15.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 180/21


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-8 ta’ Lulju 2010

li temenda l-Annessi tad-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tar-rikonoxximent tal-Litwanja u r-reġjun tal-Molise fl-Italja bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi (B. melitensis) u li temenda l-Annessi tad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni ta’ ċerti reġjuni amministrattivi tal-Italja bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi bovina, mill-bruċellosi bovina u l-lewkosi bovina enzootika

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 4592)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/391/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Anness A(I)(4), l-Anness A(II)(7) u l-Anness D(I)(E) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u tal-mogħoż (2), u b’mod partikolari t-Taqsima II tal-Kapitolu 1 tal-Anness A tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tiddefinixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ tal-annimali ovini u kaprini fl-Unjoni. Din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li bihom l-Istati Membri jew ir-reġjuni fi ħdanhom għandhom jitqiesu bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1992 li tieħu nota tal-konformità ta’ ċerti Stati Membri jew reġjuni mal-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-bruċellosi (B. melitensis) u li tagħtihom l-istatus ta’ Stat Membru jew reġjun uffiċjalment ħieles mill-marda (3) telenka, fl-Annessi tagħha, l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom li huma meqjusa bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi (B. melitensis) skont id-Direttiva 91/68/KEE.

(3)

Il-Litwanja ressqet quddiem il-Kummissjoni dokumentazzjoni b’xhieda tal-konformità mal-kundizzjoijiet xierqa stabbiliti mid-Direttiva 91/68/KEE biex b’hekk titqies bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi (B. melitensis) fir-rigward tat-territorju kollu tagħha. Dak l-Istat Membru għandu għaldaqstant jitqies bħala uffiċjalment ħieles minn dik il-marda. L-Anness I tad-Deċiżjoni 93/52/KEE għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(4)

L-Italja ressqet quddiem il-Kummissjoni dokumentazzjoni b’xhieda tal-konformità mal-kundizzjonijiet xierqa stabbiliti fid-Direttiva 91/68/KEE rigward il-provinċji kollha tar-reġjun tal-Molise biex dan ir-reġjun ikun jista’ jitqies bħala uffiċjalment ħieles mill-bruċellosi (B. melitensis). Dak ir-reġjun għandu għaldaqstant jitqies bħala uffiċjalment ħieles minn dik il-marda.

(5)

L-Italja talbet ukoll li jsiru emendi għall-entrata ta’ dan l-Istat Membru fil-lista tar-reġjuni tal-Istati Membri li huma meqjusa bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi (B. melitensis) fl-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE. Id-diviżjoni amministrattiva attwali tal-Italja taqsam ir-reġjun tat-Trentino-Alto Adige f’żewġ reġjuni distinti: jiġifieri l-provinċja ta’ Bolzano u l-provinċja ta’ Trento. Ir-reġjun ta’ Sardinja nqasam fi tmien provinċji. Barra minn hekk, billi l-provinċji kollha tar-reġjuni tal-Lombardija, il-Pjemonte, it-Toskana, Sardinja u l-Umbrija diġà tqiesu bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi (B. melitensis), dawk ir-reġjuni għandhom jitqiesu, kollha kemm huma, bħala uffiċjalment ħielsa minn dik il-marda.

(6)

L-entrata tal-Italja fl-Anness II għad-Deċiżjoni 93/52/KE għandha, għalhekk, tiġi emendata skont dan.

(7)

Id-Direttiva 64/432/KEE tapplika għall-kummerċ fl-Unjoni tal-annimali bovini u l-majjali. Din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom Stat Membru jew parti jew reġjun minnu jista’ jiġi ddikjarat uffiċjalment ħieles mit-tuberkolosi, il-bruċellosi jew il-lewkosi bovina enzootika fir-rigward ta’ merħliet bovini.

(8)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta’ Ġunju 2003 li tistabbilixxi l-kwalifika ta’ uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi, bruċellosi u lewkosi bovina enzootika ta’ xi Stati Membri u reġjuni fl-Istati Membri rigward annimali bovini (4) telenka t-tali Stati Membri u reġjuni fl-Annessi I, II u III rispettivament ta’ dik id-Deċiżjoni.

(9)

L-Italja ressqet quddiem il-Kummissjoni dokumentazzjoni b’xhieda tal-konformità mal-kundizzjonijiet xierqa stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward tal-provinċji kollha tar-reġjuni tal-Lombardija u t-Toskana, u l-provinċji ta’ Cagliari, Medio-Campidano, Ogliastra u Olbia-Tempio fir-reġjun ta’ Sardinja biex dawn ir-reġjuni u provinċji jkunu jistgħu jiġu ddikjarati bħala reġjuni tal-Italja uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi.

(10)

L-Italja ressqet quddiem il-Kummissjoni dokumentazzjoni b’xhieda tal-konformità mal-kundizzjonijiet xierqa stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE rigward il-provinċja ta’ Campobasso fir-reġjun tal-Molise biex dan ir-reġjun ikun jista’ jiġi ddikjarat bħala reġjun tal-Italja uffiċjalment ħieles mill-bruċellosi.

(11)

L-Italja ressqet quddiem il-Kummissjoni dokumentazzjoni b’xhieda tal-konformità mal-kundizzjonijiet xierqa stabbiliti fid-Direttiva 64/432/KEE fir-rigward tal-provinċja ta’ Napli fir-reġjun tal-Campania, il-provinċja ta’ Brindisi fir-Reġjun tal-Puglia u l-provinċji ta’ Agrigento, Caltanissetta, Sirakuża u Trapani fir-reġjun ta’ Sqallija biex dawn jiġu ddikjarati bħala reġjuni tal-Italja uffiċjalment ħielsa mil-lewkosi bovina enzootika.

(12)

Wara l-valutazzjoni tad-dokumentazzjoni li tressqet mill-Italja, il-provinċja u r-reġjuni kkonċernati għandhom jiġu ddikjarati bħala reġjuni tal-Italja uffiċjalment ħielsa mit-tuberkulosi, mill-bruċellosi bovina, u mil-lewkosi bovina enzootika rispettivament.

(13)

L-Italja talbet ukoll li jsiru emendi għall-entrata ta’ dak l-Istat Membru fil-lista tar-reġjuni tal-Istati Membri li huma meqjusa bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolosi, il-bruċellosi u l-lewkosi bovina enzootika fl-Annessi tad-Deċiżjoni 2003/467/KE. Id-diviżjoni amministrattiva attwali tal-Italja taqsam ir-reġjun tat-Trentino-Alto Adige f’żewġ reġjuni distinti: jiġifieri l-provinċja ta’ Bolzano u l-provinċja ta’ Trento.

(14)

Barra minn hekk, billi l-provinċji kollha tar-reġjuni tal-Emilja-Romanja, il-Lombardija, Sardinja u l-Umbrija elenkati fil-Kapitolu 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2003/467/KE diġà ġew iddikjarati bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellosi u l-provinċji kollha tar-reġjuni tal-Emilja-Romanja, il-Lombardija, il-Marche, il-Pjemonte, it-Toskana, l-Umrbija u l-Val d’Aosta elenkati fil-Kapitolu 2 tal-Anness III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE diġà ġew iddikjarati bħala uffiċjalment ħielsa mill-lewkosi bovina enzootika, dawk ir-reġjuni għandhom jitqiesu, kollha kemm huma, bħala uffiċjalment ħielsa minn dawk il-mardiet rispettivi.

(15)

L-Annessi tad-Deċiżjoni 2003/467/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(16)

Id-Deċiżjonijiet 93/52/KEE u 2003/467/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(17)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi tad-Deċiżjoni 93/52/KEE huma emendati skont l-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

L-Annessi tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati skont l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.

(2)   ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19.

(3)   ĠU L 13, 21.1.1993, p. 14.

(4)   ĠU L 156, 25.6.2003, p. 74.


ANNESS I

L-Annessi tad-Direttiva 93/52/KEE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I jeħodlu postu dan li ġej:

“ANNESS I

STATI MEMBRI

Kodici ISO

Stat Membru

BE

Il-Belġju

CZ

Ir-Repubblika Ċeka

DK

Id-Danimarka

DE

Il-Ġermanja

IE

L-Irlanda

LT

Il-Litwanja

LU

Il-Lussemburgu

HU

L-Ungerija

NL

Il-Pajjiżi l-Baxxi

AT

L-Awstrija

PL

Il-Polonja

RO

Ir-Rumanija

SI

Is-Slovenja

SK

Is-Slovakkja

FI

Il-Finlandja

SE

L-Isvezja

UK

Ir-Renju Unit”

(2)

Fl-Anness II, l-entrata tal-Italja jeħodilha postha dan li ġej:

“Fl-Italja:

Ir-Reġjun tal-Abruzzo: Il-Provinċja ta’ Pescara,

Il-Provinċja ta’ Bolzano,

Ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia,

Ir-Reġjun tal-Lazjo: Il-Provinċji ta’ Latina, Rieti, Ruma, Viterbo,

Ir-Reġjun tal-Ligurja: Il-Provinċja ta’ Savona,

Ir-Reġjun tal-Lombardija,

Ir-Reġjun tal-Marche,

Ir-Reġjun tal-Molise,

Ir-Reġjun tal-Pjemonte,

Ir-Reġjun ta’ Sardinja,

Ir-Reġjun tat-Toskana,

Il-Provinċja ta’ Trento,

Ir-Reġjun tal-Umbrija,

Ir-Reġjun tal-Veneto.”


ANNESS II

L-Annessi tad-Deċizjoni 2003/467/KE huma emendati kif ġej:

(1)

Fl-Anness I, il-Kapitolu 2, l-entrata tal-Italja jeħodilha postha dan li ġej:

“Fl-Italja:

Ir-Reġjun tal-Abruzzo: Il-Provinċja ta’ Pescara,

Il-Provinċja ta’ Bolzano,

Ir-Reġjun ta’ Emilia-Romagna,

Ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia,

Ir-Reġjun tal-Lombardija,

Ir-Reġjun tal-Marche: Il-Provinċja ta’ Ascoli Piceno,

Ir-Reġjun tal-Pjemonte: Il-Provinċji ta’ Novara, Verbania, Vercelli,

Ir-Reġjun ta’ Sardinja: Il-Provinċja ta’ Cagliari, Medio-Campidano, Ogliastra, Olbia-Tempio, Oristano,

Ir-Reġjun tat-Toskana,

Il-Provinċja ta’ Trento,

Ir-Reġjun tal-Veneto.”

(2)

Fl-Anness II, il-Kapitolu 2, l-entrata tal-Italja jeħodilha postha dan li ġej:

“Fl-Italja:

Ir-Reġjun tal-Abruzzo: Il-Provinċja ta’ Pescara,

Il-Provinċja ta’ Bolzano,

Ir-Reġjun tal-Emilja-Romanja,

Ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia,

Ir-Reġjun tal-Lazjo: Il-Provinċja ta’ Rieti,

Ir-Reġjun tal-Ligurja: Il-Provinċji ta’ Imperia, Savona,

Ir-Reġjun tal-Lombardija,

Ir-Reġjun tal-Marche,

Ir-Reġjun tal-Molise: Il-Provinċja ta’ Campobasso,

Ir-Reġjun tal-Pjemonte,

Ir-Regjun tal-Puglia: Il-Provinċja ta’ Brindisi,

Ir-Reġjun ta’ Sardinja,

Ir-Reġjun tat-Toskana,

Il-Provinċja ta’ Trento,

Ir-Reġjun tal-Umbrija,

Ir-Reġjun tal-Veneto.”

(3)

Fl-Anness III, il-Kapitolu 2, l-entrata tal-Italja jeħodilha postha dan li ġej:

“Fl-Italja:

Ir-Reġjun tal-Abruzzo: Il-Provinċja ta’ Pescara,

Il-Provinċja ta’ Bolzano,

Ir-Reġjun tal-Campania: Il-Provinċja ta’ Napli,

Ir-Reġjun tal-Emilja-Romanja,

Ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia,

Ir-Reġjun tal-Lazjo: Il-Provinċji ta’ Frosinone, Rieti,

Ir-Reġjun tal-Ligurja: Il-Provinċji ta’ Imperia, Savona,

Ir-Reġjun tal-Lombardija,

Ir-Reġjun tal-Marche,

Ir-Reġjun tal-Molise,

Ir-Reġjun tal-Pjemonte,

Ir-Regjun tal-Puglia: Il-provinċja ta’ Brindisi,

Ir-Reġjun ta’ Sardinja,

Ir-Reġjun ta’ Sqallija: Il-Provinċji ta’ Agrigento, Caltanissetta, Sirakuża, Trapani,

Ir-Reġjun tat-Toskana,

Il-Provinċja ta’ Trento,

Ir-Reġjun tal-Umbrija,

Ir-Reġjun tal-Val d’Aosta,

Ir-Reġjun tal-Veneto.”