12.8.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 211/32


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/444/PESK

tal-11 ta’ Awwissu 2010

li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea f’dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (FYROM)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28, 31(2) u 33 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fis-17 ta’ Ottubru 2005, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/724/PESK (1) li taħtar lis-Sur Erwan FOUÉRÉ bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (minn hawn ’il quddiem “ir-RSUE”) f’dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (FYROM).

(2)

Fis-16 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/156/PESK (2) li testendi l-mandat tar-RSUE sal-31 ta’ Awwissu 2010.

(3)

Il-mandat tar-RSUE għandu jiġi estiż sat-28 ta’ Frar 2011 jew sakemm il-Kunsill jiddeċiedi, fuq proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (minn hawn ’il quddiem “ir-RGħ”), li funzjonijiet adatti korrispondenti għal dawk skont id-Deċiżjoni 2010/156/PESK ġew stabbiliti fis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u jtemm il-mandat.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/156/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

(1)

L-Artikolu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 1

Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea

Il-mandat tas-Sur Erwan FOUÉRÉ bħala r-RSUE f’dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja huwa b’dan estiż sat-28 ta’ Frar 2011 jew sakemm il-Kunsill jiddeċiedi, fuq proposta mir-RG, li funzjonijiet adatti korrispondenti għal dawk skont id-Deċiżjoni attwali ġew stabbiliti fis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u jtemm il-mandat.”;

(2)

L-Artikolu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Finanzjament

1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta’ April 2010 sal-31 ta’ Awwissu 2010 għandu jkun ta’ EUR 340 000.

2.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE għall-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2010 sat-28 ta’ Frar 2011 għandu jkun ta’ EUR 310 000.

3.   In-nefqa għandha tiġi amministrata skont il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni.

4.   L-amministrazzjoni tan-nefqa għandha tkun soġġetta għal kuntratt bejn ir-RSUE u l-Kummissjoni. Ir-RSUE għandu jkun responsabbli quddiem il-Kummissjoni għan-nefqa kollha.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brusell, il-11 ta’ Awwissu 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

S. VANACKERE


(1)  ĠU L 272, 18.10.2005, p. 26.

(2)  ĠU L 67, 17.3.2010, p. 6.