10.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 142/7


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-3 ta’ Ġunju 2010

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari fir-rigward tal-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari 1999

(2010/316/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 214(4) u l-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari tal-1999 ġiet konkluża f’isem il-Komunità Ewropea permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/421/KE (1) u estiża permezz ta’ deċiżjonijiet tal-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari f’Ġunju 2003, Ġunju 2005, Ġunju 2007, Ġunju 2008 u Ġunju 2009 sabiex tibqa’ fis-seħħ sat-30 ta’ Ġunju 2010.

(2)

Il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ fil-Qamħ tal-1995 ser tibqa’ fis-seħħ sat-30 ta’ Ġunju 2011.

(3)

Il-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari 1999 tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2010 u l-kwistjoni tat-tiġdid tagħha ser tkun indirizzata formalment fil-102 Sessjoni tal-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari fl-4 ta’ Ġunju 2010.

(4)

Fil-101 Sessjoni tal-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari, fid-9 ta’ Diċembru 2009, xi membri esprimew rieda li jestendu l-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari 1999 għal sena oħra sat-30 ta’ Ġunju 2011. L-Unjoni Ewropea ħadet il-pożizzjoni li ser taħdem sabiex f’Ġunju 2010 tieħu deċiżjoni dwar il-futur tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari 1999 u li l-preparamenti jistgħu jibdew immedjatament mingħajr ebda preġudizzju għall-pożizzjoni formali li ser tiġi kkomunikata fil-102 Sessjoni tal-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari f’Ġunju 2010.

(5)

Hemm żewġ xenarji possibbli li l-Unjoni Ewropea għandha tipprepara pożizzjoni għalihom bil-ħsieb tal-102 Sessjoni tal-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari:

(a)

sal-102 Sessjoni tal-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari, id-diskussjonijiet fost il-membri tal-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari dwar il-futur tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari 1999 jkunu għamlu progress sinifikanti (jiġifieri jkun hemm stennija raġonevoli li n-negozjati mill-ġdid tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari 1999/in-negozjati dwar Konvenzjoni futura ser jibdew matul l-2010), f’liema każ l-aktar adatta tkun estensjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari 1999 għal sena oħra. Il-Kummissjoni mbagħad tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea waqt li tirrakkomanda li l-Kunsill jawtorizza l-ftuħ tan-negozjati u jadotta d-direttivi ta’ negozjati; jew

(b)

sal-102 Sessjoni tal-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari, id-diskussjonijiet fost il-membri tal-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari dwar il-futur tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari 1999 ma jkunux għamlu progress sinifikanti, f’liema każ l-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari 1999 għal sena oħra ma tkunx adatta, u l-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, għandha topponi formalment li jintlaħaq kunsens fil-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari li jiffavorixxi l-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari 1999.

(6)

Il-Kummissjoni, li tirrappreżenta lill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari, għandha għalhekk tiġi awtorizzata b’Deċiżjoni tal-Kunsill biex jew tiffavorixxi estensjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari 1999 għal sena waħda, jiġifieri sat-30 ta’ Ġunju 2011, jekk tkun sodisfatta l-kondizzjoni mniżżla fil-punt (a) tal-premessa 5, jew, jekk dak ma jkunx il-każ, topponi kunsens fil-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari li jiffavorixxi tali estensjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari għandha tkun li tiffavorixxi l-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari tal-1999 għal perjodu ta’ sena, jiġifieri sat-30 ta’ Ġunju 2011, dment li sal-102 Sessjoni tal-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari fl-4 ta’ Ġunju 2010, id-diskussjonijiet fost il-membri tal-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari dwar il-futur tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari 1999 jkunu kisbu progress sinifikanti (jiġifieri jkun hemm stennija raġonevoli li n-negozjati mill-ġdid tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari 1999/in-negozjati dwar Konvenzjoni futura ser jibdew matul l-2010).

Jekk dik il-kondizzjoni ma tiġix sodisfatta, il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea għandha tkun li formalment topponi li jintlaħaq kunsens fil-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari li jiffavorixxi estensjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari 1999, skont ir-Regola 13 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari.

Artikolu 2

Il-Kummissjoni b’dan hija awtorizzata li tesprimi waħda mill-pożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 fi ħdan il-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-3 ta’ Ġunju 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

A. PÉREZ RUBALCABA


(1)   ĠU L 163, 4.7.2000, p. 37.