28.9.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 253/54


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/573/PESK

tas-27 ta’ Settembru 2010

li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-25 ta’ Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2008/160/PESK li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra t-tmexxija tar-reġjun Transnistrijan tar-Repubblika tal-Moldova (1). Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/105/PESK (2), dawk il-miżuri restrittivi kienu estiżi sas-27 ta' Frar 2011 iżda l-applikazzjoni tagħhom kienet sospiża sat-30 ta' Settembru 2010.

(2)

Abbażi ta' eżami mill-ġdid tal-Pożizzjoni Komuni 2008/160/PESK, il-miżuri restrittivi għandhom jiġu estiżi sat-30 ta' Settembru 2011.

(3)

Madankollu, sabiex jitħeġġeġ il-progress fil-kisba ta' ftehim politiku għall-konflitt Transnistrijan, fl-indirizzar tal-problemi pendenti tal-iskejjel li jgħallmu bil-kitba Latina u fir-restawr tal-libertà ta' moviment tal-persuni, il-miżuri restrittivi għandhom ikunu sospiżi sal-31 ta' Marzu 2011. Fi tmiem dak il-perijodu, il-Kunsill għandu jirrevedi l-miżuri restrittivi fid-dawl tal-iżviluppi, b'mod partikolari fl-oqsma msemmija hawn fuq. Il-Kunsill jista' jiddeċiedi li japplika mill-ġdid jew ineħħi r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar fi kwalunkwe ħin.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fi, jew it-transitu fit-territorji tagħhom tal-persuni li huma responsabbli:

(i)

għall-prevenzjoni tal-progress lejn il-wasla għal soluzzjoni politika tal-konflitt Transnistrijan fir-Repubblika tal-Moldova, kif elenkat fl-Anness I;

(ii)

għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-kampanja ta’ intimidazzjoni u għeluq kontra l-iskejjel Moldavi li jħaddnu l-alfabet Ruman fir-reġjun Transnistrjan tar-Repubblika Moldava, kif elenkati fl-Anness II.

2.   Il-paragrafu 1 mhux ser jobbliga lil Stat Membru jirrifjuta liċ-ċittadini tiegħu stess fit-territorju tiegħu.

3.   Il-Paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru huwa marbut b'obbligu taliġi internazzjonali, jiġifieri:

(i)

bħala pajjiż ospitanti għal organizzjoni internazzjonali intergovernattiva;

(ii)

bħala pajjiż ospitanti għal konferenza internazzjonali mlaqqa' minn, jew taħt l-awspiċju tan-Nazzjonijiet Uniti; jew

(iii)

taħt ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet;

jew

(iv)

taħt it-Trattat ta' Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt tal-Lateran) konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

4.   Il-paragrafu 3 għandu jitqies li japplika wkoll f'każijiet fejn Stat Membru ikun pajjiż ospitanti tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Koperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

5.   Il-Kunsill għandu jkun debitament informat fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafi 3 jew 4.

6.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti fil-paragrafu 1 fejn l-ivvjaġġar huwa ġġustifikat fuq raġunijiet ta’ ħtieġa urġenti umanitarja, jew fuq raġunijiet ta’ attendenza f'laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi mill-Unjoni Ewropea, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza attwali tal-OSKE, fejn jitmexxa djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fir-Repubblika tal-Moldova.

7.   Stat Membru li jixtieq jagħti eżenzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 6 għandu jinnotifika bil-miktub lill-Kunsill. L-eżenzjoni għandha titqies bħala mogħtija dment li Membru wieħed jew aktar tal-Kunsill ma jqajjimx oġġezzjoni bil-miktub fi żmien jumejn ta' ħidma minn meta tiġi rċevuta n-notifika tal-eżenzjoni proposta. Fil-każ li membru tal-Kunsill wieħed jew aktar iqajjem oġġezzjoni, il-Kunsill, li jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.

8.   F’każijiet fejn skont il-paragrafi 3, 4, 6 u 7, Stat Membru jawtorizza d-dħul, jew it-transitu, fit-territorju tiegħu ta’ persuni elenkati fl-Anness I u II, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih tingħata u lill-persuni konċernati minnha.

Artikolu 2

Il-Kunsill għandu jadotta modifiki għal-listi li jinsabu fl-Anness I u l-Anness II kif meħtieġ minn żviluppi politiċi fir-Repubblika tal-Moldova.

Artikolu 3

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/105/PESK hija b'dan imħassra.

Artikolu 4

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sat-30 ta' Settembru 2011. Hija għandha tkun riveduta kontinwament. Hija tista tiġi mġedda, jew emendata kif adegwat, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.

3.   Il-miżuri restrittivi previsti f'din id-Deċiżjoni għandhom ikunu sospiżi sal-31 ta' Marzu 2011. Fi tmiem dak il-perijodu l-Kunsill għandu jirrevedi l-miżuri restrittivi.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Settembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

K. PEETERS


(1)  ĠU L 51, 26.2.2008, p. 23.

(2)  ĠU L 46, 23.2.2010, p. 3.


ANNESS I

Lista ta' persuni msemmijin fl-Artikolu 1(1)(i)

1.

SMIRNOV, Igor Nikolayevich, “President”, imwieled fit-23 ta’ Ottubru 1941 f’Khabarovsk, il-Federazzjoni Russa, passaport Russu Nru 50No0337530.

2.

SMIRNOV, Vladimir Igorevich, iben in-Nru 1 u “President tal-Kumitat Doganali tal-Istat”, imwieled fit-3 ta’ April 1961 f’Kupiansk, Kharkovskaya oblast jew Novava Kakhovka, Khersonskaya oblast, l-Ukraina, passaport Russu Nru 50No00337016.

3.

SMIRNOV, Oleg Igorevich, iben in-Nru 1 u “Konsulent tal-Kumitat Doganali Statali”, “Membru tas-Sovjet Suprem”, imwieled fit-8 ta' Awwissu 1967 f'Novaya Kakhovka, Khersonskaya oblast, l-Ukraina, passaport Russu Nru 60No190737.

4.

LITSKAI, Valery Anatolyevich, dak li qabel kien “Ministru għall-Affarijiet Barranin”, imwieled fit-13 ta’ Frar 1949 fi Tver, il-Federazzjoni Russa, passaport Russu Nru 51No0076099, maħruġ fid-9 ta’ Awwissu 2000.

5.

KHAZHEYEV, Stanislav Galimovich, “Ministru tad-Difiża”, imwieled fit-28 ta’ Diċembru 1941 f’Chelyabinsk, il-Federazzjoni Russa.

6.

ANTYUFEYEV, Vladimir Yuryevich, magħruf ukoll bħala SHEVTSOV, Vadim, “Ministru għas-Sigurtà tal-Istat”, imwieled fl-1951 f’Novosibirsk, il-Federazzjoni Russa, passaport Russu.

7.

KOROLYOV, Alexandr Ivanovich, “Viċi-President”, imwieled fl-24 ta Ottubru 1958 fi Wroclaw, il-Polonja, passaport Russu.

8.

BALALA, Viktor Alekseyevich, dak li qabel kien “Ministru tal-Ġustizzj”, imwieled fl-1961 f'Vinnitsa, l-Ukraina.

9.

GUDYMO, Oleg Andreyevich, “Membru tas-Sovjet Suprem”, “President tal-Kumitat dwar is-Sigurtà, id-Difiża u ż-Żamma tal-Paċi tas-Sovjet Suprem”, dak li qabel kien “Viċi-Ministru għas-Sigurtà”, imwieled fil-11 ta' Settembru 1944 f'Alma-Ata, il-Kazakistan, passaport Russu Nru 51No0592094.

10.

KRASNOSELSKY, Vadim Nikolayevich, “Ministru tal-Affarijiet Interni”, imwieled fl-14 ta' April 1970, Dauriya, Zabaykalskyi rayon, Chitinskaya oblast, il-Federazzjoni Russa.

11.

ATAMANIUK, Vladimir, “Deputat Ministru tad-Difiża”.


ANNESS II

Lista ta' persuni msemmijin fl-Artikolu 1(1)(ii)

1.

MAZUR, Igor Leonidovich, “Kap tal-Amministrazzjoni tal-Istat f’Dubossary Rayon”, imwieled fid-29 ta’ Jannar 1967 f’Dubossary, ir-Repubblika tal-Moldova.

2.

PLATONOV, Yuri Mikhailovich, magħruf bħala Yury PLATONOV, “Kap tal-Amministrazzjoni tal-Istat fi Rybnitsa Rayon u Rybnitsa City” imwieled fis-16 ta’ Jannar 1948 fi Klimkovo, Poddorsky rayon, Novgorodskaya oblast, passaport Russu Nru 51No0527002, maħruġ milll-Ambaxxata Russa f’Chisinau fl-4 ta’ Mejju 2001.

3.

CHERBULENKO, Alla Viktorovna, “Deputat Kap tal-Amministrazzjoni tal-Istat ta’ Rybnitsa”, responsabbli għal affarijiet ta’ edukazzjoni.

4.

KOGUT, Vecheslav Vasyilevich, “Kap tal-Amministrazzjoni tal-Istat f’Bender”, imwieled fis-16 ta’ Frar 1950 f’Taraclia, Chadir-Lunga rayon, Repubblika tal-Moldova.

5.

KOSTIRKO, Viktor Ivanovich, “Kap tal-Amministrazzjoni tal-Istat f’Tiraspol”, imwieled fl-24 ta’ Mejju 1948, Komsomolsk na Amure, Habarovsky kray, il-Federazzjoni Russa.