2.7.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 168/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-18 ta’ Ġunju 2010

dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għal programmi nazzjonali ta’ ċerti Stati Membri fl-2010 għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-dejta fis-settur tas-sajd

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 3797)

(2010/369/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-Politika Komuni tas-Sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar (1), b’mod partikolari l-Artikolu 24(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 861/2006 jistipula l-kundizzjonijiet li fihom l-Istati Membri jistgħu jirċievu kontribuzzjoni mill-Unjoni Ewropea għal spejjeż imġarrba mill-programmi nazzjonali tagħhom għall-ġbir u l-ġestjoni tad-dejta.

(2)

Dawk il-programmi jridu jitfasslu skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 tal-25 ta’ Frar 2008 dwar l-istabbiliment ta’ qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu tad-dejta fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd [tas-Sajd] (2) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 665/2008 tal-14 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008 (3).

(3)

Il-Belġju, il-Bulgarija, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja u l-Finlandja ressqu l-programmi nazzjonali għall-2009-2010 kif imsemmi fl-Artikolu 4(4) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008. Dawn il-programmi ġew approvati fl-2009 skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 199/2008.

(4)

Dawk l-Istati Membri ssottomettew il-previżjonijiet baġitarji annwali tagħhom għall-perjodu 2009-2010 skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1078/2008 tat-3 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 (4). Il-Kummissjoni evalwat il-previżjonijiet baġitarji annwali tal-Istati Membri, kif stipulat fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1078/2008, billi qieset il-programmi nazzjonali approvati skont l-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 199/2008.

(5)

L-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1078/2008 jistabbilixxi li l-Kummissjoni għandha tapprova l-previżjoni baġitarja annwali u għandha tiddeċiedi fuq il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali tal-Unjoni għal kull programm nazzjonali skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 u abbażi tar-rizultat tal-evalwazzjoni tal-previżjonijiet baġitarji annwali kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1078/2008.

(6)

L-Artikolu 24(3)(b) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 jistabbilixxi li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiffissa r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja. L-Artikolu 16 ta’ dak ir-Regolament jipprovdi li miżuri finanzjarji tal-Unjoni fil-qasam tal-ġbir tad-dejta bażika ma għandhomx jaqbżu l-50 % tal-ispejjeż imġarrba mill-Istati Membri fit-twettiq tal-programm ta’ ġbir, ġestjoni u użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd. L-Artikolu 24(2) jistipula li għandha tingħata prijorità lill-azzjonijiet li l-aktar huma xierqa biex jittejjeb il-ġbir tad-dejta meħtieġa għall-Politika Komuni tas-Sajd.

(7)

Din id-Deċiżjoni għandha tikkostitwixxi deċiżjoni finanzjarja skont it-tifsira tal-Artikolu 75(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5).

(8)

Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-ammont massimu globali tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni li se jingħata lil kull Stat Membru għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ dejta fis-settur tas-sajd għall-2010, u r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja Komunitarja, huma stabbiliti fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni

Maria DAMANAKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 160, 14.6.2006, p. 1.

(2)   ĠU L 60, 5.3.2008, p. 1.

(3)   ĠU L 186, 15.7.2008, p. 3.

(4)   ĠU L 295, 4.11.2008, p. 24.

(5)   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1


ANNESS

PROGRAMMI NAZZJONALI 2009-2010

IN-NEFQA ELIĠIBBLI U L-KONTRIBUZZJONI MASSIMA KOMUNITARJA GĦALL-2010

(f’EUR)

Stat Membru

In-nefqa eliġibbli

Il-kontribuzzjoni Massima Komunitarja

(Rata ta’ 50 %)

Il-Belġju

1 649 816,00

824 908,00

Il-Bulgarija

404 210,00

202 105,00

Id-Danimarka

6 001 601,00

3 000 800,50

Il-Ġermanja

6 470 425,00

3 235 212,50

L-Estonja

618 043,00

309 021,50

L-Irlanda

6 954 948,00

3 477 474,00

Il-Greċja

4 307 365,00

2 153 682,50

Spanja

15 144 263,00

7 572 131,50

L-Italja

6 956 797,00

3 478 398,50

Ċipru

575 033,00

287 516,50

Il-Latvja

318 109,00

159 054,50

Il-Litwanja

219 792,00

109 896,00

Malta

600 263,00

300 131,50

Il-Polonja

1 141 259,00

570 629,50

Il-Portugall

3 476 673,00

1 738 336,50

Ir-Rumanija

584 788,00

292 394,00

Is-Slovenja

211 015,00

105 507,50

Il-Finlandja

1 595 842,00

797 921,00

TOTAL

57 230 242,00

28 615 121,00