12.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 147/5


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Ġunju 2010

li temenda l-Anness għad-Deċiżjoni 2004/432/KE dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet tal-monitoraġġ tal-fdalijiet (tar-residwi) sottomessi minn pajjiżi terzi skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 3548)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/327/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE tad-29 ta’ April 1996 dwar miżuri għall-monitoraġġ ta’ ċerti sustanzi u residwi tagħhom f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali u li tħassar id-Direttivi 85/358/KEE u 86/469/KEE u d-Deċiżjonijiet 89/187/KEE u 91/664/KEE (1), u b’mod partikolari r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 29(1) u l-Artikolu 29(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 96/23/KE tistabbilixxi miżuri għall-monitoraġġ ta’ sustanzi u gruppi ta’ residwi mniżżla fl-Anness I tagħha. Skont id-Direttiva 96/23/KE, l-inklużjoni u l-permanenza fuq il-listi tal-pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri huma awtorizzati jimpurtaw annimali u prodotti primarji li joriġinaw mill-annimali koperti minn dik id-Direttiva, għandhom ikunu soġġetti għat-tressiq ta’ pjan mill-pajjiżi terzi kkonċernati li jistipula l-garanziji li huma joffru fejn jidħol il-monitoraġġ tal-gruppi ta’ residwi u sustanzi elenkati f’dak l-Anness. Dawn il-pjanijiet għandhom jiġu aġġornati fuq it-talba tal-Kummissjoni, partikolarment meta ċerti verifiki jkunu jeżiġu dan.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/432/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar l-approvazzjoni tal-pjanijiet tal-monitoraġġ tar-residwi sottomessi minn pajjiżi terzi skont id-Direttiva tal-Kunsill 96/23/KE (2) tapprova l-pjanijiet għall-monitoraġġ tar-residwi mressqa minn ċerti pajjiżi terzi elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni għall-annimali u l-prodotti tal-annimali primarji indikati f’dik il-lista.

(3)

Il-Botswana ssottomettiet pjan għall-monitoraġġ tar-residwi lill-Kummissjoni għall-ekwini. L-evalwazzjoni ta’ dak il-pjan u l-informazzjoni addizzjonali miksuba mill-Kummissjoni jipprovdu biżżejjed garanziji għal dak il-pjan fir-rigward tal-ekwini. Għaldaqstant, l-ekwini għandhom jiġu inklużi fl-annotazzjoni għall-Botswana fil-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/432/KE.

(4)

Il-Gambja naqset milli tissottometti pjan ta’ monitoraġġ tar-residwu għall-akkwakultura għas-sena 2009. Għaldaqstant, l-ekwini għandhom jiġu inklużi fl-annotazzjoni għall-Gambja fil-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/432/KE. Il-Gambja ġiet infurmata skont dan.

(5)

L-ispezzjoni tal-Kummissjoni għall-Indja żvelat nuqqasijiet serji fl-implimentazzjoni tal-pjan ta’ monitoraġġ tar-residwu għall-ħalib u l-għasel. Għaldaqstant, l-annotazzjoni għall-Indja li tikkonċerna l-ħalib u l-għasel għandha titħassar mil-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/432/KE. L-Indja ġiet infurmata skont dan.

(6)

Ir-Repubblika tal-Moldova ssottomettiet pjan għall-monitoraġġ tar-residwi lill-Kummissjoni għall-għasel. L-evalwazzjoni ta’ dak il-pjan u l-informazzjoni addizzjonali miksuba mill-Kummissjoni jipprovdu biżżejjed garanziji dwar il-pjan li jikkonċerna l-għasel. Għaldaqstant, l-għasel għandu għalhekk jiġi inkluż fl-annotazzjoni għar-Repubblika tal-Moldova fil-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/432/KE.

(7)

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja ppreżentat pjan ta’ monitoraġġ tar-residwu għall-Kummissjoni għall-ħnieżer, it-tjur, il-prodotti tal-akkwakultura, il-bajd, it-tjur selvaġġ u l-għasel. Il-valutazzjoni ta’ dak il-pjan u l-informazzjoni addizzjonali miksuba mill-Kummissjoni jipprovdu biżżejjed garanziji, dwar il-pjan għall-monitoraġġ tar-residwi għal dawk il-prodotti. Għaldaqstant, l-għasel għandu għalhekk jiġi inkluż fl-annotazzjonijiet għal dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja fil-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2004/432/KE.

(8)

Is-Singapor issottometta pjan għall-monitoraġġ tar-residwi lill-Kummissjoni għall-akkwakultura. Il-valutazzjoni ta’ dak il-pjan u l-informazzjoni addizzjonali miksuba mill-Kummissjoni jipprovdu biżżejjed garanziji, dwar il-pjan għall-monitoraġġ tar-residwi tal-prodotti tal-akkwakultura. Għalhekk, l-annotazzjoni għall-akkwakultura għas-Singapor fil-lista fl-Anness għad-Deċiżjoni 2004/432/KE għandha tiġi emendata biex tħassar ir-restrizzjoni tal-importazzjonijiet għall-prodotti tal-ħut magħmula minn materja prima tal-akkwakultura mill-Istati Membri tal-UE jew pajjiżi terzi approvati mill-UE.

(9)

L-Uganda ppreżentat pjan għall-monitoraġġ tar-residwi lill-Kummissjoni għall-għasel u għall-akkwakultura. L-evalwazzjoni ta’ dak il-pjan u l-informazzjoni addizzjonali miksuba mill-Kummissjoni jipprovdu biżżejjed garanziji dwar dak il-pjan biex jiġġustifikaw l-inklużjoni tal-għasel u tal-akkwakultura fl-annotazzjonijiet għall-Uganda fil-lista tal-Anness għad-Deċiżjoni 2004/432/KE.

(10)

Sabiex jiġi evitat kwalunkwe tfixkil għall-kummerċ, għandu jiġi stabbilit perjodu tranżitorju biex ikopri konsenji ta’ prodotti ta’ akkwakultura mill-Gambja u għasel mill-Indja li ntbagħtu lill-Unjoni qabel id-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Ma hemmx bżonn li jiġi pprovdut arranġament tranżitorju bħal dan għal prodotti tal-ħalib mill-Indja għaliex bħalissa ma hemm l-ebda importazzjoni ta’ prodotti bħal dawn mill-Indja ġewwa l-Unjoni Ewropea minħabba li ma hemm l-ebda stabbilimenti ta’ prodotti tal-ħalib elenkati fl-Indja li l-importazzjoni tal-prodotti tal-ħalib tagħhom jista’ jiġi permess.

(11)

Id-Deċiżjoni 2004/432/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan.

(12)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2004/432/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Għal perjodu tranżitorju sal-1 ta’ Awwissu 2010, l-Istati Membri għandhom jaċċettaw konsenji ta’ prodotti ta’ akkwakultura mill-Gambja u konsenji ta’ għasel mill-Indja sakemm l-importatur ta’ prodotti bħal dawn jista’ juri li dawn ġew iċċertifikati u mibgħuta rispettivament mill-Gambja u l-Indja u kienu fit-triq għall-Unjoni qabel il-15 ta’ Ġunju 2010.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-15 ta’ Ġunju 2010.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Ġunju 2010

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 125, 23.5.1996, p. 10.

(2)   ĠU L 154, 30.4.2004, p. 44.


ANNESS

L-Anness tad-Deċiżjoni 2004/432/KE huwa mibdul b’dan li ġej:

“ANNESS

Kodiċi ISO2

Il-pajjiż

Bovini

Ovini/kaprini

Ħnieżer

Ekwini

Tajr

Akkwakultura

Il-ħalib

Bajd

Fenek

Tajr selvaġġ

Tajr imrobbi

Għasel

AD

Andorra (1)

X

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

AE

Emirati Għarab Magħquda

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

AL

L-Albanija

 

X

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

AN

L-Antilles tal-Pajjiżi Baxxi

 

 

 

 

 

 

X (2)

 

 

 

 

 

AR

L-Arġentina

X

X

 

X

X

X

X

X

X

X

X

X

AU

L-Awstralja

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

BA

Il-Bożnja u l-Ħerzegovina

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BD

Il-Bangladexx

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

BR

Il-Brażil

X

 

 

X

X

X

 

 

 

 

 

X

BW

Il-Botswana

X

 

 

X

 

 

 

 

 

 

X

 

BY

Il-Belarus

 

 

 

X (3)

 

X

X

X

 

 

 

 

BZ

Belize

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

CA

Il-Kanada

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CH

L-Isvizzera

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

CL

Iċ-Ċilì

X

X (4)

X

 

X

X

X

 

 

X

 

X

CM

Il-Kamerun

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

CN

Iċ-Ċina

 

 

 

 

X

X

 

X

X

 

 

X

CO

Il-Kolombja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CR

Il-Kosta Rika

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

CU

Kuba

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

EC

L-Ekwador

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ET

L-Etjopja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

FK

Il-Gżejjer Falklands

X

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

FO

Il-Gżejjer Faroe

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

GL

Greenland

 

X

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

GT

Il-Gwatemala

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

HK

Ħong Kong

 

 

 

 

X (2)

X (2)

 

 

 

 

 

 

HN

Il-Ħonduras

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

HR

Il-Kroazja

X

X

X

X (3)

X

X

X

X

X

X

X

X

ID

L-Indoneżja

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

IL

L-Iżrael

 

 

 

 

X

X

X

X

 

 

X

X

IN

L-Indja

 

 

 

 

 

X

 

X

 

 

 

 

IS

L-Islanda

X

X

X

X

 

X

X

 

 

 

X (2)

 

IR

L-Iran

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

JM

Il-Ġamajka

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

JP

Il-Ġappun

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

KG

Il-Kirgistan

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

KR

Il-Korea t’Isfel

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

LK

Is-Sri Lanka

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MA

Il-Marokk

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MD

Ir-Repubblika tal-Moldova

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

ME

Il-Montenegro

X

X

X

 

X

X

 

X

 

 

 

X

MG

Il-Madagaskar

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

MK

Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (5)

X

X

X

X (3)

X

X

X

X

 

X

 

X

MU

Il-Mawrizju

 

 

 

 

X (2)

X

 

 

 

 

 

 

MX

Il-Messiku

 

 

 

X

 

X

 

X

 

 

 

X

MY

Il-Malasja

 

 

 

 

X (6)

X

 

 

 

 

 

 

MZ

Il-Możambik

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

NA

In-Namibja

X

X

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

NC

Il-Kaledonja Ġdida

X

 

 

 

 

X

 

 

 

X

X

X

NI

In-Nikaragwa

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

NZ

In-New Zealand

X

X

 

X

 

X

X

 

 

X

X

X

PA

Il-Panama

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PE

Il-Perù

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

 

PF

Il-Polineżja Franċiża

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

PH

Il-Filippini

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

PN

Il-Gżejjer Pitcairn

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

PY

Il-Paragwaj

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

RS

Is-Serbja (7)

X

X

X

X (3)

X

X

X

X

 

X

 

X

RU

Ir-Russja

X

X

X

X (3)

X

 

X

X

 

 

X (8)

X

SA

L-Arabja Sawdija

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SG

Singapor

X (2)

X (2)

X (2)

 

X (2)

X

X (2)

 

 

 

 

 

SM

San Marino (9)

X

 

X

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SR

Is-Surinam

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

SV

El Salvador

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

SZ

Is-Sważiland

X

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

TH

It-Tajlandja

 

 

 

 

X

X

 

 

 

 

 

X

TN

It-Tuneżija

 

 

 

 

X

X

 

 

 

X

 

 

TR

It-Turkija

 

 

 

 

X

X

X

 

 

 

 

X

TW

It-Tajwan

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

TZ

It-Tanżanija

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

UA

L-Ukraina

 

 

 

X

X

X

X

X

 

 

 

X

UG

L-Uganda

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

X

US

L-Istati Uniti

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

X

UY

L-Urugwaj

X

X

 

X

 

X

X

 

X

X

X

X

VE

Il-Venezwela

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

VN

Il-Vjetnam

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

YT

Mayotte

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

 

 

ZA

L-Afrika t’Isfel

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

X

 

ZM

Iż-Żambja

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

X

ZW

Iż-Żimbabwe

 

 

 

 

 

X

 

 

 

 

X

 


(1)  Il-pjan inizjali għall-monitoraġġ tar-residwi approvat mis-sottogrupp veterinarju KE-Andorra (skont id-Deċiżjoni Nru 2/1999 tal-Kumitat Konġunt KE-Andorra (ĠU L 31, 5.2.2000, p. 84).

(2)  Pajjiżi terzi li jużaw biss materja prima minn pajjiżi terzi oħra approvati jew minn Stati Membri tal-UE għall-produzzjoni tal-ikel

(3)  Esportazzjonijiet ta’ ekwini ħajjin għat-tbiċċir (annimali għall-produzzjoni tal-ikel biss).

(4)  Annimali ovini biss.

(5)  Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja; kodiċi provviżorja li bl-ebda mod ma tippreġudika n-nomenklatura definittiva għal dan il-pajjiż, li qed tiġi diskussa min-Nazzjonijiet Uniti.

(6)  Il-Malasja Peninsulari (tal-Punent) biss.

(7)  Ma tinkludix il-Kosovo kif iddefinit mir-Riżoluzzjoni 1244 tal-10 ta’ Ġunju 1999 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

(8)  Għar-renni mir-reġjuni ta’ Murmansk u Yamalo-Nenets biss.

(9)  Il-Pjan ta’ Monitoraġġ approvat skont id-Deċiżjoni Nru 1/94 tal-Kumitat ta’ Kooperazzjoni KE-San Marino (ĠU L 238, 13.9.1994, p. 25).”