27.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/9


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta' Mejju 2010

li temenda d-Deċiżjoni 2004/407/KE dwar l-awtorizzazzjoni tal-importazzjonijiet tal-ġelatina fotografika fir-Repubblika Ċeka

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 3244)

(It-testi biċ-Ċek, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż biss huma awtentiċi)

(2010/301/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkundsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ottubru 2002 li jippreskrivi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali li mhumiex maħsuba għall-konsum uman (1), u partikolarment l-Artikolu 4(4) u l-ewwel u t-tieni subparagrafi tal-Artikolu 32(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 jipprojbixxi l-importazzjoni u t-tranżitu tal-prodotti sekondarji u pproċessati tal-annimali fl-Unjoni sakemm ma jkunux ġew awtorizzati skont dak ir-Regolament.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/407/KE tas-26 ta’ April 2004 dwar regoli tranżitorji rigward is-saħħa u ċ-ċertifikazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-importazzjoni minn ċerti pajjiżi terzi ta’ ġelatina fotografika (2) tipprevedi, li l-Belġju, il-Lussemburgu, l-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ċerta ġelatina maħsuba b’mod esklużiv għall-industrija fotografika (ġelatina fotografika), b’konformità ma' dik id-Deċiżjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni 2004/407/KE tipprevedi li tiġi awtorizzata biss l-importazzjoni tal-ġelatina fotografika mill-pajjiżi terzi elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni, jiġifieri l-Ġappun u l-Istati Uniti tal-Amerika.

(4)

Id-Deċiżjoni 2004/407/KE, kif emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/960/KE (3), tawtorizza l-importazzjoni tal-ġelatina fotografika minn impjanti speċifikati fl-Istati Uniti għar-Repubblika Ċeka. Ir-Repubblika Ċeka issa ppreżentat talba ġdida għall-awtorizzazzjoni tal-importazzjonijiet tal-ġelatina fotografika minn impjant ieħor fl-Istati Uniti. Ir-Repubblika Ċeka kkonfermat li l-kundizzjonijiet stretti ta' passaġġ skont id-Deċiżjoni 2004/407/KE se jiġu applikati sabiex jiġu evitati r-riskji potenzjali għas-saħħa.

(5)

Skont dan, u bi stennija għar-reviżjoni tar-rekwżiti tekniċi għall-importazzjoni tal-prodotti tal-annimali skont ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli ta’ saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom li mhumiex maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (Regolament dwar prodotti sekondarji tal-annimali) (4), ir-Repubblika Ċeka għandha titħalla tawtorizza l-importazzjoni tal-ġelatina fotografika minn impjanti addizzjonali fl-Istati Uniti soġġetti għall-konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Deċiżjoni 2004/407/KE.

(6)

Id-Deċiżjoni 2004/407/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(7)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/407/KE huwa mibdul bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Mejju 2010.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 273, 10.10.2002, p. 1.

(2)  ĠU L 151, 30.4.2004, p. 11.

(3)  ĠU L 330, 16.12.2009, p. 82.

(4)  ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.


ANNESS

L-Anness I jinbidel b'dan li ġej:

“ANNESS I

IL-PAJJIŻI TERZI U L-IMPJANTI TAL-ORIĠINI, L-ISTATI MEMBRI DESTINATARJI, L-ISTAZZJONIJIET TA’ SPEZZJONI FIL-FRUNTIERA TAL-EWWEL DĦUL FL-UNJONI U L-FABBRIKI TAL-FOTOGRAFIĊI APPROVATI

Il-Pajjiż terz tal-oriġini

L-impjanti tal-oriġini

Stat Membru destinatarju

Stazzjon ta’ spezzjoni fil-fruntiera tal-ewwel dħul fl-Unjoni

Fabbriki fotografiċi approvati

Ġappun

Nitta Gelatin Inc.

2-22 Futamata

Yao-City, Osaka

581 – 0024 il-Ġappun

Jellie Co. Ltd.

7-1, Wakabayashi 2-Chome,

Wakabayashi-ku,

Sendai-city, Miyagi,

982 Il-Ġappun

NIPPI Inc. Id-Diviżjoni tal-Ġelatina

1 Yumizawa-Cho

Fujinomiya City Shizuoka

418 – 0073 il-Ġappun

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Rotterdam

FUJIFILM Ewropa B.V.,

Oudenstaart 1

5047 TK Tilburg,

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Nitta Gelatin Inc.

2-22 Futamata

Yao-City, Osaka

581 – 0024 Il-Ġappun

Ir-Renju Unit

Liverpool Felixstowe

Kodak Ltd Headstone Drive, Harrow, MIDDX

HA4 4TY,

ir-Renju Unit

Ir-Repubblika Ċeka

Hamburg

FOMA BOHEMIA spol. s r.o.

Jana Krušinky 1604

501 04 Hradec Králové,

ir-Repubblika Ċeka,

L-Istati Uniti tal-Amerika

Eastman Gelatine Corporation,

227 Washington Street,

Peabody, MA, 01960 USA

Gelita L-Amerika ta' Fuq, Gelita North America,

2445 Port Neal Industrial Road

Sergeant Bluff, Iowa, 51054 USA

Il-Lussemburgu

Antwerp

Zaventem

Il-Lussemburgu

DuPont Teijin

Il-Lussemburgu SA

PO Box 1681

L-1016 il-Lussemburgu

Ir-Renju Unit

Liverpool

Felixstowe

Kodak Ltd

Headstone Drive, Harrow, MIDDX HA4 4TY

Ir-Renju Unit

Ir-Repubblika Ċeka

Hamburg

FOMA BOHEMIA spol. s r.o.

Jana Krušinky 1604

501 04 Hradec Králové,

ir-Repubblika Ċeka”