|
31.8.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 228/74 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tas-26 ta’ Awwissu 2010
dwar l-importazzjonijiet ta' semen, ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina fl-Unjoni
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 5780)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/472/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ ta’, u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa tal-annimali meħtieġa f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari fl-Artikolu 17(2)(b), l-Artikolu 17(3), l-ewwel inċiż tal-Artikolu 18(1), u l-frażi introduttorja u l-punt (b) tal-Artikolu 19 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 95/65/KEE tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw l-importazzjonijiet fl-Unjoni ta' semen, ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina (“il-prodotti”). Skont din id-Direttiva, jistgħu jiġu importati fl-Unjoni biss il-prodotti li ġejjin minn pajjiż terz inkluż fil-lista ta' pajjiżi terzi mfassla skont dik id-Direttiva u akkumpanjati b'ċertifikat tas-saħħa li jikkorrispondi għall-mudell imfassal skont dik id-Direttiva. Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jiċċertifika li l-prodotti ġejjin minn ċentri approvati ta' ġbir u ħażna u timijiet ta' ġbir u produzzjoni li joffru garanziji tal-inqas ekwivalenti għal dawk stabbiliti fl-Anness D(I) ta' dik id-Direttiva. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/635/KE tat-22 ta' Lulju 2008 dwar importazzjonijiet ta’ semen, ova u embrijuni tal-ispeċi ovini u kaprini fil-Komunità fir-rigward ta’ listi ta’ pajjiżi terzi u ta’ ċentri tal-ġbir tas-semen u timijiet tal-ġbir tal-embrijuni, u rekwiżiti ta’ ċertifikazzjoni (2), bħalissa tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jridu jawtorizzaw l-importazzjonijiet tal-prodotti. |
|
(3) |
Id-Direttiva 92/65/KEE, kif emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 2008/73/KE (3), introduċiet proċedura simplifikata għall-elenkar taċ-ċentri tal-ġbir u l-ħażna tas-semen u t-timijiet tal-ġbir u l-produzzjoni tal-embrijuni f'pajjiżi terzi, approvati għall-importazzjonijiet tal-prodotti fl-Unjoni. |
|
(4) |
Barra minn hekk, l-Anness D tad-Direttiva 92/65/KEE, kif emendata mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 176/2010 (4), jistabbilixxi ċerti rekwiżiti ġodda għall-prodotti li għandhom japplikaw mill-1 ta' Settembru 2010. Dan jintroduċi regoli dwar iċ-ċentri ta' ħażna tas-semen u kundizzjonijiet dettaljati għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tagħhom. Hu jistabbilixxi wkoll kundizzjonijiet dettaljati għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tat-timijiet ta' ġbir u produzzjoni tal-embrijuni, għall-ġbir u l-ipproċessar ta' embrijuni derivati in vivo u l-produzzjoni u l-ipproċessar ta' embrijuni fertilizzati in vitro u embrijuni mikromanipulati. Hu jemenda wkoll il-kundizzjonijiet li jridu jiġu applikati għall-annimali donaturi tas-semen, l-ova u l-embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina. |
|
(5) |
Skont dan, jinħtieġ li jiġu stabbiliti ċertifikati tas-saħħa ġodda għall-importazzjoni fl-Unjoni tal-prodotti, filwaqt li jitqiesu l-emendi li saru fid-Direttiva 92/65/KEE mid-Direttiva 2008/73/KE u r-Regolament (UE) Nru 176/2010. |
|
(6) |
Barra minn hekk, hu xieraq li kunsinji tal-prodotti importati fl-Unjoni mill-Isvizzera jkunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa mfassal skont il-mudelli użati għall-kummerċ fl-Unjoni fis-semen, l-ova u l-embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina stipulati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/470/UE tas-26 ta’ Awwissu 2010 li tistabbilixxi mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-ispeċi ekwina, ovina u kaprina u fl-ova u fl-embrijuni ta' annimali tal-ispeċi porċina (5), bl-addattamenti stipulati fil-punt 7 tal-Kapitolu IX(B) tal-Appendiċi 2 tal-Anness 11 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fil-Prodotti Agrikoli, kif approvat bid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill, u tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika tal-4 ta' April 2002 dwar il-konklużjoni ta' seba' Ftehimiet mal-Konfederazzjoni Svizzera (6). |
|
(7) |
Fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom jitqiesu r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni speċifiċi u tal-attestazzjonijiet tal-mudell tas-saħħa li jistgħu jiġu stabbiliti skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Kanada dwar miżuri sanitarji biex titħares is-saħħa pubblika u tal-annimali fir-rigward tal-kummerċ fl-annimali ħajjin u l-prodotti tal-annimali (7), kif approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/201/KE (8). |
|
(8) |
Fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom jitqiesu wkoll ir-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni speċifiċi u tal-attestazzjonijiet tal-mudell tas-saħħa li jistgħu jiġu stabbiliti skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u n-New Zealand dwar miżuri sanitarji applikabbli għall-kummerċ fl-annimali ħajjin u l-prodotti tal-annimali (9), kif approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/132/KE (10). |
|
(9) |
Fl-interess taċ-ċarezza u l-konsistenza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, id-Deċiżjoni 2008/635/KE għandha tiġi rrevokata u sostitwita minn din id-Deċiżjoni. |
|
(10) |
Sabiex jiġi evitat kull tip ta' tħarbit fil-kummerċ, l-użu ta' ċertifikati tas-saħħa maħruġa skont id-Deċiżjoni 2008/635/KE għandu jkun awtorizzat matul perjodu tranżitorju, suġġett għal ċerti kundizzjonijiet. |
|
(11) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni fl-Unjoni ta' kunsinji ta' semen, ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina.
Din tistabbilixxi rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni għall-importazzjoni ta' dawk il-prodotti fl-Unjoni.
Artikolu 2
Importazzjonijiet tas-semen
L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta' kunsinji ta' semen ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina sakemm dawn jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
ikunu ġejjin minn pajjiż terz jew partijiet mit-territorju tiegħu elenkat fl-Anness I; |
|
(b) |
ikunu ġejjin minn ċentru ta' ġbir jew ħażna tas-semen approvat elenkat skont l-Artikolu 17(3)(b) tad-Direttiva 92/65/KEE; |
|
(c) |
ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa mfassal skont il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa li ġejjin, stipulati fil-Parti 2 tal-Anness II, u mimli skont in-noti ta' spjegazzjoni stipulati fil-Parti 1 ta' dak l-Anness:
Madankollu, fejn hemm stabbiliti rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni speċifiċi fi ftehimiet bilaterali bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi, dawk ir-rekwiżiti għandhom japplikaw. |
|
(d) |
ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fiċ-ċertifikati tas-saħħa msemmija fil-punt (c). |
Artikolu 3
Importazzjonijiet tal-ova u l-embrijuni
L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet ta' kunsinji ta' ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina sakemm dawn jikkonformaw mal-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
(a) |
ikunu ġejjin minn pajjiż terz jew partijiet mit-territorju tiegħu elenkat fl-Anness III; |
|
(b) |
ikunu ġejjin minn tim ta' ġbir jew produzzjoni ta' embrijuni approvat skont l-Artikolu 17(3)(b) tad-Direttiva 92/65/KEE; |
|
(c) |
ikunu akkumpanjati minn ċertifikat tas-saħħa mfassal skont il-mudell stipulat fil-Parti 2 tal-Anness IV, u mimli skont in-noti ta' spjegazzjoni stipulati fil-Parti 1 ta' dak l-Anness. Madankollu, fejn hemm stabbiliti rekwiżiti ta' ċertifikazzjoni speċifiċi fi ftehimiet bilaterali bejn l-Unjoni u l-pajjiżi terzi, dawk ir-rekwiżiti għandhom japplikaw. |
|
(d) |
ikunu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fiċ-ċertifikat tas-saħħa msemmija fil-punt (c). |
Artikolu 4
Kundizzjonijiet ġenerali dwar it-trasport ta' kunsinji ta' semen, ova u embrijuni lejn l-Unjoni
1. Il-kunsinji ta' semen, ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina, ma għandhomx jiġu trasportati fl-istess kontenitur bħal kunsinji oħra ta' semen, ova u embrijuni li:
|
(a) |
mhumiex maħsuba għad-dħul fl-Unjoni, jew |
|
(b) |
huma ta’ status ta' saħħa inferjuri. |
2. Waqt it-trasport lejn l-Unjoni Ewropea, il-kunsinji ta' semen, ova u embrijuni għandhom jitpoġġew f'kontenituri magħluqa u ssiġillati u s-siġill ma għandux jinkiser waqt it-trasport.
Artikolu 5
Revoka
Id-Deċiżjoni 2008/635/KE hija revokata.
Artikolu 6
Dispożizzjonijiet tranżitorji
Għal perjodu tranżitorju sal-31 ta' Awwissu 2011, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi ta' stokkijiet tal-prodotti li ġejjin:
|
(a) |
semen ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina li nġabar, ġie pproċessat u maħżun skont id-Direttiva 92/65/KEE sal-31 ta' Awwissu 2010 u li hu akkumpanjat b'ċertifikat tas-saħħa maħruġ mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju 2011 skont il-mudell stipulat fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2008/635/KE. |
|
(b) |
ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina li nġabru, ġew ipproċessati u maħżuna skont id-Direttiva 92/65/KEE sal-31 ta' Awwissu 2010 u li huma akkumpanjati b'ċertifikat tas-saħħa maħruġ mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju 2011 skont il-mudell stipulat fl-Anness VI tad-Deċiżjoni 2008/635/KE. |
Artikolu 7
Applikabbiltà
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Settembru 2010.
Artikolu 8
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Awwissu 2010.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.
(2) ĠU L 206, 2.8.2008, p. 17.
(3) ĠU L 219, 14.8.2008, p. 40.
(5) Ara paġna tal- 15 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
ANNESS I
Lista ta’ pajjiżi terzi u partijiet mit-territorji tagħhom li minnhom l-Istati Membri jridu jawtorizzaw il-kunsinji tas-semen ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina
|
Kodiċi ISO |
Isem il-pajjiż terz |
Rimarki |
|
|
Deskrizzjoni tat-territorju (jekk ikun il-każ) |
Garanziji addizzjonali |
||
|
AU |
L-Awstralja |
|
Il-garanziji addizzjonali fir-rigward tal-ittestjar stabbilit fil-punti II.4.9 u II.4.10 taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fit-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness II huma obbligatorji. |
|
CA |
Il-Kanada |
It-territorju kif deskritt fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (1). |
Il-garanzija addizzjonali fir-rigward tal-ittestjar stabbilit fil-punti II.4.9 taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fit-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness II hija obbligatorja. |
|
CH |
L-Isvizzera (2) |
|
|
|
CL |
Iċ-Ċilì |
|
|
|
GL |
Greenland |
|
|
|
HR |
Il-Kroazja |
|
|
|
IS |
L-Islanda |
|
|
|
NZ |
In-New Zealand |
|
|
|
PM |
Saint Pierre u Miquelon |
|
|
|
US |
L-Istati Uniti |
|
Il-garanzija addizzjonali fir-rigward tal-ittestjar stabbilit fil-punti II.4.9 taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fit-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness II hija obbligatorja. |
(2) Ċertifikati skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli kif approvat mid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill, u tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika tal-4 ta' April 2002 dwar il-konklużjoni ta' seba’ Ftehimiet mal-Federazzjoni Svizzera (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).
ANNESS II
PARTI 1
Noti ta' spjegazzjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni
|
(a) |
Iċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom jinħarġu mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz esportatur, skont il-mudell stipulat fil-Parti 2 tal-Anness II.
Jekk l-Istat Membru destinatarju jitlob rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni addizzjonali, l-attestazzjonijiet li jiċċertifikaw li dawk ir-rekwiżiti huma sodisfatti għandhom jiġu inkorporati wkoll fil-formola oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa. |
|
(b) |
L-oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jkun magħmul minn folja waħda, jew, fejn ikun meħtieġ aktar test, għandu jkun f'tali forma li l-folji kollha meħtieġa jiffurmaw ċertifikat sħiħ integrat li ma jkunx diviżibbli. |
|
(c) |
Fejn il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa jgħid li ċerti dikjarazzjonijiet għandhom jinżammu kif xieraq, dikjarazzjonijiet li ma jkunux rilevanti, jistgħu jinqatgħu u jitniżżlu l-inizjali u t-timbru mill-uffiċjal taċ-ċertifikazzjoni, jew jitħassru kompletament miċ-ċertifikat. |
|
(d) |
Iċ-ċertifikat ta' saħħa għandu jitħejja f’mill-inqas waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tal-istazzjon ta' spezzjoni tal-fruntiera ta' introduzzjoni tal-kunsinja fl-Unjoni Ewropea u tal-Istat Membru ta' destinazzjoni. Madanakollu, dawk l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li ċ-ċertifikat jitħejja bil-lingwa uffiċjali ta’ Stat Membru ieħor u jekk meħtieġ ikun akkumpanjat minn traduzzjoni uffiċjali. |
|
(e) |
Jekk għal raġunijiet ta’ identifikazzjoni tal-oġġetti tal-kunsinja (skeda fil-Kaxxa I.28 tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa), jiġu mehmuża folji addizzjonali maċ-ċertifikat tas-saħħa, dawn il-folji għandhom jitqiesu wkoll li jiffurmaw parti miċ-ċertifikat oriġinali tas-saħħa bl-applikazzjoni tal-firma u t-timbru tal-uffiċjal li jiċċertifika, fuq kull paġna. |
|
(f) |
Meta ċ-ċertifikat tas-saħħa, inklużi l-iskedi addizzjonali msemmija f'(e), ikun fih aktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tkun innumerata (numru tal-paġna) ta' (numru totali ta' paġni), fil-qiegħ tal-paġna u għandu jkollu n-numru ta' ċertifikat ta' referenza li ngħata mill-awtorità kompetenti fuq nett tal-paġni. |
|
(g) |
Il-verżjoni oriġinali taċ-ċertifikat ta' saħħa għandha timtela u tiġi ffirmata minn veterinarju uffiċjali fl-aħħar jum tax-xogħol qabel issir it-tagħbija tal-kunsinja għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea. L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz esportatur għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE (1) jiġu segwiti.
Il-lewn tal-firma u tat-timbru tal-veterinarju uffiċjali għandu jkun differenti minn dak tat-tipa stampata fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa. L-istess regola tapplika għat-timbri minbarra dawk ibbuzzati jew bil-marka tal-ilma. |
|
(h) |
L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa jrid jakkumpanja l-kunsinja sakemm tasal fl-istazzjon ta' spezzjoni fil-fruntiera ta' introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea. |
|
(i) |
In-numru ta' ċertifikat ta' referenza msemmi fil-Kaxxa I.2 u l-Kaxxa II.a tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz esportatur. |
PARTI 2
Mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa għall-importazzjonijiet ta' kunsinji tas-semen ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina
Taqsima A
|
MUDELL 1 – |
Ċertifikat tas-saħħa għas-semen mibgħut minn ċentru ta' ġbir tas-semen approvat tal-oriġini tas-semen |
Taqsima B
|
MUDELL 2 – |
Ċertifikat tas-saħħa għas-semen mibgħut minn ċentru ta' ħażna tas-semen approvat |
ANNESS III
Lista ta’ pajjiżi terzi u partijiet mit-territorji tagħhom li minnhom l-Istati Membri jridu jawtorizzaw il-kunsinji ta' ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina
|
Kodiċi ISO |
Isem il-pajjiż terz |
Rimarki |
|
|
Deskrizzjoni tat-territorju (jekk ikun il-każ) |
Garanziji addizzjonali |
||
|
AU |
L-Awstralja |
|
Il-garanziji addizzjonali fir-rigward tal-ittestjar stabbilit fil-punti II.2.6 u II.2.7 taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness IV huma obbligatorji. |
|
CA |
Il-Kanada. |
It-territorju kif deskritt fil-Parti 1 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (1) kif emendat l-aħħar. |
Il-garanzija addizzjonali fir-rigward tal-ittestjar stabbilit fil-punt II.2.7 taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness IV hija obbligatorja. |
|
CH |
L-Isvizzera (2) |
|
|
|
CL |
Iċ-Ċilì |
|
|
|
GL |
Greenland |
|
|
|
HR |
Il-Kroazja |
|
|
|
IS |
L-Islanda |
|
|
|
NZ |
In-New Zealand |
|
|
|
PM |
Saint Pierre u Miquelon |
|
|
|
US |
L-Istati Uniti |
|
Il-garanzija addizzjonali fir-rigward tal-ittestjar stabbilit fil-punt II.2.7 taċ-ċertifikat tas-saħħa stabbilit fil-Parti 2 tal-Anness IV hija obbligatorja. |
(2) Ċertifikati skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar il-kummerċ fi prodotti agrikoli kif approvat mid-Deċiżjoni 2002/309/KE, Euratom tal-Kunsill, u tal-Kummissjoni fir-rigward tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni Xjentifika u Teknoloġika tal-4 ta' April 2002 dwar il-konklużjoni ta' seba' Ftehimiet mal-Federazzjoni Svizzera (ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132).
ANNESS IV
PARTI 1
Noti ta' spjegazzjoni dwar iċ-ċertifikazzjoni
|
(a) |
Iċ-ċertifikati tas-saħħa għandhom jinħarġu mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz esportatur, skont il-mudell stipulat fil-Parti 2 tal-Anness IV.
Jekk l-Istat Membru destinatarju jitlob rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni addizzjonali, l-attestazzjonijiet li jiċċertifikaw li dawk ir-rekwiżiti huma sodisfatti għandhom jiġu inkorporati wkoll fil-formola oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa. |
|
(b) |
L-oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jkun magħmul minn folja waħda, jew, fejn huwa meħtieġ aktar test, għandu jkun f'tali forma li l-folji kollha meħtieġa jiffurmaw ċertifikat sħiħ integrat li ma jkunx diviżibbli. |
|
(c) |
Fejn il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa jgħid li ċerti dikjarazzjonijiet għandhom jinżammu kif xieraq, dikjarazzjonijiet li ma jkunux rilevanti, jistgħu jinqatgħu u jitniżżlu l-inizjali u t-timbru mill-uffiċjal taċ-ċertifikazzjoni, jew jitħassru kompletament miċ-ċertifikat. |
|
(d) |
Iċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jitħejja f’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru tal-istazzjon ta' spezzjoni tal-fruntiera ta' introduzzjoni tal-kunsinja fl-Unjoni Ewropea u tal-Istat Membru ta' destinazzjoni. Madanakollu, dawk l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw li ċ-ċertifikat jitħejja bil-lingwa uffiċjali ta’ Stat Membru ieħor u jekk meħtieġ ikun akkumpanjat minn traduzzjoni uffiċjali. |
|
(e) |
Jekk għal raġunijiet ta’ identifikazzjoni tal-oġġetti tal-kunsinja (skeda fil-Kaxxa I.28 tal-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa), jiġu mehmuża folji addizzjonali maċ-ċertifikat tas-saħħa, dawn il-folji għandhom jitqiesu wkoll bħala li jiffurmaw parti miċ-ċertifikat oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa bl-applikazzjoni tal-firma u t-timbru tal-uffiċjal li jiċċertifika, fuq kull paġna. |
|
(f) |
Meta ċ-ċertifikat tas-saħħa, inklużi l-iskedi addizzjonali msemmija f'(e), ikun fih aktar minn paġna waħda, kull paġna għandha tkun innumerata (numru tal-paġna) ta' (numru totali ta' paġni), fil-qiegħ tal-paġna u għandu jkollu n-numru ta' ċertifikat ta' referenza li ngħata mill-awtorità kompetenti fuq nett tal-paġni. |
|
(g) |
Il-verżjoni oriġinali taċ-ċertifikat tas-saħħa għandha timtela u tiġi ffirmata minn veterinarju uffiċjali fl-aħħar jum tax-xogħol qabel issir it-tagħbija tal-kunsinja għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea. L-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiż terz esportatur għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti taċ-ċertifikazzjoni ekwivalenti għal dawk stipulati fid-Direttiva tal-Kunsill 96/93/KE (1) jiġu segwiti.
Il-lewn tal-firma u tat-timbru tal-veterinarju uffiċjali għandu jkun differenti minn dak tat-tipa stampata fuq iċ-ċertifikat tas-saħħa. L-istess regola tapplika għat-timbri minbarra dawk ibbuzzati jew bil-marka tal-ilma. |
|
(h) |
L-oriġinal taċ-ċertifikat tas-saħħa jrid jakkumpanja l-kunsinja sakemm tasal fl-istazzjon ta' spezzjoni fil-fruntiera ta' introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea. |
|
(i) |
In-numru ta' ċertifikat ta' referenza msemmi fil-Kaxxa I.2 u l-Kaxxa II.a il-mudell taċ-ċertifikat tas-saħħa għandu jinħareġ mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż terz esportatur. |
PARTI 2
Mudelli taċ-ċertifikat tas-saħħa għall-importazzjonijiet ta' kunsinji ta' ova u embrijuni ta' annimali tal-ispeċi ovina u kaprina