|
10.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 142/9 |
KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ DEĊIŻJONI ATALANTA/3/2010
tat-28 ta’ Mejju 2010
dwar il-ħatra ta' Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)
(2010/317/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta' Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 6 tal-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE. |
|
(2) |
Ir-Renju Unit ppropona li l-Ġeneral Maġġur Buster HOWE jissostitwixxi lill-Kontro-Ammirall Peter HUDSON bħala Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE. |
|
(3) |
Il-Kumitat Militari tal-UE jappoġġa dik ir-rakkomandazzjoni. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta' deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta' difiża, |
ADDOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ġeneral Maġġur Buster HOWE huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta' kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta' piraterija u ta' serq bl-użu tal-armi 'l barra mix-xtut tas-Somalja.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-14 ta' Ġunju 2010.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà
Il-President
C. FERNÁNDEZ-ARIAS