|
15.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 149/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-14 ta’ Ġunju 2010
dwar l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ Ferric Sodium EDTA bħala ingredjent ġdid tal-ikel skont ir-Regolament (KE) 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 3729)
(It-test bil-Ġermaniż biss hu awtentiku)
(2010/331/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 1997 dwar l-ikel il-ġdid u l-ingredjenti ġodda tal-ikel (1), u partikolarment l-Artikolu 7 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-4 ta’ Settembru 2006 il-kumpanija Akzo Nobel Chemicals GmbH għamlet talba lill-awtoritajiet kompetenti tar-Renju Unit biex tqiegħed il-Ferric Sodium EDTA fis-suq bħala ingredjent tal-ikel ġdid. |
|
(2) |
Fil-11 ta’ Settembru 2006, l-entità kompetenti tal-evalwazzjoni tal-ikel tar-Renju Unit ħarġet l-ewwel rapport tal-istudju tagħha. F’dak ir-rapport waslet għall-konklużjoni li kien hemm l-obbligu ta’ valutazzjoni addizzjonali. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri kollha dwar it-talba fis-27 ta’ Novembru 2006. L-EFSA ntalbet twettaq il-valutazzjoni fit-22 ta’ Diċembru 2006. |
|
(4) |
Fit-26 ta’ Novembru 2009, wara talba mill-Kummissjoni, il-Bord Xjentifiku dwar l-Addittivi tal-Ikel u s-Sorsi tan-Nutrijenti miżjuda mal-Ikel (ANS) adotta opinjoni dwar is-sikurezza tal-Ferric Sodium EDTA. Fl-opinjoni l-EFSA kkonkludiet li l-EDTA ma huwa tal-ebda tħassib għas-sigurtà sakemm il-konsum tal-EDTA ma jaqbiżx il-1.9 mg EDTA għal kull kg tal-piż korporju ta’ kuljum. |
|
(5) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 953/2009 tat-13 ta’ Ottubru 2009 dwar sustanzi li jistgħu jiżdiedu għal għanijiet nutrittivi speċifiċi fl-oġġetti tal-ikel għal użi nutrittivi partikolari (2), id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (3) u/jew ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar iż-żieda ta’ vitamini u minerali u ta’ ċerti sustanzi oħra mal-ikel (4) jistabbilixxu dispożizzjoni speċifika għall-użu ta’ vitamini, minerali u sustanzi oħra fl-ikel. L-użu tal-Ferric Sodium EDTA għandu jkun awtorizzat mingħajr preġudizzju għall-ħtiġiet ta’ din il-leġiżlazzjoni. Il-limiti stabbiliti fl-Anness II tad-Deċiżjoni jirrigwardaw esklużivament l-EDTA bħala tali u huma mingħajr preġudizzju għal xi limiti għaż-żieda tal-ħadid fl-ikel. Abbażi tal-valutazzjoni xjentifika, ġie stabbilit li l-Ferric Sodium EDTA hu konformi mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 258/97. |
|
(6) |
Sabiex jiġi żgurat li t-tfal mhux se jissuperaw il-Konsum Aċċettabbli ta’ Kuljum (ADI) tal-EDTA jidher li jkun xieraq li jiġu stabbiliti limiti għaż-żieda tal-EDTA mal-ikel. |
|
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ferric Sodium EDTA bħala sors ta’ ħadid kif speċifikat fl-Anness I jista’ jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni bħala ingredjent ġdid tal-ikel biex jintuża fl-ikel mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi tar-Regolament (KE) Nru 953/2009, tad-Direttiva 2002/46/KE u/jew tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006.
L-ammont massimu ta’ Ferric Sodium EDTA (espress bħala EDTA anidru) li għandu jintuża fl-ikel huwa stabbilit fl-Anness II.
Artikolu 2
L-ispeċifikazzjoni tal-ingredjent il-ġdid tal-ikel awtorizzat b’din id-Deċiżjoni li trid tidher fuq it-tikketta tal-oġġetti tal-ikel li jkun fih dan l-ingredjent għandha tkun “Ferric Sodium EDTA”.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill Akzo Nobel Chemicals GmbH, Kreuzauer Strasse 46, D – 52355 Düren.
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2010.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(2) ĠU L 269, 14.10.2009, p. 9.
ANNESS I
Speċifikazzjonijiet tal-Ferric Sodium EDTA
DESKRIZZJONI
Il-Ferric Sodium EDTA (ethylenediaminetetraacetic acid) huwa trab kannella fl-isfar, ġieri, mingħajr riħa, b’purità kimika ta’ iktar minn 99 % (w/w). Huwa solubbli fl-ilma.
|
Nru CAS |
: |
18154-32-0 (CAS anidru 15708-41-5) |
|
Formula kimika |
: |
C10H12FeN2NaO8 * 3H2O |
|
Formula Strutturali |
: |
|
|
Karatteristiċi kimiċi tal-Ferric Sodium EDTA mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE)· Nru 953/2009, id-Direttiva 2002/46/KE u/jew Regolament (KE) Nru 1925/2006 |
|
|
pH ta’ soluzzjoni ta’ 1 % |
minn 3,5 għal 5,5 |
|
Ħadid |
minn 12,5 % għal 13,5 % |
|
Sodium |
5,5 % |
|
Ilma |
12,8 % |
|
Materja organika (CHNO) |
68,4 % |
|
EDTA |
minn 65,5 % għal 70,5 % |
|
Materjal li ma jinħallx fl-ilma |
mhux iktar minn 0,1 % |
|
Nitrilo-triacetic acid |
mhux iktar minn 0,1 % |
ANNESS II
Ammonti massimi ta’ Ferric Sodium EDTA (espress bħala EDTA anidru)
|
Supplimenti tal-ikel (skont id-Direttiva 2002/46/KE) |
tfal: 18-il mg f’kull doża ta’ kuljum kif rakkomandat mill-manifattur |
|
adulti: 75 mg f’kull doża ta’ kuljum kif rakkomandat mill-manifattur |
|
|
Ikel dijetetiku (skont ir-Regolament (KE) Nru 953/2009) |
12-il mg ta’ EDTA għal kull 100 g ta’ ikel finali |
|
Ikel imsaħħaħ (skont ir-Regolament (KE) Nru 1925/2006) |
12-il mg ta’ EDTA għal kull 100 g ta’ ikel finali |