|
9.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-10 ta’ Mejju 2010
dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta’ Ftehim ta’ Ġinevra dwar il-Kummerċ tal-Banana bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil, il-Kolombja, il-Kosta Rika, l-Ekwador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Perù u l-Venezwela u ta’ Ftehim dwar il-Kummerċ tal-Banana bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika
(2010/314/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Kummissjoni laħqet Ftehimiet mal-Ekwador u mal-Istati Uniti tal-Amerika, fil-11 ta’ April 2001 u fit-30 ta’ April 2001 rispettivament (il-“Ftehimiet”), li identifikaw mezzi sabiex jissolva t-tilwim li dawk il-pajjiżi ressqu quddiem l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) fir-rigward tat-trattament tariffarju tal-banana importata fl-Unjoni. Dawk il-Ftehimiet kienu jipprevedu l-introduzzjoni ta’ sistema esklussivament tariffarja għall-importazzjonijiet tal-banana. Minħabba f’hekk, fit-12 ta’ Lulju 2004, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tinnegozja emenda ta’ tariffa ikkonsolidata bil-ħsieb li tiddaħħal sistema esklussivament tariffarja għall-banana fl-iskeda tal-UE għall-banana skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994 (“GATT 1994”). |
|
(2) |
Fit-22 ta’ Marzu 2004 u fid-29 ta’ Jannar 2007, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati skont l-Artikolu XXIV:6 tal-GATT 1994 tul l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, l-Estonja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, is-Slovenja u s-Slovakkja u tal-Bulgarija u r-Rumanija, rispettivament. |
|
(3) |
In-negozjati ġew konklużi b’suċċess fil-15 ta’ Diċembru 2009 billi ġie inizjalat Ftehim ta’ Ġinevra dwar il-Kummerċ tal-Banana mal-Brażil, il-Kolombja, il-Kosta Rika, l-Ekwador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Perù u l-Venezwela (il-“Ftehim ta’ Ġinevra”) u ta’ Ftehim dwar il-Kummerċ tal-Banana mal-Istati Uniti tal-Amerika (il-“Ftehim tal-UE/US”). |
|
(4) |
Il-Ftehimiet innegozjati mill-Kummissjoni jissodisfaw it-talbiet tal-pajjiżi kkonċernati skont l-Artikoli XXIV:6 u XXVIII tal-GATT 1994. Barra minn hekk, huma jimplimentaw il-Ftehimiet billi jimponu sistema esklussivament tariffarja u jipprovdu soluzzjoni adegwata għat-tilwim kollu pendenti dwar it-trattament tat-tariffi fuq il-banana, li għandu għalhekk jiġi riżolt formalment. |
|
(5) |
Dawk iż-żewġ Ftehimiet għandhom jiġu ffirmati f’isem l-Unjoni, suġġetti għall-konklużjoni tagħhom f’data iktar ‘il quddiem. |
|
(6) |
Fid-dawl tal-ħtieġa li jiġi implimentat malajr it-tnaqqis tariffarju tal-bidu, sabiex jiġi evitat li t-tilwim pendenti jibqa’ sejjer u sabiex jiġi żgurat li l-impenji tal-Unjoni ta’ aċċess għas-suq finali għall-banana fin-negozjati li jmiss tad-WTO għal aċċess għas-suq multilaterali għall-prodotti agrikolili ġew konklużi b’suċċess ma jaqbżux dawk ipprovduti fil-paragrafi 3, 6 u 7 tal-Ftehim ta’ Ġinevra u l-paragrafi 2, 3(a) u 3(b) tal-Ftehim tal-UE/US, iż-żewġ Ftehimiet għandhom jiġu applikati provviżorjament, skont il-paragrafu 8(b) tal-Ftehim ta’ Ġinevra u l-paragrafu 6 tal-Ftehim tal-UE/US, rispettivament, mid-data tal-iffirmar ta’ kull Ftehim, sa ma jidħlu fis-seħħ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jinnomina l-persuni mogħtija s-setgħa jiffirmaw, f’isem l-Unjoni, il-Ftehimiet li ġejjin:
|
(a) |
il-Ftehim ta’ Ġinevra dwar il-Kummerċ tal-Banana bejn l-Unjoni Ewropea u l-Brażil, il-Kolombja, il-Kosta Rika, l-Ekwador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Perù u l-Venezwela (il-“Ftehim ta’ Ġinevra”); |
|
(b) |
il-Ftehim dwar il-Kummerċ tal-Banana bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika (il-“Ftehim tal-UE/US”). |
It-testi ta’ dawk il-Ftehimiet huma mehmuża ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
1. Il-paragrafi 3, 6 u 7 tal-Ftehim ta’ Ġinevra għandhom jiġu applikati provviżorjament, skont il-paragrafu 8(b) tiegħu, mid-data tal-iffirmar ta’ dak il-Ftehim, sa ma jidħol fis-seħħ.
2. Il-paragrafi 2, 3(a) u 3(b) tal-Ftehim tal-UE/US għandhom jiġu applikati provviżorjament, skont il-paragrafu 6 tiegħu, mid-data tal-iffirmar ta’ dak il-Ftehim, sakemm jidħol fis-seħħ.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Mejju 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
|
9.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/3 |
TRADUZZJONI
IL-FTEHIM TA' ĠINEVRA DWAR IL-KUMMERĊ TAL-BANANA
|
1. |
Dan il-Ftehim sar bejn l-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem “l-UE”) u l-Brażil, il-Kolombja, il-Kosta Rika, l-Ekwador, il-Gwatemala, il-Ħonduras, il-Messiku, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Perù u l-Venezwela (minn hawn 'il quddiem “il-fornituri tal-banana li ġejjin min-Nazzjonijiet l-Iktar Favoriti (MFN) fl-Amerika Latina”) fir-rigward tal-istruttura u t-tħaddim tal-iskema kummerċjali tal-UE għall-banana friska, eskluż il-pjantaġġuni, ikklassifikati taħt il-linja tat-tariffi 08030019 tas-sistema armonizzata (HS) (minn hawn 'il quddiem “il-banana”) u t-termini u l-kundizzjonijiet li japplikaw għalihom. |
|
2. |
Dan il-Ftehim huwa mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi tad-WTO tal-firmatarji kollha għal dan il-Ftehim soġġett għad-dispożizzjonijiet li hemm fil-paragrafi 3 sa 8 hawn taħt. |
|
3. |
L-UE taqbel ma' dan li ġej:
|
|
4. |
|
|
5. |
Meta toħroġ iċ-Ċertifikazzjoni, it-tilwimiet li għadhom pendenti jiġifieri WT/DS27; WT/DS361; WT/DS364; WT/DS16; WT/DS105; WT/DS158; WT/L/616; WT/L/625 u t-talbiet kollha mibgħuta sa dik id-data mingħand kwalunke fornitur tal-banana min-Nazzjonijiet l-Iktar Favoriti tal-Amerika Latina skont il-proċeduri tal-Artikoli XXIV u XXVIII tal-GATT 1994 fir-rigward tal-iskema kummerċjali tal-UE għall-banana (inkluż il-partiti G/SECRET/22 Nru 08030019 u G/SECRET/22/Add.1; G/SECRET/20 u G/SECRET/20/Add.1; u G/SECRET/26) għandhom jiġu solvuti (5). Fi żmien ġimagħtejn minn meta tinħareġ iċ-Ċertifikazzjoni, il-partijiet rilevanti għal dan il-Ftehim għandhom flimkien jinnotifikaw lill-Korp għar-Riżoluzzjoni tat-Tilwim (id-DSB) li waslu għal qbil unanimu li permezz tiegħu jsolvu dawn it-tilwimiet (6). |
|
6. |
Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tagħhom skont il-Ftehim tad-WTO inkluż dawk li joħorġu mit-tilwimiet u t-talbiet identifikati fil-paragrafu 5, il-fornituri tal-banana li ġejjin min-Nazzjonijiet l-Iktar Favoriti tal-Amerika Latina se jkomplu jaħdmu sabiex ma jeħdux iktar azzjonijiet fir-rigward ta' dawk it-tilwimiet u l-ilmenti msemmijin fil-paragrafu 5 bejn il-15 ta' Diċembru 2009 u ċ-Ċertifikazzjoni sakemm l-UE tkun konformi mal-paragrafi 3 u 4(b) u (c). |
|
7. |
Il-fornituri tal-banana li ġejjin min-Nazzjonijiet l-Iktar Favoriti tal-Amerika Latina jaqblu li dan il-Ftehim għandu jikkonsisti mill-impenji finali għall-aċċess tas-suq tal-UE għall-banana sabiex jiġu inklużi fir-riżultati finali tan-negozjati multilaterali li jmiss dwar l-aċċess tas-suq għall-prodotti agrikoli li ġew konklużi b'suċċess fid-WTO (inkluż ir-Rawnd ta' Doha) (7). |
|
8. |
|
Għall-Brażil:
Għall-Kolombja:
Għall-Kosta Rika:
Għall-Ekwador:
Għall-Unjoni Ewropea:
Għall-Gwatemala:
Għall-Ħonduras:
Għall-Messiku:
Għan-Nikaragwa:
Għall-Panama:
Għall-Perù:
Għall-Venezwela:
(1) Wara li jiġi ffirmat dan il-Ftehim, l-UE għandha tapplika b'mod retroattiv it-tariffa(i) applikabbli speċifikata/i fil-paragrafu 3(a) għall-perjodu bejn il-15 ta' Diċembru 2009 u d-data meta jiġi ffirmat. Meta jintalbu, l-awtoritajiet kompetenti tad-dwana għandhom jirrimburżaw id-dazju li jkun tħallas li jkun jaqbeż l-ammont stipulat f'dispożizzjoni.
(2) Għall-għan ta' dan il-Ftehim, il-Modalitajiet ta' Doha tfisser li ntlaħaq kunsens fil-Kumitat tan-Negozjati tal-Kummerċ sabiex ikun jista' jgħaddi għall-iskedar tal-Aċċess għan-Negozjati fis-Suq Agrikolu u Mhux Agrikolu.
(3) Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tinqara sabiex jiġu awtorizzati l-miżuri mhux tariffarji fuq il-banana li mhumiex konsistenti mal-obbligi tal-UE skont il-Ftehimiet tad-WTO.
(4) Id-data taċ-Ċertifikazzjoni għandha tkun id-data li fiha d-Direttur Ġenerali jiċċertifika li l-modifiki tal-Iskeda tal-UE għandha tkun Ċertifikazzjoni skont id-Deċiżjoni tas-26 ta' Marzu 1980 dwar il-Proċeduri għall-Modifika u r-Rettifikazzjoni tal-Iskedi tal-konċessjonijiet tat-tariffi (referenza tad-dokument WT/LET).
(5) Id-data li fiha jkunu ġew solvuti t-tilwimiet għandha tkun id-data taċ-Ċertifikazzjoni (referenza għad-dokument WT/LET).
(6) Is-soluzzjoni ta' dawn it-tilwimiet ma taffettwax xi drittijiet ta' xi parti sabiex tibda tilwima ġdida skont id-DSU, jew xi drittijiet futuri skont il-proċeduri tal-Artikoli XXIV u XXVIII tal-GATT 1994.
(7) Jekk iċ-Ċertifikazzjoni tkun għadha ma tlestietx sad-data li fiha jiġu konklużi n-negozjati multilaterali li jmiss dwar l-aċċess tas-suq għall-prodotti agrikoli fid-WTO (inkluż ir-Rawnd ta' Doha), dan il-Ftehim għandu jiġi inkorporat fl-Iskeda tad-WTO tal-UE dakinhar li l-Iskeda tidħol fis-seħħ bħala parti mir-riżultati ta' dawk in-negozjati.
|
9.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/6 |
TRADUZZJONI
FTEHIM
dwar il-kummerċ tal-banana bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Uniti tal-Amerika
L-UNJONI EWROPEA (l-“UE”),
u
L-ISTATI UNITI TAL-AMERIKA (“L-Istati Uniti”)
FILWAQT LI JFAKKRU li kien sar Ftehim bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Komunità Ewropea dwar il-Banana fil-11 ta' April 2001 (WT/DS27/59);
FILWAQT LI TITTIEĦED NOTA tal-Ftehim ta' Ġinevra dwar il-Kummerċ tal-Banana (il-“GATB”) iffirmat bejn l-UE u l-Kolumbja, il-Panama, l-Ekwador, il-Kosta Rika, il-Ħonduras, il-Gwatemala, il-Perù, il-Brażil, il-Messiku, in-Nikaragwa u l-Venezwela fil-31 ta’ Mejju 2010, kopja ta' dan hija mehmuża hawn;
FILWAQT LI TITTIEĦED NOTA tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet li sar skambju tagħhom bejn l-Istati Uniti tal-Amerika u l-Kummissjoni Ewropea fis-16 u t-18 ta' Marzu 2009 u fl-10 u s-17 ta' April 2009;
FTEHMU KIF ĠEJ:
|
1. |
Meta jintlaħaq qbil mill-firmatarji kollha tal-GATB, dwar it-tilwimiet u t-talbiet pendenti elenkati fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 5 tal-GATB (“id-data li fiha jiġu riżolti t-tilwimiet”)it-tilwima KE – Skema għall-Importazzjoni, il-Bejgħ u t-Tqassim tal-Banana (WT/DS27) (“it-tilwima”) għandha tiġi riżolta bejn l-Istati Uniti u l-UE. Immedjatament wara li tintbagħat l-aħħar notifika lill-Korp għar-Riżoluzzjoni tat-Tilwim dwar is-soluzzjonijiet kollha li ntlaħaq qbil unanimu dwarhom, imsemmijin fil-paragrafu 5 tal-GATB, l-Istati Uniti u l-UE għandhom flimkien jinnotifikaw lill-Korp għar-Riżoluzzjoni tat-Tilwim, skont l-Artikolu 3.6 tal-Ftehim dwar ir-Regoli u l-Proċeduri li jieħdu ħsieb tal-proċess biex jipu riżolti t-tilwimiet (id-“DSU”), li jkunu qablu unanimament dwar soluzzjoni li permezz tagħha jkunu qablu li jtemmu t-tilwima (1). |
|
2. |
Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont il-Ftehim tad-WTO, inkluż dawk li joħorġu mit-tilwima, l-Istati Uniti u l-UE jieħdu l-impenn li ma jeħdux iktar azzjonijiet fir-rigward tat-tilwima bejn id-data li fiha jitniżżlu l-inizjali tal-firmatarji f'dan il-ftehim u d-data li fiha tiġi riżolta t-tilwima, sakemm l-UE tkun konformi mal-paragrafi 3(a) u (b) ta' hawn taħt u l-obbligi li jinsabu fil-paragrafi 3 u 4(b) u (c) tal-GATB. |
|
3. |
L-UE tkompli taħdem:
Id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 1 ma japplikawx jekk, fid-data li fiha tiġi riżolta xi tilwima, l-UE mhix konformi ma' xi wieħed mill-impenji msemmija f'dan il-paragrafu. |
|
4. |
Skont ir-regoli applikabbli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (id-“WTO”), l-UE se tinnotifika lid-WTO minnufih wara li tintlaħaq konklużjoni, bi kwalunkwe ftehim dwar il-kummerċ ħieles bilaterali jew reġjonali li jiġi konkluż li jinkludi d-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-kummerċ tal-banana. |
|
5. |
L-Istati Uniti u l-UE jaqblu li jikkomunikaw u fuq talba ta' xi waħda mill-partijiet, il-parti l-oħra għandha tikkonsulta, fil-ħin, fir-rigward ta' kwalunkwe kwistjoni li tinqala' fl-ambitu ta' dan il-ftehim jew b'rabta miegħu. |
|
6. |
L-Istati Uniti u l-UE għandhom jinnotifikaw lil xulxin bil-miktub dwar it-tlestija tal-proċeduri interni li jkunu neċessarji għad-dħul fis-seħħ ta' dan il-ftehim. Dan il-ftehim għandu jidħol fis-seħħ (a) fid-data tal-aħħar notifika msemmija fis-sentenza ta' qabel, u (b) id-data tad-dħul fis-seħħ tal-GATB (fiż-żewġ każijiet tgħodd l-aħħar data). Il-paragrafi 2 u 3(a) u (b) għandhom japplikaw b'mod provviżorju mid-data li fiha jiġi ffirmat dan il-ftehim. |
Għall-Unjoni Ewropea
Għall-Istati Uniti tal-Amerika
(1) Il-mod kif tiġi riżolta din it-tilwima ma jaffettwax xi dritt ta' xi parti sabiex din tibda proċess għal tilwima ġdida skont id-DSU.
(2) Din id-dispożizzjoni hija mingħajr preġudizzji għad-dritt tal-UE sabiex jiġu applikati miżuri li huma konformi mal-Artikolu XXIV tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ 1994.