22.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 126/26


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-21 ta’ Mejju 2010

dwar l-istabbiliment ta' Reġistru għall-Prodotti Bijoċidali

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 3180)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/296/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1) u b'mod partikolari l-Artikolu 18(4) tagħha,

Billi:

(1)

Sabiex tkun faċilitata l-konformità tal-Istati Membri mar-rekwiżit tas-sottomissjoni ta' informazzjoni dwar l-awtorizzazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' prodotti bijoċidali kif stipulat fl-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 98/8/KE, għandha tkun stabbilita sistema ta' informazzjoni standardizzata fuq livell tal-Unjoni Ewropea, f'għamla ta' Reġistru għall-Prodotti Bijoċidali, minn issa 'l quddiem imsejjaħ ir-“Reġistru”.

(2)

Biex tkun żgurata l-konsistenza tad-dejta, l-Istati Membri kollha għandhom jużaw ir-Reġistru biex idaħħlu l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 98/8/KE.

(3)

Minħabba li s-sistema ta' informazzjoni standardizzata għadha qed tkun żviluppata, għandu jsir provvediment għall-applikabbiltà diferita ta' din id-Deċiżjoni.

(4)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Jiġi stabbilit Reġistru għall-Prodotti Bijoċidali.

Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom idaħħlu l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 98/8/KE fir-Reġistru għall-Prodotti Bijoċidali.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Luju 2010.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni

Janez POTOČNIK

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.