22.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 189/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta’ Lulju 2010
dwar il-Miri Komuni tas-Sigurtà kif imsemmi fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/49/KE
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 4889)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/409/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 fuq is-sigurtà tal-linji tal-ferrovija tal-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 95/18/KE fuq l-għoti tal-licenzi tal-impriżi tal-linji tal-ferrovija u d-Direttiva 2001/14/KE fuq l-allokazzjoni tal-kapacità tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u l-intaxxar tal-piżijiet għall-użu tal-infrastruttura tal-linji tal-ferrovija u ċ-ċertifikazzjoni tas-sigurtà (Id-Direttiva tas-Sigurtà tal-Linji tal-Ferrovija) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-rakkomandazzjoni tal-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea dwar l-ewwel sett ta’ Miri Komuni tas-Sigurtà, li ġew ippreżentati lill-Kummissjoni fit-18 ta’ Settembru 2009,
Billi:
(1) |
Skont id-Direttiva 2004/49/KE, Miri Komuni tas-Sigurtà (CSTs), għandhom jiddaħħlu gradwalment sabiex jiżguraw li jinżamm livell għoli ta’ sigurtà kif ukoll jittejjeb kull meta u fejn meħtieġ u raġonevolment prattikabbli. Għandhom jipprovdu l-għodda għall-valutazzjoni tal-livell ta’ sigurtà u l-prestazzjoni tal-operaturi fil-livell tal-Unjoni kif ukoll fl-Istati Membri. |
(2) |
L-Artikolu 3(e) tad-Direttiva 2004/49/KE jiddefinixxi s-CSTs bħala livelli ta’ sigurtà li għandhom tal-anqas jintlaħqu minn partijiet differenti tas-sistema tal-linji tal-ferrovija (bħalma hi s-sistema konvenzjonali tal-linji tal-ferrovija, is-sistema tal-linji tal-ferrovija b’veloċità għolja, mini twal tal-linji tal-ferrovija jew linji li jintużaw esklussivament għat-trasport tal-merkanzija) u mis-sistema sħiħa, espressi bħala kriterji ta’ aċċettazzjoni tar-riskji. Madakollu, il-Premessa 7 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/460/KE tal-5 ta’ Ġunju 2009 dwar l-adozzjoni ta’ metodu komuni ta’ sikurezza għall-valutazzjoni tal-ilħiq tal-miri tas-sikurezza, kif imsemmi fl-Artikolu 6 tad-Direttiva 2004/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), jgħid li, minħabba n-nuqqas ta’ dejta armonizzata u affidabbli dwar il-prestazzjoni tas-sigurtà ta’ partijiet tas-sistema tal-linji tal-ferrovija li jintużaw fl-Istati Membri differenti, l-iżvilupp tal-ewwel sett ta’ CSTs għal partijiet tas-sistema tal-linji tal-ferrovija (bħas-sistema konvenzjonali tal-linji tal-ferrovija, is-sistema tal-linji tal-ferrovija b’veloċità għolja, mini twal tal-linji tal-ferrovoja jew linji li jintużaw esklussivament għat-trasport tal-merkanzija) mhuwiex vijabbli. |
(3) |
L-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2004/49/KE jeżiġi li l-ewwel sett ta’ CSTs għandu jkun abbażi ta’ studju tal-miri u l-prestazzjoni tas-sigurtà eżistenti tas-sistemi tal-linji tal-ferrovija fl-Istati Membri. Skont il-metodoloġija stabbilita mid-Deċiżjoni 2009/460/KE, l-ewwel sett ta’ CSTs irid ikun abbażi tal-Valuri Nazzjonali ta’ Referenza (NRVs). Dan ġie kkalkulat permezz ta’ serje ta’ dejta bbażata fuq ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar l-istatistika tat-trasport bil-ferrovija (3) u pprovdut mill-Eurostat fis-6 ta’ Marzu 2009 għall-perjodu 2004-2007. Għal kull kategorija ta’ riskju tal-linji tal-ferrovija, il-livell massimu tollerabbli ta’ riskju għal Stat Membru għandu jkun (1) l-NRV jekk l-NRV huwa daqs jew anqas mis-CST korrispondenti jew (2) s-CST jekk l-NRV huwa ogħla mill-CST korrispondenti, skont it-Taqsima 3 tal-Anness għad-Deċiżjoni 2009/460/KE. |
(4) |
L-ewwel sett ta’ CSTs għandu jitqies bħala l-ewwel pass fi proċess. B’dan l-ewwel sett, qiegħed jinħoloq qafas armonizzat u trasparenti għall-monitoraġġ u l-ħarsien effiċjenti tal-prestazzjoni Ewropea tas-sigurtà tal-linji tal-ferrovija. |
(5) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat imsemmi fl-Artikolu 27(1) tad-Direttiva 2004/49/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Suġġett u definizzjonijiet
Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi l-valuri tal-ewwel sett ta’ Miri Komuni tas-Sigurtà abbażi tal-Valuri Nazzjonali ta’ Referenza, f’konformità mal-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2004/49/KE u skont il-metodoloġija stipulata fid-Deċiżjoni 2009/460/KE.
Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet tad-Direttiva 2004/49/KE, ir-Regolament (KE) Nru 91/2003 u d-Deċiżjoni 2009/460/KE.
Artikolu 2
Valuri Nazzjonali ta’ Referenza
Il-Valuri Nazzjonali ta’ Referenza għall-Istati Membri differenti u għall-kategoriji differenti ta’ riskju huma stipulati fil-Kapitolu 1, it-Taqsimiet 1.1 sa 1.6, tal-Anness.
Artikolu 3
Miri Komuni tas-Sigurtà
L-ewwel sett ta’ Miri Komuni tas-Sigurtà għall-kategoriji differenti ta’ riskju huma stipulati fil-Kapitolu 2 tal-Anness.
Artikolu 4
Destinatarji
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2010.
Għall-Kummissjoni
Siim KALLAS
Viċi President
(1) ĠU L 164, 30.4.2004, p. 44.
(2) ĠU L 150, 13.6.2009, p. 11.
ANNESS
1. Valuri Nazzjonali ta’ Referenza (NRVs)
1.1. NRVs għar-riskji tal-passiġġieri (NRV 1.1 u NRV 1.2)
Stat Membru |
NRV 1.1 (× 10– 9) (*) |
NRV 1.2 (× 10– 9) (**) |
il-Belġju (BE) |
53,60 |
0,456 |
il-Bulgarija (BG) |
250,00 |
2,01 |
ir-Repubblika Ċeka (CZ) |
40,60 |
0,688 |
id-Danimarka (DK) |
7,55 |
0,0903 |
il-Ġermanja (DE) |
10,90 |
0,11 |
l-Estonja (EE) |
50,20 |
0,426 |
l-Irlanda (IE) |
6,22 |
0,0623 |
il-Greċja (EL) |
54,00 |
0,485 |
Spanja (ES) |
40,90 |
0,391 |
Franza (FR) |
21,90 |
0,109 |
l-Italja (IT) |
55,00 |
0,363 |
il-Latvja (LV) |
50,20 |
0,426 |
il-Litwanja (LT) |
88,60 |
0,683 |
il-Lussemburgu (LU) |
28,80 |
0,225 |
l-Ungerija (HU) |
250,00 |
2,01 |
l-Olanda (NL) |
11,70 |
0,0941 |
l-Awstrija (AT) |
29,00 |
0,335 |
il-Polonja (PL) |
127,00 |
0,939 |
il-Portugall (PT) |
33,90 |
0,267 |
ir-Rumanija (RO) |
250,00 |
2,01 |
is-Slovenja (SI) |
11,80 |
0,175 |
is-Slovakkja (SK) |
17,70 |
0,275 |
il-Finlandja (FI) |
26,80 |
0,248 |
l-Isvezja (SE) |
5,70 |
0,0557 |
ir-Renju Unit (UK) |
6,22 |
0,0623 |
1.2. NRVs għar-riskji tal-impjegati (NRV 2)
Stat Membru |
NRV 2 (× 10– 9) (***) |
il-Belġju (BE) |
21,10 |
il-Bulgarija (BG) |
11,00 |
ir-Repubblika Ċeka (CZ) |
17,40 |
id-Danimarka (DK) |
9,10 |
il-Ġermanja (DE) |
13,30 |
l-Estonja (EE) |
17,00 |
l-Irlanda (IE) |
8,33 |
il-Greċja (EL) |
77,90 |
Spanja (ES) |
8,33 |
Franza (FR) |
6,68 |
l-Italja (IT) |
22,50 |
il-Latvja (LV) |
55,10 |
il-Litwanja (LT) |
36,90 |
il-Lussemburgu (LU) |
13,70 |
l-Ungerija (HU) |
11,90 |
l-Olanda (NL) |
6,69 |
l-Awstrija (AT) |
25,40 |
il-Polonja (PL) |
18,60 |
il-Portugall (PT) |
76,00 |
ir-Rumanija (RO) |
11,00 |
is-Slovenja (SI) |
31,00 |
is-Slovakkja (SK) |
1,50 |
il-Finlandja (FI) |
8,28 |
l-Isvezja (SE) |
3,76 |
ir-Renju Unit (UK) |
8,33 |
1.3. NRVs għar-riskji għall-utenti tal-intersezzjonijiet fuq l-istess livell (NRV 3.1 u NRV 3.2)
Stat Membru |
NRV 3.1 (× 10– 9) (****) |
NRV 3.2 (*****) |
il-Belġju (BE) |
143,0 |
n.a. |
il-Bulgarija (BG) |
124,0 |
n.a. |
ir-Repubblika Ċeka (CZ) |
302,0 |
n.a. |
id-Danimarka (DK) |
55,9 |
n.a. |
il-Ġermanja (DE) |
69,9 |
n.a. |
l-Estonja (EE) |
168,0 |
n.a. |
l-Irlanda (IE) |
31,4 |
n.a. |
il-Greċja (EL) |
743,0 |
n.a. |
Spanja (ES) |
131,0 |
n.a. |
Franza (FR) |
78,9 |
n.a. |
l-Italja (IT) |
50,7 |
n.a. |
il-Latvja (LV) |
240,0 |
n.a. |
il-Litwanja (LT) |
530,0 |
n.a. |
il-Lussemburgu (LU) |
97,3 |
n.a. |
l-Ungerija (HU) |
244,0 |
n.a. |
l-Olanda (NL) |
128,0 |
n.a. |
l-Awstrija (AT) |
181,0 |
n.a. |
il-Polonja (PL) |
264,0 |
n.a. |
il-Portugall (PT) |
508,0 |
n.a. |
ir-Rumanija (RO) |
124,0 |
n.a. |
is-Slovenja (SI) |
365,0 |
n.a. |
is-Slovakkja (SK) |
249,0 |
n.a. |
il-Finlandja (FI) |
151,0 |
n.a. |
l-Isvezja (SE) |
74,2 |
n.a. |
ir-Renju Unit (UK) |
23,0 |
n.a. |
1.4. NRVs għar-riskji ta’ persuni kklassifikati bħala “oħrajn” (NRV 4)
Stat Membru |
NRV 4 (× 10– 9) (******) |
il-Belġju (BE) |
1,90 |
il-Bulgarija (BG) |
6,45 |
ir-Repubblika Ċeka (CZ) |
5,28 |
id-Danimarka (DK) |
10,30 |
il-Ġermanja (DE) |
4,41 |
l-Estonja (EE) |
18,50 |
l-Irlanda (IE) |
6,98 |
il-Greċja (EL) |
6,45 |
Spanja (ES) |
4,93 |
Franza (FR) |
6,98 |
l-Italja (IT) |
6,98 |
il-Latvja (LV) |
18,50 |
il-Litwanja (LT) |
18,50 |
il-Lussemburgu (LU) |
4,43 |
l-Ungerija (HU) |
6,45 |
l-Olanda (NL) |
3,16 |
l-Awstrija (AT) |
14,20 |
il-Polonja (PL) |
18,50 |
il-Portugall (PT) |
4,93 |
ir-Rumanija (RO) |
6,45 |
is-Slovenja (SI) |
7,14 |
is-Slovakkja (SK) |
5,28 |
il-Finlandja (FI) |
10,30 |
l-Isvezja (SE) |
10,30 |
ir-Renju Unit (UK) |
6,98 |
1.5. NRVs għar-riskji ta’ persuni mhux awtorizzati fuq il-proprjetà tal-linji tal-ferrovija (NRV 5)
Stat Membru |
NRV 5 (× 10– 9) (*******) |
il-Belġju (BE) |
75,5 |
il-Bulgarija (BG) |
190,0 |
ir-Repubblika Ċeka (CZ) |
657,0 |
id-Danimarka (DK) |
134,0 |
il-Ġermanja (DE) |
106,0 |
l-Estonja (EE) |
1 850,0 |
l-Irlanda (IE) |
94,7 |
il-Greċja (EL) |
906,0 |
Spanja (ES) |
184,0 |
Franza (FR) |
69,7 |
l-Italja (IT) |
122,0 |
il-Latvja (LV) |
1 520,0 |
il-Litwanja (LT) |
2 030,0 |
il-Lussemburgu (LU) |
83,7 |
l-Ungerija (HU) |
534,0 |
l-Olanda (NL) |
28,2 |
l-Awstrija (AT) |
117,0 |
il-Polonja (PL) |
1 110,0 |
il-Portugall (PT) |
948,0 |
ir-Rumanija (RO) |
190,0 |
is-Slovenja (SI) |
273,0 |
is-Slovakkja (SK) |
477,0 |
il-Finlandja (FI) |
294,0 |
l-Isvezja (SE) |
98,1 |
ir-Renju Unit (UK) |
94,7 |
1.6. NRVs għar-riskji għas-soċjetà (NRV 6)
Stat Membru |
NRV 6 (× 10– 9) (********) |
il-Belġju (BE) |
273,0 |
il-Bulgarija (BG) |
364,0 |
ir-Repubblika Ċeka (CZ) |
1 010,0 |
id-Danimarka (DK) |
218,0 |
il-Ġermanja (DE) |
206,0 |
l-Estonja (EE) |
2 320,0 |
l-Irlanda (IE) |
131,0 |
il-Greċja (EL) |
1 820,0 |
Spanja (ES) |
351,0 |
Franza (FR) |
179,0 |
l-Italja (IT) |
235,0 |
il-Latvja (LV) |
1 850,0 |
il-Litwanja (LT) |
2 510,0 |
il-Lussemburgu (LU) |
219,0 |
l-Ungerija (HU) |
1 000,0 |
l-Olanda (NL) |
166,0 |
l-Awstrija (AT) |
354,0 |
il-Polonja (PL) |
1 530,0 |
il-Portugall (PT) |
1 510,0 |
ir-Rumanija (RO) |
364,0 |
is-Slovenja (SI) |
697,0 |
is-Slovakkja (SK) |
740,0 |
il-Finlandja (FI) |
461,0 |
l-Isvezja (SE) |
188,0 |
ir-Renju Unit (UK) |
131,0 |
2. Valuri attribwiti għall-ewwel sett ta’ CSTs
Kategorija tar-riskju |
Valur tal-CST (× 10– 9) |
Unitajiet tal-kejl |
|
Riskji għall-passiġġieri |
CST 1.1 |
250,0 |
Għadd ta’ FWSIs tal-passiġġieri fis-sena li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferrovija tal-passiġġieri fis-sena. |
CST 1.2 |
2,01 |
Għadd ta’ FWSIs tal-passiġġieri fis-sena li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-passiġġieri fis-sena |
|
Riskji għall-impjegati |
CST 2 |
77,9 |
Għadd ta’ FWSIs tal-impjegati fis-sena li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena |
Riskji għall-utenti tal-intersezzjonijiet fuq l-istess livell |
CST 3.1 |
743,0 |
Għadd ta’ FWSIs fis-sena għall-utenti tal-intersezzjonijiet fuq l-istess livell u li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena |
CST 3.2 |
mhux disponibbli (*********) |
Għadd ta’ FWSIs fis-sena għall-utenti tal-intersezzjonijiet fuq l-istess livell li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/[Għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena × Għadd ta’ intersezzjonijiet fuq l-istess livell)/kilometri ta’ binarji] |
|
Riskji għall-“oħrajn” |
CST 4 |
18,5 |
Għadd ta’ FWSIs fis-sena ta’ persuni li jaqgħu taħt il-kategorija “oħrajn” li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferroviji fis-sena |
Riskji għal persuni mhux awtorizzati fuq il-proprjetà tal-linji tal-ferrovija |
CST 5 |
2 030,0 |
Għadd ta’ FWSIs fis-sena ta’ persuni mhux awtorizzati fuq il-proprjetà tal-linji tal-ferrovija li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena |
Riskji għas-soċjetà sħiħa |
CST 6 |
2 510,0 |
Għadd totali ta’ FWSIs fis-sena li jirriżulta minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena |
(*) NRV1.1 espress bħala: Għadd ta’ mwiet ta’ passiġġieri u korrimenti serji ppiżati (FWSIs) fis-sena li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferroviji tal-passiġġieri fis-sena. Kilometri tal-ferroviji tal-passiġġieri hawnhekk tfisser l-unità tat-traffiku marbut mal-ferrovija tal-passiġġieri biss.
(**) NRV1.2 espress bħala: Għadd ta’ FWSIs tal-passiġġieri fis-sena li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-passiġġieri fis-sena.
F’ (*) u (**) l-FWSIs għandhom it-tifsira kif iddefinit fl-Artikolu 3(d) tad-Deċiżjoni 2009/460/KE.
(***) NRV2 espress bħala: Għadd ta’ FWSIs tal-impjegati fis-sena li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena.
FWSIs hawnhekk għandha t-tifsira kif iddefinit fl-Artikolu 3(d) tad-Deċiżjoni 2009/460/KE.
(****) NRV3.1 espress bħala: Għadd ta’ FWSIs fis-sena għall-utenti tal-intersezzjonijiet fuq l-istess livell li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena.
(*****) NRV3.2 espress bħala: Għadd ta’ FWSIs fis-sena tal-utenti tal-intersezzjonijiet fuq l-istess livell li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/[Għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena*Għadd ta’ intersezzjonijiet fuq l-istess livell)/kilometri ta’ binarji]. Id-dejta dwar l-għadd ta’ intersezzjonijiet fuq l-istess livell u l-kilometri ta’ binarji ma kellhiex affidabbiltà xierqa meta ġiet estratta d-dejta (il-biċċa l-kbira tal-SM irrapportaw dejta dwar kilometri ta’ linji minflok dwar kilometri ta’ binarji).
F’ (****) u (*****) l-FWSIs għandhom it-tifsira kif iddefinit fl-Artikolu 3(d) tad-Deċiżjoni 2009/460/KE.
(******) NRV 4 espress bħala: Għadd ta’ FWSIs fis-sena ta’ persuni li jaqgħu taħt il-kategorija “oħrajn” li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferroviji fis-sena. FWSIs hawnhekk għandha t-tifsira kif iddefinit fl-Artikolu 3(d) tad-Deċiżjoni 2009/460/KE.
(*******) NRV 5 espress bħala: Għadd ta’ FWSIs fis-sena ta’ persuni mhux awtorizzati fuq il-proprjetà tal-linji tal-ferrovija u li jirriżultaw minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena. FWSIs hawnhekk għandha t-tifsira kif iddefinit fl-Artikolu 3(d) tad-Deċiżjoni 2009/460/KE.
(********) NRV 6 espress bħala: Għadd totali ta’ FWSIs fis-sena li jirriżulta minn aċċidenti sinifikanti/Għadd ta’ kilometri tal-ferrovija fis-sena.
Għadd totali ta’ FWSIs hawnhekk ifisser it-total tal-FWSIs kollha kkunsidrati fil-kalkolu tal-NRVs l-oħra kollha.
(*********) Id-dejta dwar l-għadd ta’ intersezzjonijiet fuq l-istess livell u l-kilometri ta’ binarji, li hija meħtieġa fil-kalkolu ta’ dan s-CST, ma kellhiex affidabbiltà xierqa meta ġiet estratta d-dejta (il-biċċa l-kbira tal-SM irrapportaw kilometri ta’ linji minflok kilometri ta’ binarji, eċċ.).