|
22.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 155/34 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-8 ta’ Ġunju 2010
li temenda d-Deċiżjoni 2007/589/KE f’dak li għandu x’jaqsam mal-inklużjoni tal-linji ta’ gwida dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra mill-qbid, mill-ġarr u mill-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 3310)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2010/345/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva [tal-Kunsill] 96/61/KE (1), u b’mod partikulari l-Artikoli 14(1) u 24(3) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 2003/87/KE tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett tas-serra ġewwa l-Komunità (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-iskema Komunitarja”). Id-Direttiva 2009/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex ittejjeb u testendi l-iskema Komunitarja għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett tas-serra (2) temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-qbid, il-ġarr u l-ħżin ġeoloġiku tad-dijossidu tal-karbonju (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “CO2”) fi ħdan l-iskema Komunitarja mill-2013 ‘il quddiem. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni għandha tadotta linji ta’ gwida dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra minn attivitajiet koperti mill-iskema Komunitarja skont l-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2003/87/KE. |
|
(3) |
Qabel l-2013, l-Istati Membri jistgħu jinkludu fl-iskema Komunitarja, b’mod unilaterali, l-attivitajiet tal-qbid, tal-ġarr u tal-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 skont l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2003/87/KE. |
|
(4) |
L-Artikolu 24(3) tad-Direttiva 2003/87/KE jipprovdi lill-Kummissjoni bil-bażi legali biex tadotta linji ta’ gwida għal attivitajiet li jkun għadhom mhumiex koperti bl-Anness I għad-Direttiva. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni għandha tadotta linji ta’ gwida dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra li ġejjin mill-attivitajiet tal-qbid, tal-ġarr u tal-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 bil-ħsieb li dawn l-attivitajiet jiddaħħlu fl-iskema Komunitarja mill-2013 ‘il quddiem u li possibbilment jiddaħħlu b’mod unilaterali fl-iskema Komunitarja qabel l-2013. |
|
(6) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/589/K (3) għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar it-Tibdil fil-Klima msemmi fl-Artikolu 23 tad-Direttiva 2003/87/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2007/589/KE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 1 għandu jinbidel b’dan li ġej: “Artikolu 1 Il-linji ta’ gwida dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I għad-Direttiva 2003/87/KE, u tal-attivitajiet inklużi skont l-Artikolu 24(1) ta’ dik id-Direttiva, huma mniżżlin fl-Annessi I sa XIV u XVI sa XVIII għal din id-Deċiżjoni. Il-linji ta’ gwida dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tad-dejta dwar it-tunnellati għal kull kilometru mill-attivitajiet tal-avjazzjoni għall-għan ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/87/KE skont l-Artikoli 3e jew 3f huma mniżżlin fl-Anness XV. Dawk il-linji ta’ gwida huma msejsa fuq il-prinċipji mniżżlin fl-Anness IV għal dik id-Direttiva.” |
|
(2) |
It-Tabella tal-Annessi għandha tiġi emendata kif ġej:
|
|
(3) |
L-Anness I għandu jkun emendat kif imniżżel fil-Parti A tal-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
|
(4) |
L-Anness XII għandu jinbidel bit-test imniżżel fil-Parti B tal-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
|
(5) |
L-Anness XVI għandu jiżdied kif imniżżel fil-Parti C tal-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
|
(6) |
L-Anness XVII għandu jiżdied kif imniżżel fil-Parti D tal-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
|
(7) |
L-Anness XVIII għandu jiżdied kif imniżżel fil-Parti E tal-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kummissjoni
Connie HEDEGAARD
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.
ANNESS
A.
L-Anness I huwa emendat kif ġej:|
1. |
Fit-Taqsima 1, il-kliem “L-Annessi II sa XI u XIII sa XV” għandhom jinbidlu bil-kliem “L-Annessi II sa XI u l-Annessi XIII sa XVIII”. |
|
2. |
It-Taqsima 2 għandha tkun emendata kif ġej:
|
|
3. |
It-Taqsima 4 għandha tkun emendata kif ġej:
|
|
4. |
It-Taqsima 5 għandha tkun emendata kif ġej:
|
|
5. |
It-Taqsima 5.7 għandha tinbidel b’dan li ġej: “5.7. CO2 TTRASFERIT Suġġett għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, l-operatur jista’ jnaqqas mil-livelli kkalkulati tal-emissjonijiet tal-istallazzjoni kwalunkwe CO2 li ma joħroġx mill-istallazzjoni, iżda li jkun ittrasferit mill-istallazzjoni ‘l barra:
dejjem jekk dan it-tnaqqis ikun rifless fi tnaqqis rispettiv tal-attività u tal-istallazzjoni, li jkun irrappurtat mill-Istat Membru rispettiv fit-tressiq tal-inventarju nazzjonali tiegħu lis-Segretarjat tal-Konvenzjoni ta’ Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima. L-ammonti rispettivi tas-CO2 għandhom ikunu rrappurtati għal kull stallazzjoni li lejha jkun ġie ttrasferit is-CO2 jew li minnha jkun irċevut, bħala nota fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet tal-istallazzjoni minn fejn ikun qed jiġi ttrasferit kif ukoll f’dak tal-istallazzjoni li tkun qed tirċevih. Fil-każ ta’ trasferiment lejn stallazzjoni oħra, l-istallazzjoni li tkun qed tirċevih trid tgħodd is-CO2 li tkun irċeviet mal-livell ikkalkulat ta’ emissjonijiet tagħha, sakemm ma jkunux japplikaw rekwiżiti oħrajn kif imniżżel fl-Annessi XVII jew XVIII. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-istallazzjonijiet rispettivi minn fejn ikun qed jiġi ttrasferit is-CO2 kif ukoll b’dawk li jkunu qed jirċevuh skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2003/87/KE. Fil-każ ta’ trasferiment lejn stallazzjoni li taqa’ fi ħdan dik id-Direttiva, l-istallazzjoni li minnha jkun qed jiġi ttrasferit is-CO2 għandha tidentifika l-istallazzjoni li tkun qed tirċevih fir-rapport annwali tagħha dwar l-emissjonijiet billi tagħti l-kodiċi ta’ identifikazzjoni tal-istallazzjoni tal-istallazzjoni li tkun qed tirċevih kif iddefinit bir-Regolament skont l-Artikolu 19 ta’ dik id-Direttiva. L-istallazzjoni li tkun qed tirċevih għandha tidentifika l-istallazzjoni minn fejn ikun qed jiġi ttrasferit bl-istess mod. Il-każijiet potenzjali ta’ CO2 ttrasferit ‘il barra minn stallazzjoni jinkludu, fost l-oħrajn:
Sakemm ma jkunux japplikaw rekwiżiti oħrajn fl-Annessi speċifiċi għal attività partikulari, il-massa ta’ CO2 jew ta’ karbonat ittrasferit kull sena għandha tkun ikkalkulata b’inċertezza massima ta’ inqas minn 1.5 % jew direttament billi jintużaw miters li jkejlu l-fluss tal-volum jew tal-massa, billi jiżnu, jew indirettament mill-massa tal-prodott rispettiv (per eż. l-karbonati jew l-urea) fejn ikun rilevanti u jekk ikun xieraq. F’każ li l-ammonti tas-CO2 ttrasferit jitkejlu kemm fl-istallazzjoni minn fejn ikun qed jiġi ttrasferit kif ukoll fl-istallazzjoni li tkun qed tirċevih, l-ammonti rispettivi tas-CO2 ttrasferit u li jkun irċevut għandhom ikunu ndaqs. Jekk id-differenza bejn il-valuri mkejla tkun f’firxa li tista’ tiġi spjegata bl-inċertezza tas-sistemi tal-kejl, il-medja aritmetika taż-żewġ valuri mkejla għandha tintuża kemm fir-rapport dwar l-emissjonijiet tal-istallazzjoni minn fejn ikun qed jiġi ttrasferit is-CO2 kif ukoll f’dak tal-istallazzjoni li tkun qed tirċevih. Ir-rapport dwar l-emissjonijiet għandu jinkludi dikjarazzjoni li dan il-valur ġie allinjat mal-valur tal-istallazzjoni minn fejn ikun qed jiġi ttrasferit is-CO2 u ta’ dik li tkun qed tirċevih rispettivament. Il-valur imkejjel għandu jiddaħħal bħala nota. F’każ li d-differenza bejn il-valuri mkejla ma tistax tiġi spjegata mill-firxa tal-inċertezza tas-sistemi tal-kejl, l-operaturi tal-istallazzjonijiet ikkonċernati għandhom jallinjaw il-valuri mkejla billi japplikaw aġġustamenti konservattivi (jiġifieri billi jevitaw stima baxxa żżejjed tal-emissjonijiet). Dan l-allinjament għandu jkun ivverifikat mill-verifikaturi tal-istallazzjonijiet minn fejn ikun qed jiġi ttrasferit is-CO2 u ta’ dawk li jkunu qed jirċevuh, u għandu jkun suġġett għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti. F’każijiet fejn parti mis-CO2 ttrasferit kien iġġenerat mill-bijomassa, jew kull meta stallazzjoni tkun koperta mid-Direttiva 2003/87/KE b’mod parzjali biss, l-operatur għandu jnaqqas biss il-frazzjoni rispettiva tal-massa tas-CO2 ttrasferit li joriġina mill-fjuwils u mill-materjali fossili f’attivitajiet li huma koperti mid-Direttiva. Il-metodi rispettivi ta’ attribuzzjoni għandhom ikunu konservattivi u huma suġġetti għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti. Fil-każ li jkun applikat approċċ tal-kejl fl-istallazzjoni minn fejn ikun qed jiġi ttrasferit is-CO2, l-ammont totali ta’ CO2 ttrasferit jew li jkun irċevut li jirriżulta mill-użu tal-bijomassa għandu jkun irrappurtat bħala nota kemm mill-istallazzjoni minn fejn ikun qed jiġi ttrasferit kif ukoll mill-istallazzjoni li tkun qed tirċevih. L-istallazzjoni li tkun qed tirċevih ma għandhiex tkun meħtieġa twettaq il-kejl tagħha stess għal dan il-għan, iżda għandha tirrapporta l-ammont ta’ CO2 tal-bijomassa kif miksub mingħand l-istallazzjoni minn fejn ikun qed jiġi ttrasferit.” |
|
6. |
Fil-paragrafu 3 tat-Taqsima 6.3(c), il-kliem “l-Annessi II sa XI” għandhom jinbidlu bil-kliem “l-Annessi II sa XI u XVI, XVII u XVIII”. |
|
7. |
Fil-paragrafu 5 tat-Taqsima 7.1, il-kliem “l-Annessi II sa XI u l-Annessi XIV u XV” għandhom jinbidlu bil-kliem “l-Annessi II sa XI u XIV sa XVIII”. |
|
8. |
It-Taqsima 8 għandha tkun emendata kif ġej:
|
|
9. |
Fi tmiem it-Taqsima 9 għandu jiżdied il-paragrafu l-ġdid li ġej: “Għall-attivitajiet tal-qbid, tal-ġarr u tal-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 għandu jinżamm it-tagħrif addizzjonali li ġej:
|
B.
L-Anness XII għandu jinbidel b’dan li ġej:“ANNESS XII
Linji ta’ gwida biex jiġu kkalkulati l-emissjonijiet jew l-ammont ta’ trasferiment ta’ gassijiet b’effett tas-serra permezz ta’ sistemi ta’ kejl kontinwu
1. IL-LIMITI U L-KOMPLETEZZA
Id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness japplikaw għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra mill-attivitajiet kollha koperti mid-Direttiva 2003/87/KE. F’istallazzjoni, l-emissjonijiet jistgħu jseħħu f’diversi sorsi tal-emissjonijiet.
Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness japplikaw għas-sistemi ta’ kejl kontinwu użati biex jiġu kkalkulati l-flussi tas-CO2 fil-pajpijiet, b’mod partikulari meta dawn jintużaw għat-trasferiment tas-CO2 bejn l-istallazzjonijiet bħal meta dan iseħħ biex is-CO2 jinqabad, jinġarr jew jinħażen b’mod ġeoloġiku. Għal dan il-għan, ir-referenzi għall-emissjonijiet fit-Taqsimiet 6 u 7.2 tal-Anness I għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għall-ammont ta’ CO2 ttrasferit f’konformità mat-Taqsima 5.7 tal-Anness I.
2. IL-KALKOLU TAL-EMISSJONIJIET TAL-GASSIJIET B’EFFETT TAS-SERRA
Is-saff nru 1:
Għal kull punt tal-kejl, matul il-perjodu ta’ rrappurtar għandha tintlaħaq inċertezza totali tal-emissjonijiet ġenerali jew tal-fluss tas-CO2 ta’ inqas minn ± 10 %.
Is-saff nru 2:
Għal kull punt tal-kejl, matul il-perjodu ta’ rrappurtar għandha tintlaħaq inċertezza totali tal-emissjonijiet ġenerali jew tal-fluss tas-CO2 ta’ inqas minn ± 7,5 %.
Is-saff nru 3:
Għal kull punt tal-kejl, matul il-perjodu ta’ rrappurtar għandha tintlaħaq inċertezza totali tal-emissjonijiet ġenerali jew tal-fluss tas-CO2 ta’ inqas minn ± 5 %.
Is-saff nru 4:
Għal kull punt tal-kejl, matul il-perjodu ta’ rrappurtar għandha tintlaħaq inċertezza totali tal-emissjonijiet ġenerali jew tal-fluss tas-CO2 ta’ inqas minn ± 2,5 %.
L-approċċ ġenerali:
L-emissjonijiet totali tal-gass b’effett tas-serra (il-GHG) minn sors ta’ emissjoni jew l-ammont tas-CO2 li jgħaddi mill-punt tal-kejl matul il-perjodu ta’ rrappurtar għandhom ikunu kkalkulati billi tintuża l-formola ta’ hawn taħt. F’każ li jkun hemm diversi sorsi tal-emissjonijiet fi stallazzjoni waħda u f’każ li dawn ma jkunux jistgħu jitkejlu bħala sors wieħed, l-emissjonijiet minn dawn is-sorsi tal-emissjonijiet għandhom jitkejlu b’mod separat u għandhom jingħaddu flimkien mal-emissjonijiet totali tal-gass speċifiku matul il-perjodu ta’ rrappurtar fl-istallazzjoni kollha.
Il-parametri tal-konċentrazzjoni tal-GHGs u tal-fluss tal-gass li joħroġ mit-trombi taċ-ċmieni għandhom jiġu kkalkulati skont id-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 6 tal-Anness I. Għall-kejl tas-CO2 ttrasferit fil-pajpijiet, it-Taqsima 6 tal-Anness I għandha tapplika daqslikieku l-punt tal-kejl kien sors tal-emissjonijiet, kif xieraq. Għat-tali punti tal-kejl ma għandu jkun meħtieġ l-ebda kalkolu li jikkorroborah skont it-Taqsima 6.3(c).
Il-konċentrazzjoni tal-GHGs
Il-konċentrazzjoni tal-GHGs fil-gass li joħroġ mit-trombi taċ-ċmieni tiġi kkalkulata permezz tal-kejl kontinwu f’punt rappreżentattiv. Il-konċentrazzjoni tal-GHGs tista’ titkejjel b’żewġ modi:
IL-METODU A
Il-konċentrazzjoni tal-GHGs titkejjel b’mod dirett.
IL-METODU B
Fil-każ ta’ konċentrazzjonijiet għoljin ferm tal-GHGs, bħal fil-każ tan-netwerks tat-trasport, il-konċentrazzjoni tal-GHGs tista’ tiġi kkalkulata billi jintuża bilanċ tal-massa, filwaqt li jitqiesu l-valuri mkejla tal-konċentrazzjoni tal-komponenti l-oħrajn kollha tan-nixxiegħa tal-gass kif imniżżel fil-pjan tal-monitoraġġ tal-istallazzjoni:
Il-fluss tal-gass li joħroġ mit-trombi taċ-ċmieni
Il-fluss tal-gass niexef li joħroġ mit-trombi taċ-ċmieni jista’ jkun ikkalkulat billi jintuża wieħed mill-metodi li ġejjin.
IL-METODU A
Il-fluss tal-gass li joħroġ mit-trombi taċ-ċmieni Qe jiġi kkalkulat permezz ta’ metodu tal-bilanċ tal-massa, li jqis il-parametri sinifikanti kollha bħall-piżijiet tal-materjal tad-dħul, il-fluss tal-arja tad-dħul, l-effiċjenza tal-proċess, u, fuq in-naħa tal-produzzjoni, il-produzzjoni tal-prodott, il-konċentrazzjoni tal-O2, u l-konċentrazzjonijiet tas-SO2 u tan-NOx.
Il-metodu speċifiku tal-kalkolu għandu jkun approvat mill-awtorità kompetenti bħala parti mill-evalwazzjoni tal-pjan tal-monitoraġġ u tal-metodoloġija tal-monitoraġġ inkluża fih.
IL-METODU B:
Il-fluss tal-gass li joħroġ mit-trombi taċ-ċmieni Qe jiġi kkalkulat permezz tal-kejl kontinwu tal-fluss f’punt rappreżentattiv.”
C.
Għandu jiżdied l-Anness XVI li ġej:“ANNESS XVI
Linji ta’ gwida speċifiċi għal attività partikulari biex jiġu kkalkulati l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra mill-attivitajiet tal-qbid tas-CO2 bil-għan li jinġarr u jinħażen b’mod ġeoloġiku f’sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
1. IL-LIMITI U L-KOMPLETEZZA
Il-linji ta’ gwida speċifiċi għal attività partikulari inklużi f’dan l-Anness japplikaw għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet mill-attivitajiet tal-qbid tas-CO2.
Il-qbid tas-CO2 jista’ jsir kemm minn stallazzjonijiet apposta li jkunu qed jirċievu s-CO2 permezz ta’ trasferiment minn stallazzjonijiet oħra, jew minn stallazzjonijiet li jkunu qed iwettqu attivitajiet li joħorġu s-CO2 li għandu jinqabad taħt l-istess permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra. Il-partijiet kollha tal-istallazzjoni li għandhom x’jaqsmu mal-għan tal-qbid, il-ħżin intermedjarju, u t-trasferiment tas-CO2 lejn netwerk tat-trasport tas-CO2 jew lejn sit tal-ħżin ġeoloġiku tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra tas-CO2 għandhom ikunu inklużi fil-permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra. F’każ li l-istallazzjoni twettaq attivitajiet oħra koperti mid-Direttiva 2003/87/KE, l-emissjonijiet ta’ dawk l-attivitajiet għandhom ikunu mmonitorjati skont l-Annessi rispettivi ta’ dawn il-Linji ta’ gwida.
2. L-EMISSJONIJIET MILL-ATTIVITAJIET TAL-QBID TAS-CO2
Fil-ħidmiet tal-qbid tas-CO2, is-sorsi potenzjali ta’ emissjonijiet tas-CO2 jinkludu:
|
— |
is-CO2 ttrasferit lejn l-istallazzjoni tal-qbid; |
|
— |
l-attivitajiet tal-kombustjoni u attivitajiet oħrajn relatati magħhom fl-istallazzjoni (li għandhom x’jaqsmu mal-qbid), jiġifieri l-użu tal-fjuwil u tal-materjal tad-dħul. |
3. IL-KWANTIFIKAZZJONI TAL-AMMONTI TAS-CO2 TTRASFERIT U MAĦRUĠ
3.1. IL-KWANTIFIKAZZJONI FIL-LIVELL TAL-ISTALLAZZJONI
L-emissjonijiet jiġu kkalkulati billi jintuża bilanċ sħiħ tal-massa, li jqis l-emissjonijiet potenzjali tas-CO2 mill-proċessi rilevanti kollha tal-emissjonijiet fl-istallazzjoni kif ukoll l-ammont ta’ CO2 li jkun inqabad u ġie ttrasferit lejn in-netwerk tat-trasport.
L-emissjonijiet tal-istallazzjoni għandhom jiġu kkalkulati billi tintuża l-formola li ġejja:
Etal-istallazzjoni tal-qbid = Ttad-dħul + Emingħajr il-qbid – Tgħall-ħżin
Fejn:
|
Etal-istallazzjoni tal-qbid |
= |
L-emissjonijiet kollha tal-gassijiet b’effett tas-serra tal-istallazzjoni tal-qbid |
|
Ttad-dħul |
= |
L-ammont ta’ CO2 ttrasferit lejn l-istallazzjoni tal-qbid, ikkalkulat skont l-Anness XII u t-Taqsima 5.7 tal-Anness I; Jekk l-operatur jista’ juri, b’mod li jissodisfa lill-awtorità kompetenti, li l-emissjonijiet kollha tas-CO2 tal-istallazzjoni minn fejn ikunu qed joħorġu jkunu qed jiġu ttrasferiti lejn l-istallazzjoni tal-qbid, l-awtorità kompetenti tista’ tħalli lill-operatur juża l-emissjonijiet tal-istallazzjoni minn fejn ikunu qed joħorġu, li jkunu kkalkulati skont l-Annessi I sa XII, minflok ma juża s-CEMS. |
|
Emingħajr il-qbid |
= |
L-emissjonijiet tal-istallazzjoni li kieku s-CO2 ma jinqabadx, jiġifieri l-għadd totali tal-emissjonijiet mill-attivitajiet l-oħra kollha tal-istallazzjoni, mmonitorjati skont l-Annessi rispettivi; |
|
Tgħall-ħżin |
= |
L-ammont ta’ CO2 ttrasferit lejn netwerk tat-trasport jew lejn sit tal-ħżin, ikkalkulat skont l-Anness XII u t-Taqsima 5.7 tal-Anness I. |
F’każijiet fejn il-qbid tas-CO2 jsir mill-istess stallazzjoni li minnha joriġina s-CO2 li jinqabad, il-valur tat-Ttad-dħul ikun ta’ żero.
Fil-każ ta’ stallazzjonijiet tal-qbid indipendenti, l-Emingħajr il-qbid tirrappreżenta l-ammont ta’ emissjonijiet li jseħħu minn sorsi oħrajn apparti s-CO2 ttrasferit lejn l-istallazzjoni għall-qbid, bħall-emissjonijiet mill-kombustjoni mit-turbini, l-kompressuri u l-ħiters. Dawn l-emissjonijiet jistgħu jiġu kkalkulati b’kalkolu jew b’kejl skont l-Anness xieraq speċifiku għall-attività partikulari.
Fil-każ ta’ stallazzjonijiet tal-qbid indipendenti, l-istallazzjoni li minnha jkun qed jiġi ttrasferit is-CO2 lejn l-istallazzjoni tal-qbid għandha tnaqqas l-ammont tat-Ttad-dħul mill-emissjonijiet tagħha stess.
3.2. IL-KALKOLU TAS-CO2 TTRASFERIT
L-ammont tas-CO2 ttrasferit mill-istallazzjoni tal-qbid u lejha għandu jkun ikkalkulat skont it-Taqsima 5.7 tal-Anness I permezz ta’ CEMS imwettqa skont l-Anness XII. Bħala minimu, għandu jkun applikat is-saff nru 4 kif iddefinit fl-Anness XII. Huwa biss jekk jintwera, b’mod li jissodisfa lill-awtorità kompetenti, li dan l-approċċ tas-saff mhuwiex vijabbli b’mod tekniku, li jista’ jintuża s-saff aktar baxx li jmiss għas-sors tal-emissjoni rilevanti.”
D.
Għandu jiżdied l-Anness XVII li ġej:“ANNESS XVII
Linji ta’ gwida speċifiċi għal attività partikulari biex jiġu kkalkulati l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra mill-ġarr tas-CO2 permezz ta’ pajpijiet biex jinħażen b’mod ġeoloġiku f’sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE
1. IL-LIMITI U L-KOMPLETEZZA
Il-limiti għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet mill-ġarr tas-CO2 permezz tal-pajpijiet huma mniżżlin fil-permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra tan-netwerk tat-trasport, inklużi l-istallazzjonijiet kollha mqabbdin b’mod funzjonali man-netwerk tat-trasport, inklużi l-istazzjonijiet bûster (‘booster’) u l-ħiters. Kull netwerk tat-trasport għandu tal-anqas punt tal-bidu u punt tal-aħħar, li kull wieħed minnhom hu mqabbad ma’ stallazzjonijiet oħrajn li jkunu qed iwettqu attività waħda jew iktar mill-qbid, il-ġarr u l-ħżin ġeoloġiku tas-CO2. Il-punti tal-bidu u tal-aħħar jistgħu jinkludu punti fejn in-netwerk tat-trasport jinqasam fi tnejn kif ukoll fruntieri nazzjonali. Il-punti tal-bidu u tal-aħħar, kif ukoll l-istallazzjonijiet li huma mqabbdin magħhom, għandhom jitniżżlu fil-permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra.
2. IL-KWANTIFIKAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET TAS-CO2
Waqt il-ġarr tas-CO2 permezz tal-pajpijiet, is-sorsi potenzjali ta’ emissjonijiet tas-CO2 jinkludu:
|
— |
il-kombustjoni u l-proċessi l-oħrajn fl-istallazzjonijiet imqabbdin b’mod funzjonali man-netwerk tat-trasport, per eż. l-istazzjonijiet bûster; |
|
— |
l-emissjonijiet li jaħarbu min-netwerk tat-trasport; |
|
— |
l-emissjonijiet irrilaxxati apposta min-netwerk tat-trasport; |
|
— |
l-emissjonijiet minn inċidenti ta’ tnixxija fin-netwerk tat-trasport. |
Netwerk tat-trasport li jkun qed juża l-Metodu B ta’ hawn taħt ma għandux iżid is-CO2 li jkun irċieva minn stallazzjoni oħra tal-ETS mal-livell ikkalkulat tal-emissjonijiet tiegħu, u ma għandux inaqqas mil-livell ikkalkulat tal-emissjonijiet tiegħu kwalunkwe CO2 li jkun ittrasferit lejn stallazzjoni oħra tal-ETS.
2.1. L-APPROĊĊI GĦALL-KWANTIFIKAZZJONI
L-operaturi tan-netwerks tat-trasport jistgħu jagħżlu wieħed mill-approċċi li ġejjin:
IL-METODU A:
L-emissjonijiet min-netwerk tat-trasport jiġu kkalkulati billi jintuża bilanċ tal-massa skont il-formola li ġejja:
Fejn:
|
L-emissjonijiet |
= |
L-emissjonijiet kollha tas-CO2 tan-netwerk tat-trasport [t tas-CO2]; |
|
Emill-attività tagħha stess |
= |
L-emissjonijiet mill-attività tan-netwerk tat-trasport stess (jiġifieri mhux li jkunu ġejjin mis-CO2 li jkun inġarr), bħal dawk mill-użu tal-fjuwil fl-istazzjonijiet bûster, immonitorjati skont l-Annessi rispettivi ta’ dawn il-Linji ta’ gwida; |
|
TTAD-DĦUL,i |
= |
L-ammont ta’ CO2 ttrasferit lejn in-netwerk tat-trasport fil-punt tad-dħul i, ikkalkulat skont l-Anness XII u t-Taqsima 5.7 tal-Anness I; |
|
TTAL-ĦRUĠ,j |
= |
L-ammont ta’ CO2 ttrasferit ‘il barra min-netwerk tat-trasport fil-punt tal-ħruġ j, ikkalkulat skont l-Anness XII u t-Taqsima 5.7 tal-Anness I. |
IL-METODU B:
L-emissjonijiet għandhom jiġu kkalkulati billi jitqiesu l-emissjonijiet potenzjali tas-CO2 mill-proċessi rilevanti kollha tal-emissjonijiet fl-istallazzjoni kif ukoll l-ammont ta’ CO2 li jkun inqabad u ġie ttrasferit lejn il-faċilità tat-trasport, billi tintuża l-formola li ġejja:
L-emissjonijiet [t tas-CO2]= CO2 maħrub + CO2 irrilaxxat apposta + CO2 mill-avvenimenti tat-tnixxija + CO2 mill-istallazzjonijiet
Fejn:
|
L-emissjonijiet |
= |
L-emissjonijiet kollha tas-CO2 tan-netwerk tat-trasport [t tas-CO2]; |
|
CO2 maħrub |
= |
L-ammont ta’ emissjonijiet li jaħarbu [t tas-CO2] mis-CO2 li jkun inġarr lejn in-netwerk tat-trasport, inklużi mis-siġilli, mill-valvijiet, mill-istazzjonijiet tal-kumpressuri intermedjarji u mill-faċilitajiet tal-ħżin intermedjarji; |
|
CO2 irrilaxxat apposta |
= |
L-ammont ta’ emissjonijiet irrilaxxati apposta [t tas-CO2] mis-CO2 li jkun inġarr lejn in-netwerk tat-trasport; |
|
CO2 mill-avvenimenti tat-tnixxija |
= |
L-ammont ta’ CO2 [t tas-CO2] li jkun inġarr lejn in-netwerk tat-trasport, u li jkun maħruġ minħabba li komponent wieħed jew iktar tan-netwerk tat-trasport ma jibqax jaħdem sew; |
|
CO2 mill-istallazzjonijiet |
= |
L-ammont ta’ CO2 [t tas-CO2] li jkun qed jinħareġ mill-kombustjoni jew mill-proċessi l-oħrajn imqabbdin b’mod funzjonali mal-ġarr permezz tal-pajpijiet fin-netwerk tat-trasport, immonitorjat skont l-Annessi rispettivi ta’ dawn il-Linji ta’ gwida. |
2.2. IR-REKWIŻITI TAL-KWANTIFIKAZZJONI
Huwa u jagħżel liema wieħed mill-Metodi A u B sejjer jintuża, l-operatur għandu juri lill-awtorità kompetenti li l-metodoloġija magħżula sejra twassal għal riżultati li huma iktar ta’ min joqgħod fuqhom u b’inqas inċertezza dwar l-emissjonijiet ġenerali, u bl-użu tal-aqwa teknoloġija u għarfien disponibbli meta jressaq l-applikazzjoni għall-permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra, mingħajr ma jwassal għal spejjeż mhux raġonevoli. Jekk jintgħażel il-Metodu B, l-operatur għandu juri, b’mod li jissodisfa lill-awtorità kompententi, li l-inċertezza ġenerali tal-livell annwali tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra tan-netwerk tat-trasport tiegħu mhix se taqbeż is-7,5 %.
2.2.1 IR-REKWIŻITI SPEĊJALI GĦALL-METODU A
L-ammont tas-CO2 ttrasferit min-netwerk tat-trasport u lejh għandu jkun ikkalkulat skont it-Taqsima 5.7 tal-Anness I permezz ta’ CEMS imwettqa skont l-Anness XII. Bħala minimu, għandu jkun applikat is-saff nru 4 kif iddefinit fl-Anness XII. Huwa biss jekk jintwera, b’mod li jissodisfa lill-awtorità kompetenti, li dan l-approċċ tas-saff mhuwiex vijabbli b’mod tekniku, li jista’ jintuża s-saff aktar baxx li jmiss għas-sors tal-emissjoni rilevanti.
2.2.2 IR-REKWIŻITI SPEĊJALI GĦALL-METODU B:
2.2.2.1 L-emissjonijiet mill-kombustjoni
L-emissjonijiet potenzjali mill-kombustjoni mill-użu tal-fjuwil għandhom ikunu mmonitorjati skont l-Anness II.
2.2.2.2 L-emissjonijiet li jaħarbu min-netwerk tat-trasport
L-emissjonijiet li jaħarbu jinkludu l-emissjonijiet mit-tipi ta’ tagħmir li ġejjin:
|
— |
is-siġilli; |
|
— |
l-apparati tal-kejl; |
|
— |
il-valvijiet; |
|
— |
l-istazzjonijiet tal-kumpressuri intermedjarji; |
|
— |
il-faċilitajiet tal-ħżin intermedjarji. |
Meta tinbeda l-ħidma, u sa mhux aktar tard minn tmiem l-ewwel sena ta’ rrappurtar li fiha n-netwerk tat-trasport ikun qed jitħaddem, l-operatur għandu jiddeċiedi dwar il-fatturi medji tal-emissjonijiet, FE, (espressi fi gr. tas-CO2 għal kull unità tal-ħin) għal kull biċċa tagħmir jew kull avveniment li jista’ jagħti lok għall-ħrib tal-emissjonijiet. L-operatur għandu jirrevedi dawn il-fatturi tal-anqas kull ħames snin fid-dawl tal-aqwa tekniki disponibbli f’dan il-qasam.
L-emissjonijiet totali għandhom jiġu kkalkulati billi l-għadd ta’ bċejjeċ ta’ tagħmir f’kull kategorija jkun immultiplikat bil-fattur tal-emissjoni u billi r-riżultati tal-kategoriji separati jingħaddu flimkien kif muri fil-formola ta’ hawn taħt:
L-għadd ta’ avvenimenti huwa l-għadd tal-bċejjeċ tat-tagħmir partikulari għal kull kategorija, immultiplikat bl-għadd ta’ unitajiet tal-ħin fis-sena.
2.2.2.3 L-emissjonijiet mill-avvenimenti tat-tnixxija
L-operatur tan-netwerk tat-trasport għandu jipprovdi evidenza dwar l-integrità tan-netwerk billi juża dejta rappreżentattiva dwar il-pressjoni u t-temperatura (li tkun relatata maż-żmien u mal-post). Jekk id-dejta tkun turi li seħħet tnixxija, l-operatur għandu jikkalkula l-ammont ta’ CO2 mnixxi billi juża metodoloġija xierqa ddokumentata fil-pjan tal-monitoraġġ, ibbażata fuq il-linji ta’ gwida tal-industrija għall-aqwa prassi, per eżempju billi juża d-differenzi fid-dejta dwar it-temperatura u l-pressjoni meta mqabbla mal-valuri medji għall-pressjoni u għat-temperatura relatati mal-integrità tas-sistema.
2.2.2.4 L-emissjonijiet irrilaxxati apposta
Fil-pjan tal-monitoraġġ, l-operatur għandu jipprovdu analiżi ta’ sitwazzjonijiet potenzjali fejn ikun hemm ir-rilaxx apposta tal-emissjonijiet, inkluż għal raġunijiet ta’ manutenzjoni u ta’ emerġenzi, u għandu jipprovdi metodoloġija xierqa ddokumentata, ibbażata fuq il-linji ta’ gwida tal-industrija għall-aqwa prassi, sabiex jiġi kkalkulat l-ammont ta’ CO2 li jkun ġie rrilaxxat apposta.
2.2.2.5 Validazzjoni tar-riżultat tal-kalkolu tal-emissjonijiet li jaħarbu u tal-emissjonijiet imnixxija
Minħabba li l-monitoraġġ tas-CO2 ttrasferit lejn in-netwerk tat-trasport u ‘l barra minnu se jitwettaq fi kwalunkwe każ għal raġunijiet kummerċjali, l-operatur tan-netwerk tat-trasport għandu juża l-Metodu A tal-anqas darba fis-sena sabiex jivvalida r-riżultati tal-Metodu B. F’dan ir-rigward, għall-kejl tas-CO2 ttrasferit jistgħu jintużaw is-saffi iktar baxxi ddefiniti fl-Anness XII.”
E.
Għandu jiżdied l-Anness XVIII li ġej:“L-ANNESS XVIII
Linji ta’ gwida speċifiċi għal attività partikulari biex is-CO2 jinħażen b’mod ġeoloġiku f’sit tal-ħżin permess skont id-Direttiva 2009/31/KE
1. IL-LIMITI
Il-limiti għall-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet mill-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 għandhom ikunu speċifiċi għas-sit u għandhom ikunu bbażati fuq id-delimitazzjoni tas-sit tal-ħżin u tal-kumpless tal-ħżin kif speċifikata fil-permess skont id-Direttiva 2009/31/KE. Is-sorsi kollha tal-emissjonijiet mill-faċilità tal-injezzjoni tas-CO2 għandhom ikunu inklużi fil-permess għall-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett tas-serra. Meta jkunu identifikati tnixxijiet mill-kumpless tal-ħżin u dawn iwasslu għal emissjonijiet jew għal rilaxxi tas-CO2 għal ġol-kolonna tal-ilma, dawn għandhom ikunu inklużi bħala sorsi tal-emissjonijiet għall-istallazzjoni rispettiva sakemm ikunu ttieħdu miżuri korrettivi skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/31/KE u l-emissjonijiet jew ir-rilaxx għal ġol-kolonna tal-ilma minn dik it-tnixxija ma jibqgħux jinsabu iktar.
2. IL-KALKOLU TAL-EMISSJONIJIET TAS-CO2
Is-sorsi potenzjali tal-emissjonijiet tas-CO2 mill-ħżin ġeoloġiku tas-CO2 jinkludu:
|
— |
l-użu tal-fjuwil fl-istazzjonijiet bûster u f’attivitajiet oħrajn tal-kombustjoni bħal fl-impjanti tal-enerġija fuq il-post; |
|
— |
ir-rilaxx apposta fil-ħidmiet tal-injezzjoni jew tal-irkupru mtejjeb tal-idrokarbonju; |
|
— |
l-emissjonijiet li jaħarbu waqt l-injezzjoni; |
|
— |
is-CO2 li joħroġ mill-ħidmiet tal-irkupru mtejjeb tal-idrokarbonju; |
|
— |
it-tnixxijiet. |
Sit tal-ħżin ma għandux iżid is-CO2 li jkun irċieva minn stallazzjoni oħra mal-livell ikkalkulat tal-emissjonijiet tiegħu, u ma għandux inaqqas mil-livell ikkalkulat tal-emissjonijiet tiegħu kwalunkwe CO2 li jkun ittrasferit lejn stallazzjoni oħra jew li jkun inħażen b’mod ġeoloġiku fis-sit tal-ħżin.
2.1 L-EMISSJONIJIET MILL-UŻU TAL-FJUWIL
L-emissjonijiet mill-kombustjoni minn attivitajiet li jseħħu ‘l fuq mill-art għandhom ikunu kkalkulati skont l-Anness II.
2.2 L-EMISSJONIJIET IRRILAXXATI APPOSTA U L-EMISSJONIJIET LI JAĦARBU MILL-PROĊESS TAL-INJEZZJONI
L-emissjonijiet mir-rilaxx apposta u l-emissjonijiet li jaħarbu għandhom ikunu kkalkulati kif ġej:
CO2 maħruġ [t tas-CO2] = V CO2 [t tas-CO2] + F CO2 [t tas-CO2]
Fejn:
V CO2 = l-ammont ta’ CO2 rrilaxxat apposta
F CO2 = l-ammont ta’ CO2 mill-emissjonijiet li jaħarbu
Il-V CO2 għandu jkun ikkalkulat billi tintuża CEMS skont l-Anness XII ta’ dawn il-Linji ta’ gwida. Jekk l-applikazzjoni tas-CEMS twassal għal spejjeż mhux raġonevoli, l-operatur jista’ jinkludi metodoloġija xierqa fil-pjan tal-monitoraġġ ibbażata fuq l-aqwa prassi tal-industrija, u suġġetta għall-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti.
L-F CO2 għandu jitqies bħala sors wieħed. Dan ifisser li r-rekwiżiti tal-inċertezza tal-Anness XII u tat-Taqsima 6.2 tal-Anness I japplikaw għall-valur totali u mhux għall-punti individwali tal-emissjonijiet. Fil-pjan tal-monitoraġġ, l-operatur għandu jipprovdi analiżi tas-sorsi potenzjali tal-emissjonijiet li jaħarbu, u għandu jipprovdi metodoloġija xierqa ddokumentata, ibbażata fuq il-linji ta’ gwida tal-industrija għall-aqwa prassi, sabiex jiġi kkalkulat jew imkejjel l-ammont tal-F CO2. Sabiex jiġi kkalkulat l-F CO2, tista’ tintuża d-dejta dwar il-faċilità tal-injezzjoni miġbura skont l-Artikolu 13 u skont il-paragrafu 1.1(e) sa (h) tal-Anness II tad-Direttiva 2009/31/KE, f’każ li din tkun konformi mar-rekwiżiti ta’ dawn il-Linji ta’ gwida.
2.3. L-EMISSJONIJIET IRRILAXXATI APPOSTA U L-EMISSJONIJIET LI JAĦARBU MILL-ĦIDMIET TAL-IRKUPRU MTEJJEB TAL-IDROKARBONJU
Wisq probabbli, l-użu tal-irkupru mtejjeb tal-idrokarbonju (EHR) flimkien mal-ħżin ġeoloġiku tas-CO2, jipprovdi sors ieħor tal-emissjonijiet, jiġifieri l-ħruġ tas-CO2 mal-idrokarboni prodotti. Is-sorsi addizzjonali tal-emissjonijiet mill-ħidmiet tal-EHR jinkludu:
|
— |
l-unitajiet għas-separazzjoni taż-żejt u tal-gass u l-impjant tar-riċiklaġġ tal-gass, li fihom jista’ jkun hemm emissjonijiet li jaħarbu; |
|
— |
iċ-ċumnija t-twila fejn jitqabbad il-gass, fejn jistgħu jseħħu emissjonijiet minħabba li jiġu applikati sistemi ta’ tindif pożittiv kontinwu u waqt li tkun qed titnaqqas il-pressjoni atmosferika tal-istallazzjoni tal-produzzjoni tal-idrokarboni; |
|
— |
is-sistema ta’ tindif tas-CO2, sabiex jiġi evitat li konċentrazzjonijiet għoljin tas-CO2 jitfu n-nar. |
Kwalunkwe emissjoni li taħrab li sseħħ, normalment terġa’ tiddawwar lejn sistema taż-żamma tal-gass, lejn in-nar jew lejn sistema tat-tindif tas-CO2. Kwalunkwe tali emissjonijiet jew CO2 rrilaxxat apposta, per eżempju mis-sistema tat-tindif tas-CO2, għandu jiġi kkalkulat skont it-Taqsima 2.2 ta’ dan l-Anness.
L-emissjonijiet miċ-ċumnija t-twila fejn jitqabbad il-gass għandhom jiġu kkalkulati skont l-Anness II, filwaqt li jitqies is-CO2 potenzjali inerenti fil-gass taċ-ċumnija.
3. IT-TNIXXIJA MILL-KUMPLESS TAL-ĦŻIN
Għandu jinbeda l-monitoraġġ f’każ li kwalunkwe tnixxija twassal għal emissjonijiet jew għal rilaxxi għal ġol-kolonna tal-ilma. L-emissjonijiet li ġejjin minn rilaxx tas-CO2 għal ġol-kolonna tal-ilma għandhom jitqiesu li huma daqs l-ammont irrilaxxat għal ġol-kolonna tal-ilma.
Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet jew tar-rilaxx għal ġol-kolonna tal-ilma minn tnixxija għandu jitkompla sakemm jittieħdu miżuri korrettivi skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/31/KE u sakemm l-emissjonijiet jew ir-rilaxx għal ġol-kolonna tal-ilma ma jibqgħux jinsabu iktar.
L-emissjonijiet u r-rilaxx għal ġol-kolonna tal-ilma għandhom ikunu kkwantifikati kif ġej:
Fejn:
|
L CO2 |
= |
il-massa tas-CO2 maħruġ jew irrilaxxat kull jum kalendarju minħabba t-tnixxija. Għal kull jum kalendarju li għalih tkun immonitorjata t-tnixxija, din għandha tiġi kkalkulata bħala l-medja tal-massa mnixxija fis-siegħa [t tas-CO2 fis-siegħa] immultiplikata b’24. Il-massa mnixxija fis-siegħa għandha tiġi kkalkulata skont id-dispożizzjonijiet tal-pjan approvat tal-monitoraġġ għas-sit tal-ħżin u għat-tnixxija. Għal kull jum kalendarju qabel ma jinbeda l-monitoraġġ, il-massa mnixxija kull jum għandha titqies li hi daqs il-massa mnixxija kull jum imkejla fl-ewwel jum tal-monitoraġġ. |
||||||
|
Ttal-bidu |
= |
l-iktar data riċenti minn fost dawn li ġejjin:
|
||||||
|
Ttat-tmiem |
= |
id-data sa meta jkunu ttieħdu miżuri korrettivi skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/31/KE u sa meta ma jkunux jibqgħu jinsabu iktar emissjonijiet jew rilaxxi għal ġol-kolonna tal-ilma. |
Jistgħu jiġu applikati metodi oħrajn għall-kwantifikazzjoni tal-emissjonijiet jew tar-rilaxx għal ġol-kolonna tal-ilma mit-tnixxijiet jekk dawn ikunu approvati mill-awtorità kompetenti fuq il-bażi li huma iktar preċiżi mill-metodu ta’ hawn fuq.
L-ammont tal-emissjonijiet imnixxija mill-kumpless tal-ħżin għandu jkun ikkwantifikat għal kull avveniment tat-tnixxija li jkollu inċertezza massima ġenerali matul il-perjodu ta’ rrapurtar ta’ ± 7,5 %. F’każ li l-inċertezza ġenerali tal-approċċ tal-kwantifikazzjoni applikat tkun ta’ iktar minn ± 7,5 %, għandu jkun applikat aġġustament, kif ġej:
CO2,Irrappurtat [t tas-CO2] = CO2,Ikkwantifikat [t tas-CO2] × (1 + (L-inċertezzaTas-sistema [%]/100) – 0,075)
Fejn:
|
CO2,Irrappurtat |
: |
L-ammont tas-CO2 li għandu jkun inkluż fir-rapport annwali dwar l-emissjonijiet f’dak li għandu x’jaqsam mat-tnixxija kkonċernata; |
|
CO2,Ikkwantifikat |
: |
L-ammont tas-CO2 kkalkulat permezz tal-metodu tal-kwantifikazzjoni użat għat-tnixxija kkonċernata; |
|
L-inċertezzaTas-sistema |
: |
Il-livell ta’ inċertezza li huwa marbut mal-metodu tal-kwantifikazzjoni użat għat-tnixxija kkonċernata, ikkalkulat skont it-Taqsima 7 tal-Anness I ta’ dawn il-linji ta’ gwida.” |