7.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 87/6


DEĊIŻJONI Nru 284/2010/UE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-25 ta’ Marzu 2010

li temenda d-Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE li tistabbilixxi Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali – Progress

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19(2), l-Artikolu 149 u l-Artikolu 153(2)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Fit-3 ta’ Gunju 2009, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni intitolata “Impenn Komuni għall-Impjiegi”, bil-għan li tiżdied il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri kif ukoll bejn is-sħab soċjali tal-UE fuq dawn it-tliet prioritajiet ewlenin: iż-żamma tal-impjiegi, il-ħolqien tal-impjiegi u l-promozzjoni tal-mobilità; l-aġġornament tal-ħiliet u l-provvediment tal-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol; u ż-żieda fl-aċċess għax-xogħol.

(2)

Biex in-nies qiegħda jingħataw il-possibilità ta’ bidu ġdid u biex tinfetaħ it-triq għas-sħubija għall-intraprendenza għal uħud mill-gruppi Ewropej l-iktar żvantaġġjati, inklużi n-nisa u ż-żgħażagħ, il-Kummissjoni pproponiet faċilità ta’ mikrofinanzjar Ewropea ġdida għall-impjiegi u għall-inklużjoni soċjali, b’inizjattiva konġunta mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, b’mod partikolari mal-grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment, biex jiġu żviluppati l-mikrointrapriżi u l-ekonomija soċjali.

(3)

Konformement mal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja u amministrazzjoni finanzjarja soda (4), għandha ssir allokazzjoni mill-ġdid tal-fondi mill-Programm Komunitarju għall-Impjiegi u għas-Solidarjetà Soċjali – Progress imwaqqaf bid-Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) biex tiġi ffinanzjata l-Faċilità ġdida Ewropea ta’ Mikrofinanzjament Progress għall-Impjiegi u l-Inklużjoni Soċjali imwaqqfa bid-Deċiżjoni Nru 283/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(4)

Wara li ġew eżaminati l-possibilitajiet kollha, għandu jiġi allokat mill-ġdid l-ammont ta’ EUR 60 miljun mill-Programm Progress, għall-Faċilità Ewropea ta’ Mikrofinanzjament Progress ġdida.

(5)

Id-Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 17(1) tad-Deċiżjoni Nru 1672/2006/KE, huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-pakkett finanzjarju sabiex jiġu implimentati l-attivitajiet tal-Unjoni msemmija f’din id-Deċiżjoni, għall-perjodu ta’ żmien mill-1 ta’ Jannar 2007 sal-31 ta’ Diċembru 2013, huwa b’dan stabbilit għal EUR 683 250 000.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2010.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

J. BUZEK

Għall-Kunsill

Il-President

D. LÓPEZ GARRIDO


(1)  ĠU C 318, 23.12.2009, p. 84.

(2)  Opinjoni tas-7 ta’ Ottubru 2009 (għandha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Frar 2010 (għandha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Marzu 2010.

(4)  ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 315, 15.11.2006, p. 1.

(6)  Ara paġna 1 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.