10.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/34


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tad-29 ta’ Ġunju 2010

dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emenda tal-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet (linji baġitarji)

(2010/383/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 u l-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2894/94 tat-28 ta’ Novembru 1994 dwar l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 1(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposti mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE fih dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati tal-EFTA taż-ŻEE barra mill-erba’ libertajiet.

(2)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar azzjonijiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-operazzjoni u l-iżvilupp tas-suq intern, għandha tibqa’ għaddejja lil hinn mill-31 ta’ Diċembru tal-2009. Dan jikkonċerna l-linji baġitarji li ġejjin:

12 01 04 01. L-implimentazzjoni u l-iżvilupp tas-suq intern – Infiq fuq il-ġestjoni amministrattiva.

12 02 01. L-implimentazzjoni u l-iżvilupp tas-suq intern.

02 03 01. L-operazzjoni u l-iżvilupp tas-suq intern partikolarment fl-oqsma tan-notifika, iċ-ċertifikazzjoni u l-approssimazzjoni settorjali.

02 01 04 01. L-operazzjoni u l-iżvilupp tas-suq intern partikolarment fl-oqsma tan-notifika, iċ-ċertifikazzjoni u l-approssimazzjoni settorjali – Infiq fuq ġestjoni amministrattiva.

(3)

Għalhekk il-Protokoll 31 għandu jiġi emendat kif meħtieġ. Huwa xieraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata mill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar emendar prevista għall-Protokoll 31 għall-Ftehim għaż-ŻEE dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet hija li jiġi approvat l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż għal din id-Deċiżjoni.

Magħmul fil-Lussemburgu, id-29 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ESPINOSA


(1)  ĠU L 305, 30.11.1994, p. 6.


ANNESS

ABBOZZ

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru

ta’

li temenda l-Protokoll 31 għall-Ftehim għaż-ŻEE dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi barra mill-erba’ libertajiet

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Protokoll 31 għall-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2009 tat-3 ta’ Lulju 2009 (1).

(2)

Huwa xieraq li l-kooperazzjoni bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim dwar azzjonijiiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-Baġit Ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-operazzjoni u l-iżvilupp tas-suq intern, għandha titkompla.

(3)

Il-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex jippermetti li din il-kooperazzjoni estiża tkompli wara l-31 ta’ Diċembru 2009,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 7 tal-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu b’dan jiġi emendat kif ġej:

(1)

Il-kliem “is-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008 u 2009” fil-paragrafu 6 huma sostitwiti bil-kliem “is-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010”.

(2)

Il-kliem “is-snin 2006, 2007, 2008 u 2009” fil-paragrafu 7 huma sostitwiti bil-kliem “is-snin 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010”.

(3)

Il-kliem “is-snin 2008 u 2009” fil-paragrafu 8 huma sostitwiti bil-kliem “is-snin 2008, 2009 u 2010”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*).

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Is-Segretarji

għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE


(1)  ĠU L 277, 22.10.2009, p. 49.

(*)  [Mhuma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.] [Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.].