika jew tissostitwixxi aspett wieħed jew iktar minn kwalunkwe impenn provdut mill-Pajjiżi l-Baxxi f’din id-deċiżjoni.

6.   KONKLUŻJONI

(155)

Huwa konkluż, l-ewwel nett, li fuq il-bażi tal-emendi ppreżentati mill-Pajjiżi l-Baxxi fl-20 ta’ Ottubru 2009 il-miżura tal-AD tikkonforma mal-Komunikazzjoni tal-Assi Danneġġati u għandha tkun iddikjarata kumpatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu (3) (b) tat-Trattat.

(156)

Fit-tieni lok, huwa konkluż li l-miżuri ta’ ristrutturar jippermettu lil ING biex tirkupra l-vijabbiltà tagħha għal żmien twil, huma suffiċjenti fir-rigward tal-qsim tal-piżijiet u huma adatti u proporzjonali għat-tpaċċija tal-effetti ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni tal-miżuri tal-għajnuna in kwistjoni. Il-pjan ta’ ristrutturar sottomess jissodisfa l-kriterji tal-Komunikazzjoni dwar ir-Ristrutturar u għandu għalhekk ikun ikkunsidrat kumpatibbli mas-suq komuni skont l-Arikolu (3) (b) tat-Trattat. Il-miżuri ta’ injezzjoni tal-kapital u l-garanziji li diġà kienu mogħtija jistgħu għalhekk ikunu mtawla skont il-pjan ta’ ristrutturar. Madankollu, ir-restrizzjonijiet temporanji tal-karta tal-bilanċ imposti fid-Deċiżjoni N 528/08 għandhom jitneħħew.

(157)

Fit-tielet lok, huwa konkluż li miżuri addizzjonali ta’ għajnuna ppreżentati fil-qafas tal-pjan ta’ ristrutturar, jiġifieri l-modifika tat-termini tax-xiri mill-ġdid tat-titoli tal-Core Tier 1 mill-Pajjiżi l-Baxxi u l-garanziji tal-obbligazzjonijiet previsti, għandhom ikunu ddikjarati wkoll bħala kumpatibbli mas-suq komuni skont l-Artikolu 87 (3) (b) tat-Trattat, meta wieħed jikkunsidra id-dettall tal-miżuri fl-indirizzar tad-distorsjonijiet tas-suq ippreżentati fil-pjan ta’ ristrutturar u l-fatt li l-għajnuna tgħin lill-benefiċjarju biex iżid il-vijabbiltà tiegħu. Dan jirrigwarda wkoll l-għajnuna li tirriżulta mit-termini mibdula tal-arranġamenti tal-ħlas lura tal-kapital mogħti mill-Pajjiżi l-Baxxi,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-miżura tal-assi danneġġati pprovduta mill-Pajjiżi l-Baxxi għall-hekk imsejjaħ portafoll Alt A tal-ING tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat.

Din l-għajnuna hija kumpatibbli mas-suq komuni, soġġetta għall-impenji stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 2

L-għajnuna ta’ ristrutturar pprovduta mill-Pajjiżi l-Baxxi lill-ING tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 87(1) tat-Trattat.

L-għajnuna hija kumpatibbli mas-suq komuni, soġġetta għall-impenji stabbiliti fl-Anness II.

Il-limitazzjoni temporanja fuq it-tkabbir tal-karta tal-bilanċ stabbilita fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Novembru 2008 li tikkonċerna l-miżura tar-rikapitalizzazzjoni lil ING, tneħħiet.

Artikolu 3

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

Neelie KROES

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kawża C 10/09 (ex N 138/09) ING, ĠU C 158, 11.7.2009, p. 13.

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kawża N 528/08, ING, ĠU C 328, 23.12.2008, p. 10.

(3)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kawża C 10/09 (ex N 138/09) ING, ĠU C 158, 11.7.2009, p. 13.

(4)  ĠU C 72, 26.3.2009, p. 1.

(5)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 1.

(6)  Għadha mhix ippubblikata.

(7)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Lulju 2009 fil-kawża N 379/09 u NN 16-09, għadha mhix ippubblikata.

(8)  L-ishma fis-suq fil-premessa 19 u l-premessa 24 fis-suq Olandiż huma bbażati fuq il-figuri pubbliċi fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Kawża Nru Comp/M.4844 Fortis/ABN Amro Assets. Is-sehem fis-suq jiddevja ftit minn figuri iktar attwalizzati provduti mill-Pajjiżi l-Baxxi. Madankollu, peress li d-differenzi mhumiex sinifikanti għad-deċiżjoni, il-Kummissjoni tirrapporta għal raġunijiet ta’ koerenza l-figuri vverifikati.

(*)  Partijiet minn dan it-test ġew mibdula biex jiżguraw li informazzjoni kunfidenzjali ma tkunx żvelata. Dawn il-partijiet huma bejn parenteżi kwadri u mmarkati b’asterisk.

(**)  Tħallew barra partijiet minn dan it test sabiex ikun żgurat li informazzjoni kunfidenzjali ma tkunx żvelata. Dawk il-partijiet huma indikati minn tliet punti bejn parenteżi kwadri u mmarkati b’żewġ asterisks.

(9)  Il-miżura hija deskritta fid-dettall fid-eċiżjoni tal-Kummissjoni N 528/08 tat-12 ta’ Novembru 2008.

(10)  Il-piena ta’ ħlas lura bikri hija kkalkulata kif ġej: 650 000 000 EUR * (numru ta’ titoli mixtrija mill-ġdid/500 000 000) * (ġranet minn meta nħarġu)/365) * (prezz prevalenti – 10)/(12,5 – 10) meta l-prezz prevalenti huwa l-prezz tas-suq medju 5 ijiem qabel il-ħlas lura, ikun ogħla minn jew ekwivalenti għal 11,20 EUR u inqas minn jew ekwivalenti għal 12,45 EUR.

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kawża N 611/08, ĠU C 247, 15.10.2009, p. 2.

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kawża N 569/09, ĠU C 9, 14.1.2009, p. 3.

(13)  It-tariffa tal-finanzjament hija s-somma ta’ 3 % (il-ħlas allegat tal-iffinanzjar b’USD tal-Istat Olandiż) u marġni ta’ 0,5 %.

(14)  Żieda fit-tariffa hija applikabbli biss mill-25 ta’ Ottubru 2009. Aġġustament kien meħtieġ u kien evalwat b’15,6 pb sabiex jikkumpensa n-nuqqas ta’ ħlas bejn is-26 ta’ Jannar 2009 u l-25 ta’ Ottubru 2009. Dan l-aġġustament jolqot kemm it-tnaqqis fit-tariffa tal-finanzjament b’50 pb (li ING irċeviet mill-Istat Olandiż) u ż-żieda fit-tariffa ta’ garanzija b’67 pb (imħallsa mill-ING lill-Istat Olandiż).

(15)  Dan jiġri biss jekk ING tixtri l-portafoll lura mill-Istat Olandiż, totalment jew parzjalment.

(16)  […]

(17)  52 % tad-dħul qabel it-taxxa għall-grupp għall-perjodu 2004-2007 ġie mill-assigurazzjoni.

(18)  […]

(19)  Ħlas lura huwa meqjus wara 400 jum minn meta jingħata.

(20)  Faċilità ta’ Sostenn ta’ Assi Mhux likwidi.

(21)  […]

(22)  B’mod partikolari, kull meta jkun imwettaq divestiment minn proċess ta’ OPI li nbeda u jsir tqegħid tal-ishma sinifikanti (30 % jew iktar) qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ divestiment, il-Kummissjoni (wara konsultazzjoni tal-Istat Olandiż, ING u l-Fiduċjarju) għandha tikkunsidra b’mod attiv tippermettix lill-entità iktar ħin biex tqiegħed l-ishma li jibqa’.

(23)  Huwa aċċettat li fiduċjarji differenti jistgħu jinħatru fir-rigward ta’ reġjuni u/jew negozju differenti.

(24)  […]

(25)  Sakemm ikun ċar li parti mir-rikavat tal-ħruġ tal-ishma bi dritt għandha tintuża għall-ħlas taċ-ċedoli

(26)  Ara l-paragrafu 26 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fuq ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni ta’ miżuri ta’ ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali taħt ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat, ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9.

(27)  B’suppożizzjoni ta’ rata ta’ skambju EUR/USD ta’ 1.3.

(28)  Il-RWA tal-ING Bank ammontaw għal 343 biljun EUR sat-tmiem tal-2008.

(29)  B’kunsiderazzjoni tar-rekwiżiti tal-marġni tas-solvenza fit-tmiem tal-2008.

(30)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-kawża C 9/08 tal-4 ta’ Lulju 2008SachsenLB, għadha mhix ippubblikata, Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Mejju 2009 fil-kawża N 264/09; Għajnuna ta’ salvataġġ lil HSH Nordbank AG, ĠU C 179, 1.8.2009, p. 1, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Mejju 2009 fil-kawża N 244/09 Commerzbank, ĠU C 147, 27.6.2009, p. 4.

(31)  Ara punt 7 tal-aħħar premessa tal-Komunikazzjoni ta’ Ristrutturar, kif ukoll il-punt 27.

(32)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Lulju 2009 fil-kawża N 379/09 u NN 16-09, għadha mhix ippubblikata.

(33)  Magħmula minn aġġustament ta’ 52 pb p.a. għal valutazzjoni, 15 pb p.a. għal tariffa ta’ ġestjoni u 15,6 pb p.a. għal pagamenti rinunzjati mill-Istat għall-perjodu bejn is-26 ta’ Jannar u l-25 ta’ Ottubru 2009.

(34)  L-Istat Olandiż jikkalkula li l-ispiża tiegħu għall-finanzjament bil-USD tkun ta’ madwar 3 % għal maturità ta’ 5-7 snin, li jikkorrispondu għall-ħajja medja mkejla tal-portafoll.

(35)  Permezz ta’ presuppożizzjoni ta’ remunerazzjoni adatta; dan kien preżentament provdut.

(36)  ĠU C 195, 19.8.2009, p. 9.

(37)  Ara ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2. Saret referenza espliċita fil-komunikazzjoni bankarja fil-punt 42.

(38)  Ara d-deċiżjoni dwar l-assi danneġġati tat-30 ta’ Marzu 2009, punt 83.

(39)  ĠU C 10, 15.1.2009, p. 2.

(40)  ĠU C 270, 25.10.2008, p. 8.

(41)  MEMO/09/441 tat-8 ta’ Ottubru 2009 - Il-Kummissjoni tfakkar ir-regoli li jikkonċernaw tranżazzjonijiet tal-kapital tat-Tier 1 u Tier 2 għal banek soġġetti għal investigazzjoni tal-għajnuna ta’ ristrutturar.

(42)  Jekk ikun ikkunsidrat biss l-ammont tal-għajnuna allokata għall-assigurazzjoni, dan jirrappreżenta 50 % tar-rekwiżiti tal-marġni ta’ solvenza tal-ING Insurance. Dan ikun ekwivalenti għal 4 % ta’ RWA għal bank, peress li jikkostitwixxi nofs il-kapital minimu meħtieġ sabiex taħdem l-entità.

(43)  L-istess jidher li huwa veru dwar ir-rispett tal-ING tal-projbizzjoni li tirreklama l-miżura tar-rikapitalizzazzjoni li ma kinitx rispettata fl-Italja u Spanja għal diversi ġranet wara l-għotja tal-għajnuna.

(44)  Bl-istess mod: id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Mejju 2009 fil-Kawża N 244/09 Injezzjoni tal-kapital f’Commerzbank, ĠU C 147, 27.6.2009, p. 4, fil-para. 111.

(45)  Fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Mejju 2009 fil-kawża N 244/09 Commerzbank, ĠU C 147, 27.6.2009, p. 4, il-Kummissjoni aċċettat projbizzjoni fir-rigward ta’ tliet kompetituri bl-aħjar prezzijiet. Fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Novembru 2009 fil-kawża C 18/09, KBC, li għadha mhix ippubblikata, il-Kummissjoni aċċettat projbizzjoni tal-price leadership fejn KBC impenjat ruħha li ma toffrix prezzijiet aħjar minn dawk ta’ kompetitur bl-aħjar prezzijiet fost l-aħjar għaxar parteċipanti fis-suq fit-termini tas-sehem tas-suq fuq is-suq rilevanti.

(46)  Fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Mejju 2009 fil-kawża N 244/09 Commerzbank, ĠU C 147, 27.6.2009, p. 4 u fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Novembru 2009 fil-kawża C 18/2009, KBC, li għadha mhix ippubblikata, il-Kummissjoni kkunsidrat li huwa xieraq li tillimita l-projbizzjoni għas-swieq fejn il-bank għandu preżenza sinifikanti, definita għall-iskop tal-projbizzjoni tal-price leadership bħala li jkollu sehem fis-suq ta’ mill-inqas 5 %.

(47)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Ottubru 2008 fil-kawża C 10/08, IKB, ĠU L 278, 23.10.2009, p. 32.


ANNESS I

Rigward il-miżura tal-assi danneġġati l-impenji li ġejjin għandhom ikunu rispettati:

Mill-25 ta’ Ottubru 2009, ING Group għandu jagħmel pagamenti addizzjonali lill-Pajjiżi l-Baxxi, li jikkorrispondu ma’ aġġustament tar-remunerazzjoni tal-Alt-A ta’ – 50 punti bażi fuq it-tariffa tal-finanzjament irċevuta minn ING u ta’ + 82.6 punti bażi fuq it-tariffa ta’ garanzija mħallsa minn ING. L-aġġustament relatat mat-tariffa ta’ garanzija jinkludi 15.6 punti bażi li jirrappreżentaw aġġustament għall-perjodu mis-26 ta’ Jannar 2009 – il-bidu tal-IABF (fi kliem ieħor il-miżura A) – sal-25 ta’ Ottubru 2009. Il-pagamenti addizzjonali għandhom ikunu applikati sal-punt u d-dewmien li l-ftehim IABF jibqa’ fis-seħħ.

Il-pagamenti addizzjonali għandhom ikunu implimentati fl-għamla ta’ ftehim separat bejn l-ING Group u l-Pajjiżi l-Baxxi, sabiex l-IABF oriġinali jinżamm sħiħ.

Il-pagamenti addizzjonali, eskluż il-parti relatata mal-perjodu bejn is-26 ta’ Jannar 2009 u l-25 ta’ Ottubru 2009 (jiġifieri l-15.6 punti bażi inklużi fl-aġġustament relatat mat-tariffa tal-garanzija) m’għandhom ebda saldu residwu f’każ ta’ inverżjoni bikrija tal-IABF. L-ammont tal-pagamenti addizzjonali mhux imħallsa li jirrigwarda l-perjodu ta’ bejn is-26 ta’ Jannar 2009 u l-25 ta’ Ottubru 2009 (jiġifieri l-15.6 punti bażi inklużi fl-aġġustament relatat mat-tariffa ta’ garanzija) għandu jsir pagabbli f’każ ta’ inverżjoni parzjali jew totali tat-tranżazzjoni oriġinali. Jekk l-IABF tkun parzjalment invertita, dan is-saldu ta’ amortizzazzjoni bikri għandu jkun applikat proporzjonalment.

Il-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom li jinnotifikaw kwalunkwe miżuri ta’ inverżjoni totali jew parzjali bikrija tal-miżura tal-AD lill-Kummissjoni.


ANNESS II

Rigward l-għajnuna ta’ ristrutturar l-impenji li ġejjin għandhom ikunu rispettati:

(a)

Rigward tnaqqis fil-karta tal-bilanċ, l-impenn għal divestiment tal-assigurazzjoni, ING Direct US u unitajiet oħra li għandhom ikunu divestiti qabel it-tmiem tal-2013:

ING għandha tnaqqas 45 % tal-karta tal-bilanċ tagħha kkumparat mat-30 ta’ Settembru 2008 sat-tmiem tal-2013 u għandha tiddivesti lista ta’ unitajiet deskritti fil-premessa 57, b’mod partikolari Insurance u ING Direct US, […].

Dawn il-figuri jirreferu għal proġetazzjonijiet li ma jqisux l-impatt possibbli ta’ tkabbir organiku u jeskludu żidiet addizzjonali minħabba rekwiżiti regolatorji ġodda potenzjali, bħal pereżempju jekk il-banek ikunu meħtieġa li jżommu buffers ta’ likwidità akbar b’mod sinifikanti minħabba regolamenti ġodda fl-UE. Dawn ir-rekwiżiti jistgħu jżidu l-karta tal-bilanċ b’mod sinifikanti lil hinn mill-proġetazzjonijiet ta’ tkabbir organiku kurrenti.

ING m’għandux ikollha limitu fuq tkabbir organiku (fi kliem ieħor mhux relatat mal-akkwisti) tal-karta tal-bilanċ tan-negozji tagħha. […]. Fil-futur, ING għandu jkollha politika ġenerali sabiex tuża t-tkabbir tagħha fil-fondi affidati minn klijenti l-aktar sabiex tikber fis-self lill-ekonomija reali (kumpaniji u konsumaturi) u tnaqqas l-esponiment tagħha għal klassijiet ta’ assi ta’ riskju ogħla fil-US CMBS u US RMBS. […] (1).

Fir-rigward ta’ unitajiet ING timpenja ruħha li tbiegħ (kif imniżżel fil-premessa 57), jekk divestiment ta’ kwalunkwe unità bħal din ma jkunx seħħ sal-31 ta’ Diċembru 2013 (pereżempju fuq il-bażi ta’ ftehim ta’ bejgħ finali vinkolanti li kien imwettaq). Il-Kummissjoni tista’ fejn xieraq jew minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali, b’risposta għal talba mill-Pajjiżi l-Baxxi, tagħti estenzjoni ta’ dan il-perjodu ta’ żmien. (2) Il-Kummissjoni tista’ wkoll f’dan il-każ (i) titlob lill-Pajjiżi l-Baxxi biex taħtar fiduċjarju (tad-divestiment) wieħed jew iktar (3), magħżul minn qabel u propost minn ING (u soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni), […].

Kull meta l-Pajjiżi l-Baxxi jfittxu estenzjoni ta’ perjodu ta’ żmien, huma għandhom jissottomettu talba lill-Kummissjoni mhux iktar tard minn xahar qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, li turi raġuni valida. F’każijiet eċċezzjonali, il-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ikunu intitolati biex jitolbu estenzjoni f’dak l-aħħar xahar tal-perjodu ta’ żmien.

(b)

Barra minn hekk il-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom li ING tirrispetta projbizzjoni tal-akkwist:

ING għandha toqgħod lura minn akkwisti ta’ istituzzjonijiet finanzjarji għal ċertu perjodu. Dawn l-impenji għandhom japplikaw għall-perjodu iqsar ta’ tliet snin li jibda mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni jew sad-data li fiha l-ING tkun ħallset lura totalment it-titoli tal-Core-Tier 1 lill-Pajjiżi l-Baxxi (inkluż l-imgħax akkumulat rilevanti ta’ ċedoli Core-Tier 1 u tariffi tal-primjum tal-ħruġ). ING għandha toqgħod lura wkoll, għall-istess perjodu, minn kwalunkwe akkwist (ieħor) tan-negozji li jista’ jikkawża dewmien fil-ħlas lura tat-Titoli Core-Tier 1 lill-Pajjiżi l-Baxxi.

Minkejja din il-projbizzjoni, ING tista’, wara li tikseb l-approvazzjoni tal-Kummissjoni, takkwista negozji, b’mod partikolari jekk dan ikun essenzjali sabiex tissalvagwardja l-istabbilità finanzjarja jew kompetizzjoni fis-swieq relevanti.

(c)

Barra minn hekk il-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom li ING tirrispetta projbizzjoni ta’ price leadership:

Mingħajr awtorizzazzjoni preċedenti tal-Kummissjoni, ING m’għandhiex toffri prezzijiet iktar favorevoli fuq prodotti standardizzati tal-ING (fuq swieq kif definit hawn taħt) minn dawk tat-tliet kompetituri tagħha bl-aħjar prezzijiet fir-rigward tas-swieq tal-UE li fihom ING għandha sehem fis-suq ta’ iktar minn 5 %.

Din il-kundizzjoni hija limitata għall-prodotti standardizzati tal-ING fuq is-swieq tal-prodotti li ġejjin: (i) suq tat-tfaddil bl-imnut, (ii) suq ipotekarju bl-imnut, (iii) attivitajiet bankarji privati safejn jinvolvu prodotti tal-ipoteki jew prodotti ta’ tfaddil jew (iv) depożiti għal SMEs (SME definita skont id-definizzjoni ta’ SME kif abitwalment/preżentament imħaddma minn ING fin-negozju tagħha fil-pajjiż rilevanti). Malli ING issir konxja tal-fatt li toffri prezzijiet iktar favorevoli għall-prodotti tagħha minn dawk tat-tliet kompetituri tagħha bl-aħjar prezzijiet, ING għandha malajr kemm jista’ jkun taġġusta, mingħajr dewmien żejjed, il-prezz tagħha għal livell li huwa skont dan l-impenn.

Din il-kondizzjoni għandha tapplika għal tliet snin li jibdew mid-data ta’ din id-Deċiżjoni jew sad-data li fiha ING tkun ħallset lura totalment it-titoli tal-Core-Tier 1 lill-Pajjiżi l-Baxxi (inkluż imgħax akkumulat rilevanti ta’ ċedoli CT1 u tariffi tal-primjum ta’ ħruġ), skont liema huwa l-iqsar. Fiduċjarju ta’ monitoraġġ magħżul minn qabel u propost mill-ING, għandu jkun maħtur mill-Pajjiżi l-Baxxi sabiex jissorvelja din il-kundizzjoni. Il-fiduċjarju ta’ monitoraġġ huwa soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

Barra minn hekk, bħala sostenn għall-vijabbiltà għal żmien twil tal-ING, ING Direct għandha toqgħod lura, mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, minn price-leadership fir-rigward ta’ prodotti standardizzati tal- ING fuq is-swieq ipotekarji bl-imnut u ta’ tfaddil bl-imnut fl-UE, għall-perjodu iqsar ta’ tliet snin mid-data ta’ dawn id-Deċiżjonijiet jew sad-data li fiha ING tkun ħallset lura totalment it-titoli tal-Core-Tier 1 lill- (inkluż l-imgħax akkumulat rilevanti ta’ ċedoli tal-Core-Tier 1 u tariffi tal-primjum ta’ ħruġ). Malli ING issir konxja tal-fatt li saret price leader fis-swieq ipotekarji bl-imnut jew ta’ tfaddil bl-imnut fl-UE, ING għandha taġġusta l-prezz tagħha skont dan l-impenn malajr kemm jista’ jkun mingħajr dewmien żejjed.

Fiduċjarju ta’ monitoraġġ magħżul minn qabel u propost mill-ING, għandu jinħatar mill-Pajjiżi l-Baxxi sabiex jissorvelja din il-kundizzjoni. Il-fiduċjarju ta’ monitoraġġ huwa soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

(d)

Il-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom għal numru ta’ dispożizzjonijiet dettaljati rigward it-tiswir tal-WUH/Interadvies:

ING għandha toħloq kumpanija ġdida għal divestiment fil-Pajjiżi l-Baxxi, li għandha tkun imsawra min-negozju bankarju bl-imnut Olandiż kurrenti. Ir-riżultat għandu jkun li din il-kumpanija msawra ġdida tkun negozju vijabbli u kompetittiv, li huwa indipendenti u separat minn negozji oħra tal-ING u li jista’ jkun trasferit lil xerrej adattat. Din il-kumpanija l-ġdida għandha tinkludi n-negozju tad-diviżjoni bankarja tal-WUH/Interadvies, li hija preżentement parti mill-operazzjonijiet tal-assigurazzjoni Olandiżi, u l-Portafoll tal-Kreditu tal-Konsumatur tal-ING Bank. WUH/Interadvies hija unità tan-negozju tal-ING taħt l-umbrella tal-unità tan-Nationale Nederlanden Insurance. Hija (b’mod predominanti) bank ipotekarju li jopera fuq il-bażi tal-liċenzji bankarji tiegħu stess. Huwa parteċipant vijabbli “indipendenti”, li għandu s-setgħat ta’ bejgħ tiegħu għal servizzi tal-klijenti u organizzazzjoni indipendenti b’bażi ta’ dħul solidu. It-tiswir għandu jkun imwettaq taħt is-sorveljanza tal-Fiduċjarju ta’ Monitoraġġ b’kooperazzjoni mal-Amministratur Miżmum Separat. F’dan il-kuntest, matul il-perjodu ta’ tiswir, il-Fiduċjarju ta’ Monitoraġġ jista’ jirrakkomanda lil ING dawk l-inklużjonijiet fin-Negozju tad-Divestiment ta’ assi tanġibbli u mhux tanġibbli (relatati man-Negozju tad-Divestiment) li huwa jikkunsidra li huma oġġettivament meħtieġa sabiex tkun żgurata konformità totali mal-obbligazzjonijiet orjentati lejn ir-riżultati tal-ING fuq imsemmija u b’mod partikolari l-vijabbiltà u l-kompetittività tan-negozju tad-divestiment. Jekk ING ma taqbilx mal-Fiduċjarju ta’ Monitoraġġ dwar ir-rekwiżit oġġettiv li tinkludi dawn l-assi tanġibbli jew mhux tanġibbli biex tiżgura l-vijabbiltà u kompetittività tan-Negozju tad-Divestiment, ING għandha tinforma lill-Fiduċjarju ta’ Monitoraġġ bil-miktub. F’dan il-każ, il-maniġment eżekuttiv tal-ING u l-Fiduċjarju ta’ Monitoraġġ għandhom, fi żmien […], jagħmlu laqgħa sabiex jintlaħaq kunsens. Jekk ma jintlaħaq ebda kunsens, ING u l-Fiduċjarju ta’ Monitoraġġ għandhom jaħtru konġuntement, mingħajr dewmien żejjed, terza persuna indipendenti b’ħila esperta fis-settur finanzjarju (l-“Espert”) sabiex tisma l-argumenti tal-partijiet u ssib soluzzjoni. Jekk ma tintlaħaq ebda soluzzjoni, l-Espert għandu jiddeċiedi, fi żmien […] mill-ħatra tiegħu, dwar ir-rekwiżit oġġettiv li jkunu inklużi assi tanġibbli jew mhux tanġibbli fin-Negozju tad-Divestiment sabiex tkun żgurata l-vijabbiltà u l-kompetittività tiegħu, u l-partijiet għandhom jaċċettaw id-deċiżjoni tal-Espert f’dan ir-rigward u għandhom jaġixxu skont dan. Kwistjonijiet relatati ma’ nuqqas ta’ ftehim għandhom ikunu msemmija fir-rapport tal-Fiduċjarju ta’ Monitoraġġ lill-Kummissjoni.

ING timpenja ruħha li tiżgura l-aħjar kundizzjonijiet ta’ divestiment billi tagħmel pjan ta’ negozju, toħloq pjattaforma tal-Internet u tiddedika kapaċitajiet ta’ bejgħ lill-entità. Barra minn hekk, għandha tagħmel ukoll kapaċità għall-pagament disponibbli (f’termini kummerċjali) jekk ix-xerrej jitlob dan. Barra minn hekk, ING għandha tassisti fil-ħolqien ta’ funzjoni ta’ Teżor u tiżgura finanzjament għal sentejn wara d-divestiment, filwaqt li s-sostenn ta’ finanzjament tal-ING għandu jonqos bil-mod f’dawk is-sentejn. Is-sostenn tal-finanzjament tal-ING lin-negozju WUH għandu jkun ibbażat fuq prezzijiet ta’ trasferiment ta’ finanzjament intern. ING għandha l-intenzjoni li tapplika lill-Pajjiżi l-Baxxi għal finanzjament garantit mill-Istat sal-ammont ta’ […] biljun EUR għall-finanzjament tan-negozju WUH. F’dak il-każ, l-awtoritajiet Olandiżi jimpenjaw ruħhom li jinnotifikaw din il-miżura separatament.

Barra minn hekk, ING għandha toqgħod lura għal perjodu interim […] milli tissoliċita b’mod attiv lill-klijenti tan-negozju WUH għal prodotti li n-negozju WUH qed jipprovdi lil dawn il-klijenti fid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

ING għandha tipprova ssawwar in-negozju tal-WUH […]. Wara l-perjodu tat-tiswir […], ING għandha żżomm separat in-negozju WUH u tipprova tiddivesti dan in-negozju […] (4).

Fiduċjarju ta’ monitoraġġ u amministratur miżmum separat għandhom jinħatru fi żmien […] wara d-data ta’ din id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni […] u l-Fiduċjarju tad-divestiment għandu jkun maħtur […].Il-fiduċjarji kollha għandhom jinħatru mill-Pajjiżi l-Baxxi u jkunu magħżula minn qabel u proposti mill-ING. Il-fiduċjarji huma soġġetti għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

(e)

L-ispejjeż tal-fiduċjarji kollha maħtura waqt il-proċess ta’ ristrutturar għandhom jitħallsu mill-ING.

(f)

Għar-ritorn tal-vijabbiltà, il-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom li ING tirrispetta dan li ġej:

ING timpenja ruħha li torjenta l-finanzjament mhux tad-depożiti tagħha lejn finanzjament għal żmien itwal ladarba s-swieq jerġgħu lura għal kundizzjonijiet ta’ inqas tensjoni billi toħroġ iktar strumenti ta’ debitu b’maturità ta’ iktar minn sena. […].

ING tħabrek biex telimina l-ingranaġġ doppju tagħha (billi tuża core debt bħala kapital proprju fis-sussidjarji tagħha) malajr kemm jista’ jkun u timpenja ruħha li tagħmel dan mhux aktar tard minn […]. L-ingranaġġ doppju huwa awtomatikament eliminat jekk u meta l-ING Group jerġa’ jsir bank regolat.

(g)

Rigward id-diferiment taċ-ċedoli u s-sejħa tat-titoli tat-Tier 1 u Tier 2 il-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom li ING tirrispetta dan li ġej:

Jekk toħroġ ishma bi dritt ta’ iktar minn dak li huwa meħtieġ sabiex tħallas lura 50 % tat-titoli Core Tier 1, inkluż l-imgħax akkumulat rilevanti u t-tariffa tal-primjum ta’ ħruġ, ING ma tkunx obbligata li tiddiferixxi l-ħlas taċ-ċedoli fuq ibridi fit-8 u l-15 ta’ Diċembru 2009 (5) u kwalunkwe ħlas taċ-ċedoli fuq ibridi wara dan.

Jekk dan il-ħruġ ta’ ishma bi dritt ma jseħħx u ING għamlet telf fis-sena preċedenti, ING għandha tkun obbligata li tiddeferixxi ċedoli ibridi, safejn l-ING ikollha diskrezzjoni biex tagħmel dan, għat-tliet snin li jibdew mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni jew sad-data li fiha ING tkun ħallset lura totalment it-titoli Core-Tier 1 lill-Pajjiżi l-Baxxi (inkluż l-imgħax akkumulat rilevanti ta’ ċedoli tal-Core-Tier 1 u tariffi tal-primjum ta’ ħruġ), skont liem ikun l-iqsar.

L-awtoritajiet Olandiżi jifhmu li l-Kummissjoni hija kontra r-remunerazzjoni mir-reċipjenti tal-għajnuna mill-Istat mill-fondi tagħhom stess (kapital u dejn subordinat) meta l-attivitajiet tagħhom ma jiġġenerawx biżżejjed profitti (6) u li l-Kummissjoni f’dan il-kuntest hija bħala prinċipju kontra s-sejħa ta’ kapital tat-Tier 2 u ibridi tat-Tier 1. ING jiddispjaċieha rigward l-intendiment ħażin tas-sejħa ta’ bond aktar baxx tat-Tier 2 fl-14 ta’ Ottubru 2009. Is-sejħa ta’ kapital tat-Tier 2 u ibridi tat-Tier 1 għandha fil-futur tkun proposta individwalment lill-Kummissjoni għal awtorizzazzjoni, għall-perjodu iqsar ta’ tliet snin mid-data ta’ din id-Deċiżjoni jew sad-data li fiha ING tkun ħallset lura totalment it-titoli tal-Core-Tier 1 lill-Pajjiżi l-Baxxi (inkluż l-imgħax akkumulat rilevanti fuq ċedoli tal-Core-Tier 1 u tariffi tal-primjum ta’ ħruġ).

(h)

Il-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom li ING għandha toqgħod lura mill-kummerċjalizzazzjoni tal-massa li tuża l-miżura ta’ rikapitalizzazzjoni bħala vantaġġ f’termini kompetittivi.

(i)

Il-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom li ING għandha żżomm ir-restrizzjonijiet fuq il-politiki tagħha ta’ remunerazzjoni u attivitajiet kummerċjali kif impenjat ruħha preċedentement skont il-ftehim li jikkonċernaw it-titoli tal-Core-Tier 1 u faċilità ta’ sostenn ta’ assi mhux likwidi.

(j)

ING u l-Pajjiżi l-Baxxi jimpenjaw ruħhom li r-rapport tal-progress dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar għandu jkun ipprovdut kull sitt xhur lill-Kummissjoni mid-data ta’ din id-Deċiżjoni.

(k)

L-awtoritajiet Olandiżi jimpenjaw ruħhom li l-eżekuzzjoni totali tar-ristrutturar tal- ING għandha tkun kompluta qabel it-tmiem tal-2013.


(1)  […]

(2)  B’mod partikolari, kull meta divestiment ikun imwettaq minn proċess tal-OPI li jkun beda u jkun sar tqegħid tal-ishma sinifikanti (30 % jew iktar) qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ divestiment, il-Kummissjoni (wara konsultazzjoni mal-Pajjiżi l-Baxxi, ING u l-Fiduċjarju) għandha tikkunsidra b’mod attiv tippermettix lill-entità iktar ħin biex tqiegħed l-ishma li jibqa’.

(3)  Huwa aċċettat li fiduċjarji differenti jistgħu jinħatru fir-rigward ta’ reġjuni u/jew negozji differenti.

(4)  […]

(5)  Sakemm ikun ċar li dik il-parti tar-rikavati tal-ħruġ ta’ ishma bi dritt tkun użata għal pagamenti ta’ ċedoli.

(6)  Ara l-paragrafu 26 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-ritorn għall-vijabbiltà u l-valutazzjoni tal-miżuri ta’ ristrutturar fis-settur finanzjarju fil-kriżi attwali skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat (Komunikazzjoni tar-Ristrutturar).