17.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 151/19


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta’ Ġunju 2010

dwar il-linji gwida għall-kalkolu tal-ħażna tal-karbonju fl-art għall-għanijiet tal-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 3751)

(2010/335/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (1), u b’mod partikulari l-punt 10 tat-Taqsima C tal-Anness V tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2009/28/KE tistipula regoli għall-kalkolu tal-impatt tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra tal-bijokarburanti, tal-bijolikwidi u l-komparaturi tal-karburanti fossili tagħhom, li jqisu l-emissjonijiet mill-bidliet fil-ħażna tal-karbonju kkawżati minn tibdil fl-użu tal-art. Id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (2) tinkludi regoli korrispondenti f’dak li għandu x’jaqsam mal-bijokarburanti.

(2)

Il-Kummissjoni għandha ssejjes il-linji gwida tagħha għall-kalkolu tal-ħażna tal-karbonju fl-art fuq il-Linji Gwida tal-2006 tal-Grupp ta’ Esperti Intergovernattiv dwar it-Tibdil fil-Klima (l-IPCC) għall-Inventorji Nazzjonali tal-Gass b’Effett Serra. Dawk il-linji gwida kienu maħsubin għall-inventorji nazzjonali tal-gassijiet b’effett serra u mhumiex mogħtija f’forma li tista’ tiġi applikata faċilment mill-operaturi ekonomiċi. Għalhekk huwa xieraq li, f’każijiet fejn il-Linji Gwida tal-IPCC għall-Inventorji Nazzjonali tal-Gass b’Effett Serra ma jinkludux it-tagħrif meħtieġ għall-għanijiet tal-produzzjoni tal-bijokarburanti u tal-bijolikwidi jew f’każijiet fejn dan it-tagħrif mhuwiex aċċessibbli, wieħed iserraħ fuq għejun tad-dejta oħrajn.

(3)

Għall-kalkolu tal-ħażna tal-karbonju fil-materja organika li tinsab fil-ħamrija, huwa xieraq li wieħed iqis il-klima, it-tip ta’ ħamrija, il-kopertura tal-art, il-ġestjoni tal-art u l-elementi li jidħlu fiha. Għall-ħamrija minerali, il-metodu tal-ewwel livell tal-IPCC għall-karbonju organiku fil-ħamrija huwa metodu xieraq għal dan il-għan, minħabba li jkopri l-livell dinji. Għall-ħamrija organika, il-metodoloġija tal-IPCC tindirizza b’mod partikulari t-telf tal-karbonju minħabba t-tneħħija tal-ilma mill-ħamrija. Dan tagħmlu biss permezz tat-telf fis-sena. Minħabba li t-tneħħija tal-ilma mill-ħamrija twassal għal telf kbir tal-ħażna tal-karbonju li ma jistax jiġi kkumpensat mill-iffrankar tal-gassijiet b’effett serra mill-bijokarburanti u l-bijolikwidi, u minħabba li t-tneħħija tal-ilma mill-ħamrija tal-pit mhuwiex permess skont il-kriterji tas-sostenibbiltà stabbiliti mid-Direttiva 2009/28/KE, huwa biżżejjed li wieħed jistabbilixxi regoli ġenerali sabiex jikkalkula l-ammont ta’ karbonju organiku fil-ħamrija jew it-telf tal-karbonju fil-ħamrija organika.

(4)

Għall-kalkolu tal-ħażna tal-karbonju fil-bijomassa ħajja u fil-materja organika mejta, il-metodu x-xieraq għandu jkun approċċ ta’ kumplessità baxxa li jikkorrispondi mal-metodu tal-ewwel livell tal-IPCC għall-veġetazzjoni. Skont dik il-metodoloġija, wieħed jista’ jassumi b’mod raġonevoli li l-ħażna kollha tal-karbonju fil-bijomassa ħajja u fil-materja organika mejta tintilef mill-art hekk kif din jinbidel l-użu tagħha. Normalment, il-materja organika mejta mhijiex importanti ħafna meta l-użu tal-art jinbidel sabiex fiha jibdew jitkabbru uċuħ li minnhom jiġu prodotti l-bijokarburanti u l-bijolikwidi, iżda din għandha titqies għallinqas għall-foresti magħluqin.

(5)

Huma u jikkalkulaw l-impatt tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra tal-bidla fl-użu tal-art, l-operaturi ekonomiċi għandhom ikunu jistgħu jużaw valuri reali għall-ħażna tal-karbonju assoċjati mal-użu ta’ referenza tal-art u mal-użu tal-art wara l-bidla fl-użu. Għandhom ikunu jistgħu jużaw ukoll valuri standard, u huwa xieraq li dawn il-linji gwida jipprovduhomlhom. Madanakollu, m’hemmx bżonn li wieħed jipprovdi valuri standard għal kombinazzjonijiet mhux probabbli ta’ klima u tipi ta’ ħamrija.

(6)

L-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE ta l-metodu għall-kalkolu tal-impatti tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett serra u jinkludi regoli sabiex jiġu kkalkulati l-emissjonijiet fis-sena mill-bidliet fil-ħażna tal-karbonju kkawżati minn tibdil fl-użu tal-art. Il-linji gwida mehmużin ma’ din id-Deċiżjoni jistabbilixxu regoli għall-kalkolu tal-ħażna tal-karbonju fl-art, u b’hekk jikkompletaw ir-regoli stabbiliti fl-Anness V,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-linji gwida għall-kalkolu tal-ħażna tal-karbonju fl-art għall-għanijiet tal-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE huma mogħtija fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni

Günther OETTINGER

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16.

(2)  ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58.


ANNESS

Linji gwida għall-kalkolu tal-ħażna tal-karbonju fl-art għall-għanijiet tal-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE

WERREJ

1.

Daħla 21

2.

Rappreżentazzjoni konsistenti tal-ħażna tal-karbonju fl-art 22

3.

Il-kalkolu tal-ħażna tal-karbonju 22

4.

Il-ħażna tal-karbonju organiku fil-ħamrija 23

5.

Il-ħażna tal-karbonju fil-veġetazzjoni ta’ taħt l-art u ta’ ‘l fuq minnha 23

6.

L-ammont standard tal-ħażna tal-karbonju fil-ħamrija minerali 25

7.

Fatturi li jirriflettu d-differenza bejn l-ammont tal-karbonju organiku fil-ħamrija meta mqabbel mal-ammont standard tal-karbonju organiku fil-ħamrija 26

8.

Il-valuri tal-ħażna tal-karbonju għall-ħażna tal-karbonju fil-veġetazzjoni ta’ taħt l-art u ta’ ‘l fuq minnha 33

1.   DAĦLA

Dawn il-linji gwida jistabbilixxu regoli għall-kalkolu tal-ħażna tal-karbonju fl-art, kemm għall-użu ta’ referenza tal-art (is-“CSR ”, kif iddefinita fil-punt 7 tal-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE), kif ukoll għall-użu reali tal-art (is-“CSA ”, kif iddefinita fil-punt 7 tal-Anness V tad-Direttiva 2009/28/KE).

Fil-punt 2, jingħataw regoli sabiex il-ħażna tal-karbonju fl-art tkun ikkalkulata b’mod konsistenti. Il-punt 3 jagħti r-regola ġenerali għall-kalkolu tal-ħażna tal-karbonju, li hija magħmula minn żewġ partijiet: il-karbonju organiku fil-ħamrija u l-ħażna tal-karbonju fil-veġetazzjoni ta’ taħt l-art u ta’ ‘l fuq minnha.

Il-punt 4 jagħti regoli ddettaljati sabiex wieħed jikkalkula l-ħażna tal-karbonju organiku fil-ħamrija. Għall-ħamrija minerali, tingħata l-għażla li wieħed jimxi ma’ metodu li jippermetti l-użu ta’ valuri mogħtija fil-linji gwida, filwaqt li tingħata l-għażla wkoll li wieħed juża metodi alternattivi. Għall-ħamrija organika, il-linji gwida jagħtu deskrizzjoni tal-metodi, iżda ma jagħtu l-ebda valuri għall-kalkolu tal-ħażna tal-karbonju organiku fiha.

Il-punt 5 jagħti regoli ddettaljati għall-ħażna tal-karbonju fil-veġetazzjoni, iżda huwa rilevanti biss jekk wieħed jagħżel li ma jużax il-valuri għall-ħażna tal-karbonju fil-veġetazzjoni ta’ taħt l-art u ta’ ‘l fuq minnha mogħtija fil-punt 8 tal-linji gwida (l-użu tal-valuri mogħtija fil-punt 8 mhuwiex obbligatorju u f’ċerti każijiet jista’ jkun li dawn il-valuri ma jkunux dawk xierqa).

Il-punt 6 jagħti r-regoli sabiex wieħed jagħżel il-valuri t-tajbin f’każ li jkun għażel li juża l-valuri għall-karbonju organiku fil-ħamrija minerali mogħtija f’dawn il-linji gwida (dawn il-valuri huma mogħtija fil-punti 6 u 7). Dawn ir-regoli jirreferu għas-saffi tad-dejta dwar ir-reġjuni klimatiċi u t-tipi ta’ ħamrija li jinsabu fuq l-Internet fis-sit tal-pjattaforma tat-trasparenza stabbilita bid-Direttiva 2009/28/KE. Dawk is-saffi tad-dejta huma saffi ddettaljati li fuqhom qed jissejsu l-grafika nru 1 u l-grafika nru 2 mogħtija hawn taħt.

Il-punt 8 jagħti l-valuri għall-ħażna tal-karbonju fil-veġetazzjoni ta’ taħt l-art u ta’ ‘l fuq minnha u l-parametri marbutin magħhom. Il-punti 7 u 8 jagħtu valuri għal erba’ kategoriji differenti tal-użu tal-art: l-art użata għall-uċuħ, l-uċuħ perenni, l-art bil-ħaxix u l-foresta.

Il-grafika nru 1

Ir-reġjuni klimatiċi

Image

Il-grafika nru 2

It-tqassim ġeografiku tat-tipi ta’ ħamrija differenti

Image

2.   RAPPREŻENTAZZJONI KONSISTENTI TAL-ĦAŻNA TAL-KARBONJU FL-ART

Ir-regoli li ġejjin għandhom japplikaw sabiex tiġi kkalkulata l-ħażna tal-karbonju għal kull unità tal-erja marbuta mas-CSR u mas-CSA:

(1)

L-erja kollha li għaliha tkun qed tiġi kkalkulata l-ħażna tal-karbonju fl-art għandu jkollha:

(a)

kundizzjonijiet bijofiżiċi simili f’termini tal-klima u tat-tip ta’ ħamrija;

(b)

storja simili tal-ġestjoni f’termini ta’ ħidma tal-ħamrija;

(ċ)

storja simili tad-dħul f’termini tad-dħul tal-karbonju fil-ħamrija.

(2)

Il-ħażna tal-karbonju tal-użu reali tal-art, is-“CSA ”, għandha tkun:

il-ħażna tal-karbonju li l-art mistennija jkollha meta tibda tintuża għall-użu l-ġdid, fil-każ tat-telf tal-ħażna tal-karbonju; u

il-ħażna tal-karbonju li hu stmat li se jkun hemm wara 20 sena jew meta jilħqu l-uċuħ tar-raba’, skont liema minnhom jiġi l-ewwel, fil-każ tal-akkumulazzjoni tal-ħażna tal-karbonju.

3.   IL-KALKOLU TAL-ĦAŻNA TAL-KARBONJU

Ir-regola li ġejja għandha tintuża sabiex jiġu kkalkulati s-CSR u s-CSA :

CSi = (SOC + CVEG ) × A

fejn:

CSI = ħażna tal-karbonju għal kull unità tal-erja marbuta mal-użu tal-art i (imkejla bħala l-massa tal-karbonju għal kull unità tal-erja, inklużi kemm il-ħamrija kif ukoll il-veġetazzjoni);

SOC= il-karbonju organiku fil-ħamrija (mkejjel bħala l-massa tal-karbonju għal kull ettaru), kkalkulat skont il-punt nru 4;

CVEG = il-ħażna tal-karbonju fil-veġetazzjoni ta’ taħt l-art u ta’ ‘l fuq minnha (mkejla bħala l-massa tal-karbonju għal kull ettaru), kkalkulata skont il-punt nru 5 jew magħżula minn fost il-valuri x-xierqa mogħtija fil-punt nru 8;

A= l-adattament tal-fatturi għall-erja kkonċernata (mkejjel bħala ettari għal kull unità tal-erja).

4.   IL-ĦAŻNA TAL-KARBONJU ORGANIKU FIL-ĦAMRIJA

4.1.   Il-ħamrija minerali

Ir-regola li ġejja tista’ tintuża biex jiġi kkalkulat is-SOC:

SOC = SOC ST × FLU  × FMG  × FI

fejn:

SOC= il-karbonju organiku fil-ħamrija (mkejjel bħala l-massa tal-karbonju għal kull ettaru);

SOCST = il-karbonju organiku standard fil-ħamrija li jinsab fis-saff ta’ fuq tal-ħamrija, li jkun bejn 0 u 30 ċentimetru ‘l isfel minn wiċċ l-art (imkejjel bħala l-massa tal-karbonju għal kull ettaru);

FLU = il-fattur tal-użu tal-art li jirrifletti d-differenza bejn l-ammont tal-karbonju organiku fil-ħamrija marbut mat-tip tal-użu tal-art partikulari meta mqabbel mal-ammont standard tal-karbonju organiku fil-ħamrija;

FMG = il-fattur tal-ġestjoni li jirrifletti d-differenza bejn l-ammont tal-karbonju organiku fil-ħamrija marbut mal-prattika ewlenija tal-ġestjoni partikulari meta mqabbel mal-ammont standard tal-karbonju organiku fil-ħamrija;

FI = il-fattur tad-dħul li jirrifletti d-differenza bejn l-ammont ta’ karbonju organiku fil-ħamrija marbut mal-livelli differenti tad-dħul tal-karbonju fil-ħamrija meta mqabbel mal-ammont standard tal-karbonju organiku fil-ħamrija.

Għas-SOCST , għandhom japplikaw il-valuri x-xierqa mogħtija fil-punt nru 6.

Għall-FLU , FMG u FI , għandhom japplikaw il-valuri x-xierqa mogħtija fil-punt nru 7.

Bħala alternattiva għar-regola mogħtija hawn fuq, għall-kalkolu tas-SOC jistgħu jintużaw metodi xierqa oħrajn, inkluż il-kejl. Jekk it-tali metodi ma jissejsux fuq il-kejl, għandhom iqisu l-klima, it-tip ta’ ħamrija, il-kopertura tal-art, il-ġestjoni tal-art u l-elementi li jidħlu fiha.

4.2.   Il-ħamrija organika (il-“histosols”)

Għandhom jintużaw metodi xierqa sabiex jiġi kkalkulat is-SOC. Dawn il-metodi għandhom iqisu l-fond kollu tas-saff tal-ħamrija organika, kif ukoll il-klima, il-kopertura tal-art, il-ġestjoni tal-art u l-elementi li jidħlu fiha. It-tali metodi jistgħu jinkludu l-kejl.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-ħażna tal-karbonju li tkun effettwata mit-tneħħija tal-ilma mill-ħamrija, il-metodi x-xierqa għandhom iqisu t-telf tal-karbonju wara t-tneħħija tal-ilma. Dawn il-metodi jistgħu jissejsu fuq it-telf tal-karbonju fis-sena wara t-tneħħija tal-ilma.

5.   IL-ĦAŻNA TAL-KARBONJU FIL-VEĠETAZZJONI TA’ TAĦT L-ART U TA’ ‘L FUQ MINNHA

Ir-regola li ġejja għandha tintuża sabiex tiġi kkalkulata s-CVEG, ħlief f’każijiet fejn jintuża valur għas-CVEG minn fost dawk mogħtija fil-punt nru 8:

CVEG = CBM  + CDOM

fejn:

CVEG = il-ħażna tal-karbonju fil-veġetazzjoni ta’ taħt l-art u ta’ ‘l fuq minnha (mkejla bħala l-massa tal-karbonju għal kull ettaru);

CBM = il-ħażna tal-karbonju fil-bijomassa ħajja ta’ taħt l-art u ta’ ‘l fuq minnha (mkejla bħala l-massa tal-karbonju għal kull ettaru), kkalkulata skont il-punt nru 5.1;

CDOM = il-ħażna tal-karbonju fil-materja organika mejta ta’ taħt l-art u ta’ ‘l fuq minnha (mkejla bħala l-massa tal-karbonju għal kull ettaru), kkalkulata skont il-punt nru 5.2.

Għas-CDOM , jista’ jintuża l-valur ta’ 0, ħlief fil-każ ta’ foresti li għandhom kopertura ta’ iktar minn 30 %, minbarra l-pjantaġġuni tal-foresti

5.1.   Il-bijomassa ħajja

Ir-regola li ġejja għandha tintuża sabiex tiġi kkalkulata s-CBM

CBM = CAGB  + CBGB

fejn:

CBM = il-ħażna tal-karbonju fil-bijomassa ħajja ta’ taħt l-art u ta’ ‘l fuq minnha (mkejla bħala l-massa tal-karbonju għal kull ettaru);

CAGB = il-ħażna tal-karbonju fil-bijomassa ħajja ta’ ‘l fuq mill-art (imkejla bħala l-massa tal-karbonju għal kull ettaru), kkalkulata skont il-punt nru 5.1.1;

CBGB = il-ħażna tal-karbonju fil-bijomassa ħajja ta’ taħt l-art (imkejla bħala l-massa tal-karbonju għal kull ettaru), kkalkulata skont il-punt nru 5.1.2.

5.1.1.   Il-bijomassa ħajja ta’ ‘l fuq mill-art

Ir-regola li ġejja għandha tintuża sabiex tiġi kkalkulata s-CAGB :

CAGB = BAGB  × CFB

fejn

CAGB = il-ħażna tal-karbonju fil-bijomassa ħajja ta’ ‘l fuq mill-art (imkejla bħala l-massa tal-karbonju għal kull ettaru);

BAGB = il-piż tal-bijomassa ħajja ta’ ‘l fuq mill-art (imkejjel bħala l-massa tal-materja niexfa għal kull ettaru);

CFB = il-porzjon tal-karbonju tal-materja niexfa fil-bijomassa ħajja (imkejjel bħala l-massa tal-karbonju għal kull massa ta’ materja niexfa).

Fil-każ tal-art użata għall-uċuħ, tal-uċuħ perenni u tal-pjantaġġuni tal-foresti, il-valur li jintuża għall-BAGB għandu jkun il-piż medju tal-bijomassa ħajja ta’ ‘l fuq mill-art matul iċ-ċiklu tal-produzzjoni.

Għas-CFB jista’ jintuża l-valur ta’ 0,47.

5.1.2.   Il-bijomassa ħajja ta’ taħt l-art

Iż-żewġ regoli li ġejjin għandhom jintużaw biex tiġi kkalkulata s-CBGB :

(1)

CBGB = BBGB  × CFB

fejn:

CBGB = il-ħażna tal-karbonju fil-bijomassa ħajja ta’ taħt l-art (imkejla bħala l-massa tal-karbonju għal kull ettaru);

BBGB = il-piż tal-bijomassa ħajja ta’ taħt l-art (imkejjel bħala l-massa tal-materja niexfa għal kull ettaru);

CFB = il-porzjon tal-karbonju tal-materja niexfa fil-bijomassa ħajja (imkejjel bħala l-massa tal-karbonju għal kull massa ta’ materja niexfa).

Fil-każ tal-art użata għall-uċuħ, tal-uċuħ perenni u tal-pjantaġġuni tal-foresti, il-valur li jintuża għall-BBGB għandu jkun il-piż medju tal-bijomassa ħajja ta’ taħt l-art matul iċ-ċiklu tal-produzzjoni.

Għas-CFB jista’ jintuża l-valur ta’ 0,47.

(2)

CBGB = CAGB  × R

fejn:

CBGB = il-ħażna tal-karbonju fil-bijomassa ħajja ta’ taħt l-art (imkejla bħala l-massa tal-karbonju għal kull ettaru);

CAGB = il-ħażna tal-karbonju fil-bijomassa ħajja ta’ ‘l fuq mill-art (imkejla bħala l-massa tal-karbonju għal kull ettaru);

R= il-proporzjon tal-ħażna tal-karbonju fil-bijomassa ħajja ta’ taħt l-art meta mqabbla mal-ħażna tal-karbonju fil-bijomassa ħajja ta’ ‘l fuq mill-art.

Għal R jistgħu jintużaw valuri xierqa minn fost dawk mogħtija fil-punt nru 8.

5.2.   Il-materja organika mejta

Ir-regola li ġejja għandha tintuża sabiex tiġi kkalkulata s-CDOM

CDOM = CDW  + CLI

fejn:

CDOM = il-ħażna tal-karbonj u fil-materja organika mejta ta’ taħt l-art u ta’ ‘l fuq minnha (mkejla bħala l-massa tal-karbonju għal kull ettaru);

CDW = il-ħażna tal-karbonju fl-injam mejjet (imkejla bħala l-massa tal-karbonju għal kull ettaru), kkalkulata skont il-punt nru 5.2.1;

CLI = il-ħażna tal-karbonju fis-saff tal-materjal veġetali mejjet (imkejla bħala l-massa tal-karbonju għal kull ettaru), kkalkulata skont il-punt nru 5.2.2.

5.2.1.   Il-ħażna tal-karbonju fl-injam mejjet

Ir-regola li ġejja għandha tintuża sabiex tiġi kkalkulata s-CDW :

CDW = DOMDW  × CFDW

fejn:

CDW = il-ħażna tal-karbonju fl-injam mejjet (imkejla bħala l-massa tal-karbonju għal kull ettaru);

DOMDW = il-piż tal-injam mejjet (imkejjel bħala l-massa tal-materja niexfa għal kull ettaru);

CFDW = il-porzjon tal-karbonju tal-materja niexfa fl-injam mejjet (imkejjel bħala l-massa tal-karbonju għal kull massa ta’ materja niexfa).

Għas-CFDW jista’ jintuża l-valur ta’ 0,5.

5.2.2.   Il-ħażna tal-karbonju fis-saff tal-materjal veġetali mejjet

Ir-regola li ġejja għandha tintuża sabiex tiġi kkalkulata s-CLI :

CLI = DOMLI  × CFLI

fejn:

CLI = il-ħażna tal-karbonju fis-saff tal-materjal veġetali mejjet (imkejla bħala l-massa tal-karbonju għal kull ettaru);

DOMLI = il-piż tas-saff tal-materjal veġetali mejjet (imkejjel bħala l-massa tal-materja niexfa għal kull ettaru);

CFLI = il-porzjon tal-karbonju tal-materja niexfa fis-saff tal-materjal veġetali mejjet (imkejjel bħala l-massa tal-karbonju għal kull massa ta’ materja niexfa).

Għas-CFLI jista’ jintuża l-valur ta’ 0,4.

6.   L-AMMONT STANDARD TAL-ĦAŻNA TAL-KARBONJU FIL-ĦAMRIJA MINERALI

Għandu jingħażel valur għas-SOCST minn fost dawk mogħtija fit-tabella nru 1, ibbażat fuq ir-reġjun klimatiku x-xieraq u t-tip ta’ ħamrija misjuba fiż-żona kkonċernata, hekk kif mogħti fil-punti nru 6.1 u 6.2.

It-tabella nru 1

Is-SOCST , il-karbonju organiku standard fil-ħamrija li jinsab fis-saff ta’ fuq tal-ħamrija, li jkun bejn 0 u 30 ċentimetru ‘l isfel minn wiċċ l-art

(f’tunnellati ta’ karbonju għal kull ettaru)

Ir-reġjun klimatiku

It-tip ta’ ħamrija

 

Ħamrija taflija b’ħafna attività

Ħamrija taflija bi ftit attività

Ħamrija ramlija

Ħamrija spodika

Ħamrija vulkanika

Ħamrija umduża

Klima Boreali

68

10

117

20

146

Klima friska moderata u niexfa

50

33

34

20

87

Klima friska moderata u umduża

95

85

71

115

130

87

Klima sħuna moderata u niexfa

38

24

19

70

88

Klima sħuna moderata u umduża

88

63

34

80

88

Klima tropikali u niexfa

38

35

31

50

86

Klima tropikali u umduża

65

47

39

70

86

Klima tropikali u b’ħafna xita

44

60

66

130

86

Klima tropikali u tal-muntanji

88

63

34

80

86

6.1.   Ir-reġjun klimatiku

Ir-reġjun klimatiku x-xieraq għall-għażla tal-valur ix-xieraq għas-SOCST għandu jiġi deċiż mis-saffi tad-dejta dwar ir-reġjuni klimatiċi li jinsabu fuq l-Internet fis-sit tal-pjattaforma tat-trasparenza stabbilita bl-Artikolu 24 tad-Direttiva 2009/28/KE.

6.2.   It-tip ta’ ħamrija

It-tip ix-xieraq ta’ ħamrija għandu jiġi deċiż skont il-grafika nru 3. Is-saffi tad-dejta dwar it-tipi ta’ ħamrija li jinsabu fuq l-Internet fis-sit tal-pjattaforma tat-trasparenza stabbilita bl-Artikolu 24 tad-Direttiva 2009/28/KE jistgħu jintużaw bħala gwida sabiex wieħed jiddeċiedi dwar it-tip ix-xieraq tal-ħamrija.

Il-grafika nru 3

Il-klassifikazzjoni tat-tipi ta’ ħamrija

Image

7.   FATTURI LI JIRRIFLETTU D-DIFFERENZA BEJN L-AMMONT TAL-KARBONJU ORGANIKU FIL-ĦAMRIJA META MQABBEL MAL-AMMONT STANDARD TAL-KARBONJU ORGANIKU FIL-ĦAMRIJA

Il-valuri x-xierqa għall-fatturi FLU , FMG u FI għandhom jintagħżlu mit-tabelli mogħtija hawn taħt. Għall-kalkolu tas-CSR , il-fatturi x-xierqa tal-ġestjoni u tad-dħul huma dawk li ntużaw f’Jannar tal-2008. Għall-kalkolu tas-CSA , il-fatturi x-xierqa tal-ġestjoni u tad-dħul huma dawk li qed jintużaw u li se jwasslu għall-ħażna tal-karbonju stabbilita kkonċernata.

7.1.   L-art użata għall-uċuħ

It-tabella nru 2

Il-fatturi għall-art użata għall-uċuħ

Ir-reġjun klimatiku

L-użu tal-art

(F LU)

Il-ġestjoni

(F MG)

Id-dħul fil-ħamrija

(F I)

FLU

FMG

FI

Klima moderata jew Boreali u niexfa

Art ikkultivata

Art maħduma għal kollox

Dħul baxx

0,8

1

0,95

Dħul medju

0,8

1

1

Dħul għoli, bid-demel

0,8

1

1,37

Dħul għoli, mingħajr demel

0,8

1

1,04

Art li ma tinħadimx

Dħul baxx

0,8

1,02

0,95

Dħul medju

0,8

1,02

1

Dħul għoli, bid-demel

0,8

1,02

1,37

Dħul għoli, mingħajr demel

0,8

1,02

1,04

Art li ma tinħadimx

Dħul baxx

0,8

1,1

0,95

Dħul medju

0,8

1,1

1

Dħul għoli, bid-demel

0,8

1,1

1,37

Dħul għoli, mingħajr demel

0,8

1,1

1,04

Klima moderata jew Boreali u umduża jew b’ħafna xita

Art ikkultivata

Art maħduma għal kollox

Dħul baxx

0,69

1

0,92

Dħul medju

0,69

1

1

Dħul għoli, bid-demel

0,69

1

1,44

Dħul għoli, mingħajr demel

0,69

1

1,11

Art li ma tinħadimx

Dħul baxx

0,69

1,08

0,92

Dħul medju

0,69

1,08

1

Dħul għoli, bid-demel

0,69

1,08

1,44

Dħul għoli, mingħajr demel

0,69

1,08

1,11

Art li ma tinħadimx

Dħul baxx

0,69

1,15

0,92

Dħul medju

0,69

1,15

1

Dħul għoli, bid-demel

0,69

1,15

1,44

Dħul għoli, mingħajr demel

0,69

1,15

1,11

Klima tropikali u niexfa

Art ikkultivata

Art maħduma għal kollox

Dħul baxx

0,58

1

0,95

Dħul medju

0,58

1

1

Dħul għoli, bid-demel

0,58

1

1,37

Dħul għoli, mingħajr demel

0,58

1

1,04

Art li ma tinħadimx

Dħul baxx

0,58

1,09

0,95

Dħul medju

0,58

1,09

1

Dħul għoli, bid-demel

0,58

1,09

1,37

Dħul għoli, mingħajr demel

0,58

1,09

1,04

Art li ma tinħadimx

Dħul baxx

0,58

1,17

0,95

Dħul medju

0,58

1,17

1

Dħul għoli, bid-demel

0,58

1,17

1,37

Dħul għoli, mingħajr demel

0,58

1,17

1,04

Klima tropikali u umduża jew b’ħafna xita

Art ikkultivata

Art maħduma għal kollox

Dħul baxx

0,48

1

0,92

Dħul medju

0,48

1

1

Dħul għoli, bid-demel

0,48

1

1,44

Dħul għoli, mingħajr demel

0,48

1

1,11

Art li ma tinħadimx

Dħul baxx

0,48

1,15

0,92

Dħul medju

0,48

1,15

1

Dħul għoli, bid-demel

0,48

1,15

1,44

Dħul għoli, mingħajr demel

0,48

1,15

1,11

Art li ma tinħadimx

Dħul baxx

0,48

1,22

0,92

Dħul medju

0,48

1,22

1

Dħul għoli, bid-demel

0,48

1,22

1,44

Dħul għoli, mingħajr demel

0,48

1,22

1,11

Klima tropikali u tal-muntanji

Art ikkultivata

Art maħduma għal kollox

Dħul baxx

0,64

1

0,94

Dħul medju

0,64

1

1

Dħul għoli, bid-demel

0,64

1

1,41

Dħul għoli, mingħajr demel

0,64

1

1,08

Art li ma tinħadimx

Dħul baxx

0,64

1,09

0,94

Dħul medju

0,64

1,09

1

Dħul għoli, bid-demel

0,64

1,09

1,41

Dħul għoli, mingħajr demel

0,64

1,09

1,08

Art li ma tinħadimx

Dħul baxx

0,64

1,16

0,94

Dħul medju

0,64

1,16

1

Dħul għoli, bid-demel

0,64

1,16

1,41

Dħul għoli, mingħajr demel

0,64

1,16

1,08

It-tabella nru 3 tagħti gwida sabiex wieħed jagħżel il-valuri x-xierqa mit-tabelli nru 2 u nru 4.

It-tabella nru 3

Gwida dwar il-ġestjoni u d-dħul għall-art użata għall-uċuħ u għall-uċuħ perenni

Il-ġestjoni jew id-dħul

Gwida

Art maħduma għal kollox

Disturb sostanzjali tal-ħamrija b’inverżjoni totali u/jew billi wieħed jaħdimha b’mod frekwenti (f’sena). Meta jsir iż-żrigħ, ftit biss minn wiċċ l-art ikun mgħotti bir-residwi (per eżempju inqas minn 30 % minnu).

Art li ma tinħadimx

Ħamrija maħduma b’mod primarju u/jew sekondarju, iżda li ma tkunx ġarrbet daqshekk disturb (normalment ħamrija mhux fonda u li ma tkunx għaddiet minn inverżjoni totali) u normalment din ikollha iktar minn 30 % tal-wiċċ tagħha mgħotti bir-residwi meta jsir iż-żrigħ.

Art li ma tinħadimx

Żrigħ dirett mingħajr ma l-art tinħadem b’mod primarju, b’disturb minimu biss tal-ħamrija fiż-żona taż-żrigħ. Normalment jintużaw l-erbiċidi biex ikun ikkontrollat il-ħaxix ħażin.

Dħul baxx

L-ammont tar-residwi jkun baxx meta r-residwi jitneħħew (billi jinġabru jew jinħarqu), meta l-art tisserraħ ta’ sikwit, meta fuqha jitkabbru wċuħ li jħallu ftit residwi (per eżempju l-ħaxix, it-tabakk u l-qoton), meta ma jintuża l-ebda fertilizzant minerali jew meta ma jitkabbrux uċuħ li jassimilaw in-nitroġenu li jkun hemm fl-atmosfera.

Dħul medju

Dan huwa rappreżentattiv għaż-żrigħ ta’ kull sena taċ-ċereali f’każ fejn ir-residwi kollha tal-uċuħ ikunu reġgħu ntefgħu fil-ħamrija. Jekk jitneħħew ir-residwi, jintużaw sustanzi organiċi addizzjonali oħrajn (per eżempju d-demel). Dan jeħtieġ ukoll l-użu ta’ fertilizzanti minerali jew ta’ uċuħ imnewbin li jassimilaw in-nitroġenu li jkun hemm fl-atmosfera.

Dħul għoli, bid-demel

Dan jirrappreżenta dħul ogħla sew tal-karbonju meta mqabbel ma’ dak ta’ sistemi oħrajn ta’ żrigħ bi dħul medju tal-karbonju, minħabba l-prattika addizzjonali taż-żieda regolari tad-demel tal-annimali.

Dħul għoli, mingħajr demel

Dan jirrappreżenta dħul ogħla sew ta’ residwi tal-uċuħ meta mqabbel ma’ dak ta’ sistemi oħrajn ta’ żrigħ bi dħul medju tal-karbonju, minħabba prattiki addizzjonali bħalma huma t-tkabbir ta’ wċuħ li jħallu ħafna residwi, l-użu tat-tidmil bil-ħaxix, l-uċuħ ta’ kopertura, is-serħan veġetattiv imtejjeb tal-art, it-tisqija tal-art, l-użu ta’ sikwit ta’ ħaxix perenni fit-tnewwib tal-uċuħ li jsir kull sena, iżda mingħajr ma jintuża d-demel (ara r-ringiela ta’ qabel din).

7.2.   L-uċuħ perenni

It-tabella nru 4

Il-fatturi għall-uċuħ perenni, l-iktar l-uċuħ multiannwali li l-għeruq tagħhom normalment ma jinħasdux ta’ kull sena, bħalma huma l-imsajġar b’newba qasira u l-palm taż-żejt

Ir-reġjun klimatiku

L-użu tal-art

(F LU)

Il-ġestjoni

(F MG)

Id-dħul fil-ħamrija

(F I)

FLU

FMG

FI

Klima moderata jew Boreali u niexfa

Uċuħ perenni

Art maħduma għal kollox

Dħul baxx

1

1

0,95

Dħul medju

1

1

1

Dħul għoli, bid-demel

1

1

1,37

Dħul għoli, mingħajr demel

1

1

1,04

Art li ma tinħadimx

Dħul baxx

1

1,02

0,95

Dħul medju

1

1,02

1

Dħul għoli, bid-demel

1

1,02

1,37

Dħul għoli, mingħajr demel

1

1,02

1,04

Art li ma tinħadimx

Dħul baxx

1

1,1

0,95

Dħul medju

1

1,1

1

Dħul għoli, bid-demel

1

1,1

1,37

Dħul għoli, mingħajr demel

1

1,1

1,04

Klima moderata jew Boreali u umduża jew b’ħafna xita

Uċuħ perenni

Art maħduma għal kollox

Dħul baxx

1

1

0,92

Dħul medju

1

1

1

Dħul għoli, bid-demel

1

1

1,44

Dħul għoli, mingħajr demel

1

1

1,11

Art li ma tinħadimx

Dħul baxx

1

1,08

0,92

Dħul medju

1

1,08

1

Dħul għoli, bid-demel

1

1,08

1,44

Dħul għoli, mingħajr demel

1

1,08

1,11

Art li ma tinħadimx

Dħul baxx

1

1,15

0,92

Dħul medju

1

1,15

1

Dħul għoli, bid-demel

1

1,15

1,44

Dħul għoli, mingħajr demel

1

1,15

1,11

Klima tropikali u niexfa

Uċuħ perenni

Art maħduma għal kollox

Dħul baxx

1

1

0,95

Dħul medju

1

1

1

Dħul għoli, bid-demel

1

1

1,37

Dħul għoli, mingħajr demel

1

1

1,04

Art li ma tinħadimx

Dħul baxx

1

1,09

0,95

Dħul medju

1

1,09

1

Dħul għoli, bid-demel

1

1,09

1,37

Dħul għoli, mingħajr demel

1

1,09

1,04

Art li ma tinħadimx

Dħul baxx

1

1,17

0,95

Dħul medju

1

1,17

1

Dħul għoli, bid-demel

1

1,17

1,37

Dħul għoli, mingħajr demel

1

1,17

1,04

Klima tropikali u umduża jew b’ħafna xita

Uċuħ perenni

Art maħduma għal kollox

Dħul baxx

1

1

0,92

Dħul medju

1

1

1

Dħul għoli, bid-demel

1

1

1,44

Dħul għoli, mingħajr demel

1

1

1,11

Art li ma tinħadimx

Dħul baxx

1

1,15

0,92

Dħul medju

1

1,15

1

Dħul għoli, bid-demel

1

1,15

1,44

Dħul għoli, mingħajr demel

1

1,15

1,11

Art li ma tinħadimx

Dħul baxx

1

1,22

0,92

Dħul medju

1

1,22

1

Dħul għoli, bid-demel

1

1,22

1,44

Dħul għoli, mingħajr demel

1

1,22

1,11

Klima tropikali u tal-muntanji

Uċuħ perenni

Art maħduma għal kollox

Dħul baxx

1

1

0,94

Dħul medju

1

1

1

Dħul għoli, bid-demel

1

1

1,41

Dħul għoli, mingħajr demel

1

1

1,08

Art li ma tinħadimx

Dħul baxx

1

1,09

0,94

Dħul medju

1

1,09

1

Dħul għoli, bid-demel

1

1,09

1,41

Dħul għoli, mingħajr demel

1

1,09

1,08

Art li ma tinħadimx

Dħul baxx

1

1,16

0,94

Dħul medju

1

1,16

1

Dħul għoli, bid-demel

1

1,16

1,41

Dħul għoli, mingħajr demel

1

1,16

1,08

It-tabella nru 3 fil-punt nru 7.1 tagħti gwida sabiex wieħed jagħżel il-valuri x-xierqa mit-tabella nru 4.

7.3.   L-art bil-ħaxix

It-tabella nru 5

Il-fatturi għall-art bil-ħaxix, inklużi s-savani

Ir-reġjun klimatiku

L-użu tal-art

(F LU)

Il-ġestjoni

(F MG)

Id-dħul fil-ħamrija

(F I)

FLU

FMG

FI

Klima moderata jew Boreali u niexfa

L-art bil-ħaxix

Art b’ġestjoni mtejba

Dħul medju

1

1,14

1

Dħul għoli

1

1,14

1,11

Art b’ġestjoni minima

Dħul medju

1

1

1

Art iddegradata b’mod moderat

Dħul medju

1

0,95

1

Art iddegradata ferm

Dħul medju

1

0,7

1

Klima moderata jew Boreali u umduża jew b’ħafna xita

L-art bil-ħaxix

Art b’ġestjoni mtejba

Dħul medju

1

1,14

1

Dħul għoli

1

1,14

1,11

Art b’ġestjoni minima

Dħul medju

1

1

1

Art iddegradata b’mod moderat

Dħul medju

1

0,95

1

Art iddegradata ferm

Dħul medju

1

0,7

1

Klima tropikali u niexfa

L-art bil-ħaxix

Art b’ġestjoni mtejba

Dħul medju

1

1,17

1

Dħul għoli

1

1,17

1,11

Art b’ġestjoni minima

Dħul medju

1

1

1

Art iddegradata b’mod moderat

Dħul medju

1

0,97

1

Art iddegradata ferm

Dħul medju

1

0,7

1

Klima tropikali u umduża jew b’ħafna xita

Is-savana

Art b’ġestjoni mtejba

Dħul medju

1

1,17

1

Dħul għoli

1

1,17

1,11

Art b’ġestjoni minima

Dħul medju

1

1

1

Art iddegradata b’mod moderat

Dħul medju

1

0,97

1

Art iddegradata ferm

Dħul medju

1

0,7

1

Klima tropikali u tal-muntanji u niexfa

L-art bil-ħaxix

Art b’ġestjoni mtejba

Dħul medju

1

1,16

1

Dħul għoli

1

1,16

1,11

Art b’ġestjoni minima

Dħul medju

1

1

1

Art iddegradata b’mod moderat

Dħul medju

1

0,96

1

Art iddegradata ferm

Dħul medju

1

0,7

1

It-tabella nru 6 tagħti gwida sabiex wieħed jagħżel il-valuri x-xierqa mit-tabella nru 5.

It-tabella nru 6

Gwida dwar il-ġestjoni u d-dħul għall-art bil-ħaxix

Il-ġestjoni jew id-dħul

Gwida

Art b’ġestjoni mtejba

Din tirrappreżenta art bil-ħaxix li għandha ġestjoni sostenibbli bi pressjoni moderata ta’ rigħi u li tittejjeb b’tal-inqas ħaġa waħda (per eżempju l-użu tal-fertilizzanti, it-titjib tal-ispeċi u t-tisqija).

Art b’ġestjoni minima

Din tirrappreżenta art bil-ħaxix li mhix iddegradata u li għandha ġestjoni sostenibbli, iżda li m’għandhiex titjib sinifikanti fil-ġestjoni tagħha.

Art iddegradata b’mod moderat

Din tirrappreżenta art bil-ħaxix li ntużat wisq għar-rigħi, jew li hi ddegradata b’mod moderat, bi produttività kemmxejn imnaqqsa (meta mqabbla mal-art bil-ħaxix nattiva jew b’ġestjoni minima) u li ma tirċievi l-ebda dħul mill-ġestjoni.

Art iddegradata ferm

Din timplika telf ewlieni u fit-tul tal-produttività u tal-kopertura tal-ħaxix, minħabba ħsara mekkanika kbira lill-veġetazzjoni u/jew minħabba l-erożjoni tal-ħamrija.

Dħul medju

Dan japplika f’każ li ma jkun intuża l-ebda dħul addizzjonali mill-ġestjoni.

Dħul għoli

Dan japplika għall-art bil-ħaxix li tkun ittejbet f’każ li jkun intuża dħul mill-ġestjoni jew titjib addizzjonali wieħed jew iktar (lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex l-art tiġi kklassifikata bħala art bil-ħaxix li tkun ittejbet).

7.4.   Il-foresti

It-tabella nru 7

Il-fatturi għall-foresti li jkollhom kopertura ta’ mill-inqas 10 %

Ir-reġjun klimatiku

L-użu tal-art

(F LU)

Il-ġestjoni

(F MG)

Id-dħul fil-ħamrija

(F I)

FLU

FMG

FI

Ir-reġjuni klimatiċi kollha

Foresta nattiva (li mhix iddegradata)

Mhux applikabbli(*) (*)

Mhux applikabbli

1

 

 

Ir-reġjuni klimatiċi kollha

Foresta ġestita

It-tipi kollha ta’ ġestjoni

It-tipi kollha ta’ dħul

1

1

1

Klima tropikali u umduża jew niexfa

Kultivazzjoni li tinbidel – żmien ta’ serħan imqassar

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

0,64

 

 

Kultivazzjoni li tinbidel – żmien ta’ serħan matur

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

0,8

 

 

Klima moderata jew Boreali u umduża jew niexfa

Kultivazzjoni li tinbidel – żmien ta’ serħan imqassar

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

1

 

 

Kultivazzjoni li tinbidel – żmien ta’ serħan matur

Mhux applikabbli

Mhux applikabbli

1

 

 

It-tabella nru 8 tagħti gwida sabiex wieħed jagħżel il-valuri x-xierqa mit-tabella nru 7.

It-tabella nru 8

Gwida dwar l-użu tal-art għall-foresti

L-użu tal-art

Gwida

Foresta nattiva

(li mhix iddegradata)

Din tirrappreżenta foresta nattiva jew fit-tul, li mhix iddegradata u li għandha ġestjoni sostenibbli.

Kultivazzjoni li tinbidel

Kultivazzjoni li tinbidel il-ħin kollu, fejn jinqatgħu s-siġar minn foresta tropikali jew minn masġar sabiex, għal żmien qasir (per eżempju għal perjodu ta’ 3 sa 5 snin), minflokhom jitkabbru l-uċuħ annwali u mbagħad wara dik iż-żona terġa’ titħalla tikber waħedha

Żmien ta’ serħan matur

Dan jirrappreżenta sitwazzjoni fejn il-veġetazzjoni tal-foresta titħalla terġa’ tikber għal kollox jew kważi għal kollox qabel ma terġa’ tinqala’ sabiex flokha jitkabbru l-uċuħ.

Żmien ta’ serħan imqassar

Dan jirrappreżenta sitwazzjoni fejn il-veġetazzjoni tal-foresta ma tkunx tħalliet tikber għal kollox qabel ma terġa’ tinqala’.

8.   IL-VALURI TAL-ĦAŻNA TAL-KARBONJU GĦALL-ĦAŻNA TAL-KARBONJU FIL-VEĠETAZZJONI TA’ TAĦT L-ART U TA’ ‘L FUQ MINNHA

Għas-CVEG u R, jistgħu jintużaw il-valuri x-xierqa mogħtija hawn taħt.

8.1.   L-art użata għall-uċuħ

It-tabella nru 9

Il-valuri tal-veġetazzjoni għall-art użata għall-uċuħ (valuri ġenerali)

Ir-reġjun klimatiku

CVEG

(f’tunnellati ta’ karbonju għal kull ettaru)

Ir-reġjuni klimatiċi kollha

0


It-tabella nru 10

Il-valuri tal-veġetazzjoni għall-kannamieli (valuri speċifiċi)

Il-qasam

Ir-reġjun klimatiku

Iż-żona ekoloġika

Il-kontinent

CVEG

(f’tunnellati ta’ karbonju għal kull ettaru)

Il-qasam tropikali

Klima tropikali u niexfa

Foresta tropikali niexfa

L-Afrika

4,2

L-Asja (kontinentali u insulari)

4

Moxa (“scrubland”) tropikali

L-Asja (kontinentali u insulari)

4

Klima tropikali u umduża

Foresta tropikali umduża u b’siġar li jwaqqgħu l-weraq u b’siġar li jwaqqgħu l-weraq

L-Afrika

4,2

L-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel

5

Klima tropikali u b’ħafna xita

Foresta tropikali

L-Asja (kontinentali u insulari)

4

L-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel

5

Il-qasam subtropikali

Klima sħuna moderata u niexfa

Steppa subtropikali

L-Amerika ta’ Fuq

4,8

Klima sħuna moderata u umduża

Foresta subtropikali umduża

L-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel

5

L-Amerika ta’ Fuq

4,8

8.2.   L-uċuħ perenni, l-iktar l-uċuħ multiannwali li l-għeruq tagħhom normalment ma jinħasdux ta’ kull sena, bħalma huma l-imsajġar b’newba qasira u l-palm taż-żejt

It-tabella nru 11

Il-valuri tal-veġetazzjoni għall-uċuħ perenni (valuri ġenerali)

Ir-reġjun klimatiku

CVEG

f’tunnellati ta’ karbonju għal kull ettaru)

Klima moderata (bl-ammonti kollha tal-umdità)

43,2

Klima tropikali u niexfa

6,2

Klima tropikali u umduża

14,4

Klima tropikali u b’ħafna xita

34,3


It-tabella nru 12

Il-valuri tal-veġetazzjoni għal ċertu wċuħ perenni

Ir-reġjun klimatiku

It-tip ta’ wiċċ

CVEG

(f’tunnellati ta’ karbonju għal kull ettaru)

Ir-reġjuni klimatiċi kollha

Il-ġewż tal-Indi (il-“coconut”)

75

Il-“jatropha”

17,5

Il-“jojoba”

2,4

Il-palm taż-żejt

60

8.3.   L-art bil-ħaxix

It-tabella nru 13

Il-valuri tal-veġetazzjoni għall-art bil-ħaxix, minbarra l-moxa (“scrubland”) (valuri ġenerali)

Ir-reġjun klimatiku

CVEG

(f’tunnellati ta’ karbonju għal kull ettaru)

Klima Boreali, niexfa u b’ħafna xita

4,3

Klima friska moderata u niexfa

3,3

Klima friska moderata u b’ħafna xita

6,8

Klima sħuna moderata u niexfa

3,1

Klima sħuna moderata u b’ħafna xita

6,8

Klima tropikali u niexfa

4,4

Klima tropikali, umduża u b’ħafna xita

8,1


It-tabella nru 14

Il-valuri tal-veġetazzjoni għall-“miscanthus” (valuri speċifiċi)

Il-qasam

Ir-reġjun klimatiku

Iż-żona ekoloġika

Il-kontinent

CVEG

(f’tunnellati ta’ karbonju għal kull ettaru)

Il-qasam subtropikali

Klima sħuna moderata u niexfa

Foresta subtropikali niexfa

L-Ewropa

10

L-Amerika ta’ Fuq

14,9

Steppa subtropikali

L-Amerika ta’ Fuq

14,9


It-tabella nru 15

Il-valuri tal-veġetazzjoni għall-moxa (“scrubland”), l-iktar art b’veġetazzjoni li tkun fil-biċċa l-kbira tagħha magħmula minn pjanti għall-injam li mhumiex itwal minn 5 metri u li m’għandhomx aspetti fiżjonomiċi ċari ta’ siġar

Il-qasam

Il-kontinent

CVEG

(f’tunnellati ta’ karbonju għal kull ettaru)

Il-qasam tropikali

L-Afrika

46

L-Amerika ta’ Fuq u l-Amerika t’Isfel

53

L-Asja (kontinentali)

39

L-Asja (insulari)

46

L-Awstralja

46

Il-qasam subtropikali

L-Afrika

43

L-Amerika ta’ Fuq u l-Amerika t’Isfel

50

L-Asja (kontinentali)

37

L-Ewropa

37

L-Asja (insulari)

43

Il-qasam moderat

Id-dinja kollha

7,4

8.4.   Il-foresti

It-tabella nru 16

Il-valuri tal-veġetazzjoni għall-foresti li għandhom kopertura ta’ bejn l-10 u t-30 %, minbarra l-pjantaġġuni tal-foresti

Il-qasam

Iż-żona ekoloġika

Il-kontinent

CVEG

(f’tunnellati ta’ karbonju għal kull ettaru)

R

Il-qasam tropikali

Foresta tropikali

L-Afrika

40

0,37

L-Amerika ta’ Fuq u l-Amerika t’Isfel

39

0,37

L-Asja (kontinentali)

36

0,37

L-Asja (insulari)

45

0,37

Foresta tropikali umduża

L-Afrika

30

0,24

L-Amerika ta’ Fuq u l-Amerika t’Isfel

26

0,24

L-Asja (kontinentali)

21

0,24

L-Asja (insulari)

34

0,24

Foresta tropikali niexfa

L-Afrika

14

0,28

L-Amerika ta’ Fuq u l-Amerika t’Isfel

25

0,28

L-Asja (kontinentali)

16

0,28

L-Asja (insulari)

19

0,28

Il-muntanji taż-żoni tropikali

L-Afrika

13

0,24

L-Amerika ta’ Fuq u l-Amerika t’Isfel

17

0,24

L-Asja (kontinentali)

16

0,24

L-Asja (insulari)

26

0,28

Il-qasam subtropikali

Foresta subtropikali umduża

L-Amerika ta’ Fuq u l-Amerika t’Isfel

26

0,28

L-Asja (kontinentali)

22

0,28

L-Asja (insulari)

35

0,28

Foresta subtropikali niexfa

L-Afrika

17

0,28

L-Amerika ta’ Fuq u l-Amerika t’Isfel

26

0,32

L-Asja (kontinentali)

16

0,32

L-Asja (insulari)

20

0,32

Steppa subtropikali

L-Afrika

9

0,32

L-Amerika ta’ Fuq u l-Amerika t’Isfel

10

0,32

L-Asja (kontinentali)

7

0,32

L-Asja (insulari)

9

0,32

Il-qasam moderat

Foresta oċeanika moderata

L-Ewropa

14

0,27

L-Amerika ta’ Fuq

79

0,27

In-New Zealand

43

0,27

L-Amerika t’Isfel

21

0,27

Foresta kontinentali moderata

L-Asja, l-Ewropa (ta’ 20 sena jew inqas)

2

0,27

L-Asja, l-Ewropa (ta’ iktar minn 20 sena)

14

0,27

L-Amerika ta’ Fuq u l-Amerika t’Isfel (ta’ 20 sena jew inqas)

7

0,27

L-Amerika ta’ Fuq u l-Amerika t’Isfel (ta’ iktar minn 20 sena)

16

0,27

Il-muntanji taż-żoni moderati

L-Asja, l-Ewropa (ta’ 20 sena jew inqas)

12

0,27

L-Asja, l-Ewropa (ta’ iktar minn 20 sena)

16

0,27

L-Amerika ta’ Fuq u l-Amerika t’Isfel (ta’ 20 sena jew inqas)

6

0,27

L-Amerika ta’ Fuq u l-Amerika t’Isfel (ta’ iktar minn 20 sena)

6

0,27

Il-qasam Boreali

Foresta konifera Boreali

L-Asja, l-Ewropa, l-Amerika ta’ Fuq

12

0,24

L-imsaġar tat-tundra Boreali

L-Asja, l-Ewropa, l-Amerika ta’ Fuq (ta’ 20 sena jew inqas)

0

0,24

L-Asja, l-Ewropa, l-Amerika ta’ Fuq (ta’ iktar minn 20 sena)

2

0,24

Il-muntanji taż-żoni Boreali

L-Asja, l-Ewropa, l-Amerika ta’ Fuq (ta’ 20 sena jew inqas)

2

0,24

L-Asja, l-Ewropa, l-Amerika ta’ Fuq (ta’ iktar minn 20 sena)

6

0,24


It-tabella nru 17

Il-valuri tal-veġetazzjoni għall-foresti li għandhom kopertura ta’ iktar minn 30 %, minbarra l-pjantaġġuni tal-foresti

Il-qasam

Iż-żona ekoloġika

Il-kontinent

CVEG (f’tunnellati ta’ karbonju għal kull ettaru)

Il-qasam tropikali

Foresta tropikali

L-Afrika

204

L-Amerika ta’ Fuq u l-Amerika t’Isfel

198

L-Asja (kontinentali)

185

L-Asja (insulari)

230

Foresta tropikali umduża u b’siġar li jwaqqgħu l-weraq

L-Afrika

156

L-Amerika ta’ Fuq u l-Amerika t’Isfel

133

L-Asja (kontinentali)

110

L-Asja (insulari)

174

Foresta tropikali niexfa

L-Afrika

77

L-Amerika ta’ Fuq u l-Amerika t’Isfel

131

L-Asja (kontinentali)

83

L-Asja (insulari)

101

Il-muntanji taż-żoni tropikali

L-Afrika

77

L-Amerika ta’ Fuq u l-Amerika t’Isfel

94

L-Asja (kontinentali)

88

L-Asja (insulari)

130

Il-qasam subtropikali

Foresta subtropikali umduża

L-Amerika ta’ Fuq u l-Amerika t’Isfel

132

L-Asja (kontinentali)

109

L-Asja (insulari)

173

Foresta subtropikali niexfa

L-Afrika

88

L-Amerika ta’ Fuq u l-Amerika t’Isfel

130

L-Asja (kontinentali)

82

L-Asja (insulari)

100

Steppa subtropikali

L-Afrika

46

L-Amerika ta’ Fuq u l-Amerika t’Isfel

53

L-Asja (kontinentali)

41

L-Asja (insulari)

47

Il-qasam moderat

Foresta oċeanika moderata

L-Ewropa

84

L-Amerika ta’ Fuq

406

In-New Zealand

227

L-Amerika t’Isfel

120

Foresta kontinentali moderata

L-Asja, l-Ewropa (ta’ 20 sena jew inqas)

27

L-Asja, l-Ewropa (ta’ iktar minn 20 sena)

87

L-Amerika ta’ Fuq u l-Amerika t’Isfel (ta’ 20 sena jew inqas)

51

L-Amerika ta’ Fuq u l-Amerika t’Isfel (ta’ iktar minn 20 sena)

93

Il-muntanji taż-żoni moderati

L-Asja, l-Ewropa (ta’ 20 sena jew inqas)

75

L-Asja, l-Ewropa (ta’ iktar minn 20 sena)

93

L-Amerika ta’ Fuq u l-Amerika t’Isfel (ta’ 20 sena jew inqas)

45

L-Amerika ta’ Fuq u l-Amerika t’Isfel (ta’ iktar minn 20 sena)

93

Il-qasam Boreali

Foresta konifera Boreali

L-Asja, l-Ewropa, l-Amerika ta’ Fuq

53

L-imsaġar tat-tundra Boreali

L-Asja, l-Ewropa, l-Amerika ta’ Fuq (ta’ 20 sena jew inqas)

26

L-Asja, l-Ewropa, l-Amerika ta’ Fuq (ta’ iktar minn 20 sena)

35

Il-muntanji taż-żoni Boreali

L-Asja, l-Ewropa, l-Amerika ta’ Fuq (ta’ 20 sena jew inqas)

32

L-Asja, l-Ewropa, l-Amerika ta’ Fuq (ta’ iktar minn 20 sena)

53


It-tabella nru 18

Il-valuri tal-veġetazzjoni għall-pjantaġġuni tal-foresti

Il-qasam

Iż-żona ekoloġika

Il-kontinent

CVEG

(f’tunnellati ta’ karbonju għal kull ettaru)

R

Il-qasam tropikali

Foresta tropikali

L-Afrika, is-siġar li joħorfu li għandhom iktar minn 20 sena

87

0,24

L-Afrika, is-siġar li joħorfu li għandhom 20 sena jew inqas

29

0,24

L-Afrika, Pinus sp. ta’ iktar minn 20 sena

58

0,24

L-Afrika, Pinus sp. ta’ 20 sena jew inqas

17

0,24

L-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel, Eucalyptus sp.

58

0,24

L-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel, Pinus sp.

87

0,24

L-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel, Tectona grandis

70

0,24

L-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel, siġar li joħorfu oħrajn

44

0,24

L-Asja, is-siġar li joħorfu

64

0,24

L-Asja, is-siġar l-oħrajn

38

0,24

Foresta tropikali umduża u b’siġar li jwaqqgħu l-weraq

L-Afrika, is-siġar li joħorfu li għandhom iktar minn 20 sena

44

0,24

L-Afrika, is-siġar li joħorfu li għandhom 20 sena jew inqas

23

0,24

L-Afrika, Pinus sp. ta’ iktar minn 20 sena

35

0,24

L-Afrika, Pinus sp. ta’ iktar minn 20 sena

12

0,24

L-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel, Eucalyptus sp.

26

0,24

L-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel, Pinus sp.

79

0,24

L-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel, Tectona grandis

35

0,24

L-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel, siġar li joħorfu oħrajn

29

0,24

L-Asja, is-siġar li joħorfu

52

0,24

L-Asja, is-siġar l-oħrajn

29

0,24

Foresta tropikali niexfa

L-Afrika, is-siġar li joħorfu li għandhom iktar minn 20 sena

21

0,28

L-Afrika, is-siġar li joħorfu li għandhom 20 sena jew inqas

9

0,28

L-Afrika, Pinus sp. ta’ iktar minn 20 sena

18

0,28

L-Afrika, Pinus sp. ta’ 20 sena jew inqas

6

0,28

L-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel, Eucalyptus sp.

27

0,28

L-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel, Pinus sp.

33

0,28

L-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel, Tectona grandis

27

0,28

L-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel, siġar li joħorfu oħrajn

18

0,28

L-Asja, is-siġar li joħorfu

27

0,28

L-Asja, is-siġar l-oħrajn

18

0,28

Moxa (“shrubland”) tropikali

L-Afrika, is-siġar li joħorfu

6

0,27

L-Afrika, Pinus sp. ta’ iktar minn 20 sena

6

0,27

L-Afrika, Pinus sp. ta’ 20 sena jew inqas

4

0,27

L-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel, Eucalyptus sp.

18

0,27

L-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel, Pinus sp.

18

0,27

L-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel, Tectona grandis

15

0,27

L-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel, siġar li joħorfu oħrajn

9

0,27

L-Asja, is-siġar li joħorfu

12

0,27

L-Asja, is-siġar l-oħrajn

9

0,27

Il-muntanji taż-żoni tropikali

L-Afrika, is-siġar li joħorfu li għandhom iktar minn 20 sena

31

0,24

L-Afrika, Pinus sp. ta’ iktar minn 20 sena

20

0,24

L-Afrika, Pinus sp. ta’ 20 sena jew inqas

19

0,24

L-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel, Eucalyptus sp.

7

0,24

L-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel, Pinus sp.

22

0,24

L-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel, Tectona grandis

29

0,24

L-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel, siġar li joħorfu oħrajn

23

0,24

L-Asja, is-siġar li joħorfu

16

0,24

L-Asja, is-siġar l-oħrajn

28

0,24

Il-qasam subtropikali

15

0,24

Il-qasam subtropikali

Foresta subtropikali umduża

L-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel, Eucalyptus sp.

42

0,28

L-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel, Pinus sp.

81

0,28

L-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel, Tectona grandis

36

0,28

L-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel, siġar li joħorfu oħrajn

30

0,28

L-Asja, is-siġar li joħorfu

54

0,28

L-Asja, is-siġar l-oħrajn

30

0,28

Foresta subtropikali niexfa

L-Afrika, is-siġar li joħorfu li għandhom iktar minn 20 sena

21

0,28

L-Afrika, is-siġar li joħorfu li għandhom 20 sena jew inqas

9

0,32

L-Afrika, Pinus sp. ta’ iktar minn 20 sena

19

0,32

L-Afrika, Pinus sp. ta’ 20 sena jew inqas

6

0,32

L-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel, Eucalyptus sp.

34

0,32

L-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel, Pinus sp.

34

0,32

L-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel, Tectona grandis

28

0,32

L-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel, siġar li joħorfu oħrajn

19

0,32

L-Asja, is-siġar li joħorfu

28

0,32

L-Asja, is-siġar l-oħrajn

19

0,32

Steppa subtropikali

L-Afrika, is-siġar li joħorfu

6

0,32

L-Afrika, Pinus sp. ta’ iktar minn 20 sena

6

0,32

L-Afrika, Pinus sp. ta’ 20 sena jew inqas

5

0,32

L-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel, Eucalyptus sp.

19

0,32

L-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel, Pinus sp.

19

0,32

L-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel, Tectona grandis

16

0,32

L-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel, siġar li joħorfu oħrajn

9

0,32

L-Asja, is-siġar li joħorfu li għandhom iktar minn 20 sena

25

0,32

L-Asja, is-siġar li joħorfu li għandhom 20 sena jew inqas

3

0,32

L-Asja, is-siġar koniferi ta’ iktar minn 20 sena

6

0,32

L-Asja, is-siġar koniferi ta’ 20 sena jew inqas

34

0,32

Il-muntanji taż-żoni subtropikali

L-Afrika, is-siġar li joħorfu li għandhom iktar minn 20 sena

31

0,24

L-Afrika, is-siġar li joħorfu li għandhom 20 sena jew inqas

20

0,24

L-Afrika, Pinus sp. ta’ iktar minn 20 sena

19

0,24

L-Afrika, Pinus sp. ta’ 20 sena jew inqas

7

0,24

L-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel, Eucalyptus sp.

22

0,24

L-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel, Pinus sp.

34

0,24

L-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel, Tectona grandis

23

0,24

L-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Ċentrali u l-Amerika t’Isfel, siġar li joħorfu oħrajn

16

0,24

L-Asja, is-siġar li joħorfu

28

0,24

L-Asja, is-siġar l-oħrajn

15

0,24

Il-qasam moderat

Foresta oċeanika moderata

L-Asja, l-Ewropa, is-siġar li joħorfu li għandhom iktar minn 20 sena

60

0,27

L-Asja, l-Ewropa, is-siġar li joħorfu li għandhom 20 sena jew inqas

9

0,27

L-Asja, l-Ewropa, is-siġar koniferi ta’ iktar minn 20 sena

60

0,27

L-Asja, l-Ewropa, is-siġar koniferi ta’ 20 sena jew inqas

12

0,27

L-Amerika ta’ Fuq

52

0,27

In-New Zealand

75

0,27

L-Amerika t’Isfel

31

0,27

Foresti u muntanji taż-żoni kontinentali moderati

L-Asja, l-Ewropa, is-siġar li joħorfu li għandhom iktar minn 20 sena

60

0,27

L-Asja, l-Ewropa, is-siġar li joħorfu li għandhom 20 sena jew inqas

4

0,27

L-Asja, l-Ewropa, is-siġar koniferi ta’ iktar minn 20 sena

52

0,27

L-Asja, l-Ewropa, is-siġar koniferi ta’ 20 sena jew inqas

7

0,27

L-Amerika ta’ Fuq

52

0,27

L-Amerika t’Isfel

31

0,27

Il-qasam Boreali

Foresti tal-koniferi u muntanji taż-żoni Boreali L-imsaġar tat-tundra Boreali

L-Asja, l-Ewropa, ta’ iktar minn 20 sena

12

0,24

L-Asja, l-Ewropa, ta’ 20 sena jew inqas

1

0,24

L-Amerika ta’ Fuq

13

0,24

L-Asja, l-Ewropa, ta’ iktar minn 20 sena

L-Asja, l-Ewropa, ta’ iktar minn 20 sena

7

0,24

L-Asja, l-Ewropa, ta’ 20 sena jew inqas

1

0,24

L-Amerika ta’ Fuq

7

0,24


(*)  Mhux applikabbli – f’dawn il-każijiet, l-FMG u l-FI m’għandhomx japplikaw u r-regola li ġejja tista’ tintuża biex jiġi kkalkulat is-SOC: SOC = SOCST × FLU