11.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/15


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta’ Ġunju 2010

li jagħti deroga mir-Regolament ta’ implimentazzjoni (KE) Nru 1165/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna l-istatistika dwar il-bhejjem u l-laħam fir-rigward tal-Bulgarija u l-Ġermanja

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 3617)

(It-testi bil-Bulgaru u bil-Ġermaniż biss huma awtentiċi)

(2010/323/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1165/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 li jikkonċerna l-istatistika dwar il-bhejjem u l-laħam u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 93/23/KEE, 93/24/KEE u 93/25/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

Wara li kkunsidrat it-talba li saret mill-Bulgarija fl-10 ta’ Frar 2009,

Wara li kkunsidrat it-talba li saret mill-Ġermanja fl-20 ta’ Marzu 2009,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1165/2008, il-Kummissjoni tista’ tagħti lill-Istati Membri deroga mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament ġaladarba l-applikazzjoni tiegħu fis-sistemi statistiċi nazzjonali qiegħda teżiġi addattamenti kbar u x’aktarx li tista’ tipprovoka xi problemi prattiċi sinifikattivi.

(2)

Derogi bħal dawn għandhom jingħataw lill-Bulgarija u lill-Ġermanja fuq it-talba tagħhom.

(3)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1165/2008, Stat Membru li jkun ingħata deroga sal-1 ta’ Jannar 2010 għandu jkompli japplika d-dispożizzjonijiet tad-Direttivi tal-Kunsill 93/23/KEE (2), 93/24/KEE (3) u 93/25/KEE (4) sa din id-data.

(4)

Skont ir-Regolament (KE) Nru 1165/2008, Stat Membru li jkun ingħata deroga sal-1 ta’ Jannar 2011 għandu jkompli japplika d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 93/25/KEE sa din id-data.

ADOTTAT DIN ID-DECIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-Bulgarija u l-Ġermanja għandhom jingħataw deroga mill-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1165/2008 għall-perjodu li jintemm fl-1 ta’ Jannar 2010.

2.   Il-Bulgarija u l-Ġermanja għandhom jingħataw deroga mill-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1165/2008 li jikkonċerna n-nagħaġ u l-mogħoż għall-perjodu li jintemm fl-1 ta’ Jannar 2011.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija u lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kummissjoni

Olli REHN

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 321, 1.12.2008, p. 1.

(2)   ĠU L 149, 21.6.1993, p. 1.

(3)   ĠU L 149, 21.6.1993, p. 5.

(4)   ĠU L 149, 21.6.1993, p. 10.