|
31.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 199/29 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/424/PESK
tas-26 ta’ Lulju 2010
li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28 u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fil-15 ta’ Settembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (1). |
|
(2) |
L-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK kienet estiża l-aħħar bl-Azzjoni Konġunta 2009/572/PESK (2) sal-14 ta’ Settembru 2010. L-ammont finanzjarju ta’ referenza previst biex tkun koperta n-nefqa relatata mal-EUMM Georgia sa dik id-data ġie stabbilit għal EUR 49 600 000. L-ammont finanzjarju ta’ referenza għandu jiżdied b’ EUR 2 500 000 sabiex jippermetti għall-ħtiġiet operattivi addizzjonali tal-Missjoni. |
|
(3) |
L-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 14(1) tal-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK huwa hawnhekk sostitwit b’dan li ġej:
“1. L-ammont finanzjarju ta’ referenza intenzjonat sabiex tkun koperta n-nefqa relatata mal-Missjoni għandu jkun ta’ EUR 52 100 000 .”
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON