18.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/16


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-12 ta’ Mejju 2010

li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 3040)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/277/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) u (3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u b’mod partikolari l-aħħar sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta’ Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta’ Settembru 2009 Tfassil ta’ lista approvata ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veternarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi Traces (4), tistabbilixxi lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera approvati bi qbil mad-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE. Il-lista hija stipulata fl-Anness I ta’ dik id-Deċiżjoni.

(2)

Is-servizz ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni, l-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju (FVO) wettaq spezzjoni fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta’ Antwerp fil-Belġju. Ir-riżultati tal-ispezzjoni kienu sodisfaċenti. Għaldaqstant, għandu jiżdied ċentru ta’ spezzjoni addizzjonali għal dak il-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. Barra minn hekk, il-kategoriji taċ-ċentri ta’ spezzjoni eżistenti f’dan il-post ta’ spezzjoni tal-fruntieri għandhom jiġu emendati.

(3)

Is-servizz ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni, l-Uffiċċju Alimentari u Veterinarju (FVO) wettaq spezzjoni fil-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta’ Gdańsk fil-Polonja. Ir-riżultati tal-ispezzjoni kienu sodisfaċenti. Għaldaqstant, għandu jiżdied ċentru ta’ spezzjoni addizzjonali għal dak il-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(4)

Wara komunikazzjonijiet mid-Danimarka u l-Polonja, ċerti postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għal dawk l-Istati Membri għandhom jitħassru mil-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(5)

Wara komunikazzjonijiet minn Franza, il-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruport ta’ Brest għandu jitħassar mil-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. Barra minn hekk, ċerti kategoriji fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruporti f’Lyon-Saint Exupéry, Marseille aéroport u Nizza għandhom jiġu modifikati fil-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(6)

Wara komunikazzjoni mill-Italja, ċerti kategoriji fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruporti Milano-Linate, Milano-Malpensa, Palermo, Reggio Calabria u Rimini għandhom ikunu sospiżi fil-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. Barra minn hekk, ċerti kategoriji fil-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta’ Napli għandhom jiġu modifikati fil-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(7)

Wara komunikazzjonijiet mil-Latvja, il-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta’ Riga (Baltmarine Terminal) għandu jitħassar mil-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. Barra minn hekk, ċerti kategoriji għaż-żewġ ċentri ta’ spezzjoni fil-post approvat ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta’ Riga għandhom jiġu modifikati fil-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(8)

Wara komunikazzjoni minn Spanja, il-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera għal dak l-Istat Membru għandha tiġi emendata sabiex jittieħed kont tas-sospensjoni ta’ tnejn mill-postijiet tiegħu ta’ spezzjoni tal-fruntiera, tat-tneħħija tas-sospensjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ prodotti mill-annimali li jistgħu jiġu kkontrollati f’wieħed mill-postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri u tal-limitar tal-kategoriji ta’ awtorizzazzjoni għal prodotti ta’ oriġini mill-annimali f’post ieħor ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera diġà approvat skont id-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(9)

Wara komunikazzjoni mill-Pajjiżi l-Baxxi, l-isem ta’ wieħed miċ-Ċentri ta’ Spezzjoni fil-port ta’ Rotterdam għandu jiġi emendat fil-lista ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(10)

Il-lista ta’ unitajiet ċentrali, unitajiet reġjonali u unitajiet lokali fis-sistema TRACES hija stabbilita fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(11)

Wara komunikazzjonijiet mid-Danimarka, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja u l-Finlandja, ċerti bidliet fl-unitajiet ċentrali, reġjonali u lokali fi TRACES għandhom ikunu riflessi fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE għal dawk l-Istati Membri.

(12)

Id-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan.

(13)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   L-Anness I mad-Deċiżjoni 2009/821/KE huwa emendat skont l-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.

2.   L-Anness II mad-Deċiżjoni 2009/821/KE huwa emendat skont l-Anness II ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(2)   ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(3)   ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(4)   ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1.


ANNESS I

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

1.

Fil-parti li tikkonċerna l-Belġju, id-dħul għall-port ta’ Antwerp huwa mibdul b’dan li ġej:

“Antwerpen

Anvers

BE ANR 1

P

GIP LO

HC(2), NHC

 

Kaai 650

HC(2)

 

Afrulog

HC(2), NHC”

 

2.

Fil-parti li tikkonċerna d-Danimarka, id-daħla għaċ-ċentru ta’ spezzjoni Centre 1, SAS 1 (North) għall-ajruport ta’ København huwa mħassar

3.

Il-parti li tikkonċerna lil Spanja hi emendata kif ġej:

(a)

id-daħla għall-ajruport ta’ Almeria hija mibdula b’dan li ġej:

“Almeria (*)

ES LEI 4

A

 

HC(2) (*), NHC(2) (*)

O (*)”

(b)

id-daħla għall-ajruport ta’ Asturias hi mibdula b’li ġej:

“Asturias (*)

ES AST 4

A

 

HC(2) (*)”

 

(c)

id-daħla għall-ajruport ta’ Palma de Mallorca hija mibdula b’dan li ġej:

“Palma de Mallorca

ES PMI 4

A

 

HC(2), NHC(2)

O”

(d)

id-daħla għall-ajruport ta’ Vitoria hija mibdula b’dan li ġej:

“Vitoria

ES VIT 4

A

Productos

HC(2), NHC-NT(2), NHC-T(CH)(2)

 

Animales

 

U, E, O”

4.

Il-parti li tikkonċerna lil Franza hi emendata kif ġej:

(a)

id-daħla għall-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntieri fl-ajruport Brest hija mħassra;

(b)

id-daħla għall-ajruport ta’ Lyon-Saint Exupéry hija mibdula b’dan li ġej:

“Lyon-Saint Exupéry

FR LIO 4

A

 

HC-T(1), HC-NT, NHC”

 

(c)

id-daħla għall-ajruport ta’ Marseille hija mibdula b’dan li ġej:

“Marseille Aéroport

FR MRS 4

A

 

HC-T(1), HC-NT”

 

(d)

id-daħla għall-ajruport ta’ Nizza hija mibdula b’dan li ġej:

“Nice

FR NCE 4

A

 

HC-T(CH) (1) (2)

O (14)”

5.

Il-parti li tikkonċerna l-Italja hi emendata kif ġej:

(a)

id-daħla għall-ajruport ta’ Milano-Linate hija mibdula b’dan li ġej:

“Milano-Linate

IT LIN 4

A

 

HC(2), NHC(2)

O (*)”

(b)

id-daħla għall-ajruport ta’ Milano-Malpensa hija mibdula b’dan li ġej:

“Milano-Malpensa

IT MXP 4

A

Magazzini aeroportuali ALHA

HC(2), NHC(2)

 

SEA

 

U, E

Cargo City MLE

HC, NHC (*)

O”

(c)

id-daħla għall-port ta’ Napli hija mibdula b’dan li ġej:

“Napoli

IT NAP 1

P

Molo Bausan

HC, NHC-NT”

 

(d)

id-daħla għall-ajruport ta’ Palermo hija mibdula b’dan li ġej:

“Palermo (*)

IT PMO 4

A

 

HC-T (*)”

 

(e)

Id-daħla għall-ajruport ta’ Reggio Calabria hija mibdula b’dan li ġej:

“Reggio Calabria (*)

IT REG 4

A

 

HC (*), NHC (*)”

 

(f)

id-daħla għall-ajruport ta’ Rimini hija mibdula b’dan li ġej:

“Rimini (*)

IT RMI 4

A

 

HC(2) (*), NHC(2) (*)”

 

6.

Il-parti li tikkonċerna lil-Latvja hija emendata kif ġej:

(a)

id-daħla għall-port ta’ Riga hija emendata kif ġej:

“Riga (Riga port)

LV RIX 1a

P

 

HC(2), NHC(2)

 

Kravu termināls

HC-T(FR)(2), HC-NT(2)”

 

(b)

id-daħla għall-post ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta’ Riga (Baltmarine Terminal) hija mħassra.

7.

Fil-parti li tikkonċerna l-Pajjiżi Baxxi, id-daħla għall-port ta’ Rotterdam hi mibdula b’li ġej:

“Rotterdam

NL RTM 1

P

Eurofrigo Karimatastraat

HC, NHC-T(FR), NHC-NT

 

Eurofrigo, Abel Tasmanstraat

HC

 

Frigocare Rotterdam B.V.

HC-T(FR)(2)

 

Wibaco

HC-T(FR)(2), HC-NT(2)”

 

8.

Il-parti li tikkonċerna l-Polonja hija emendata kif ġej:

(a)

id-daħla għall-port ta’ Gdańsk hija mibdula kif ġej:

“Gdańsk

PL GDN 1

P

IC 1

HC(2), NHC

 

IC 2

HC(2), NHC(2)”

 

(b)

id-daħla għall-port ta’ Gdynia hija mibdula kif ġej:

“Gdynia

PL GDY 1

P

IC 1

HC, NHC

U, E, O”


ANNESS II

L-Anness II huwa emendat kif ġej:

(1)

Fil-parti li tikkonċerna d-Danimarka, id-daħliet għat-tliet unitajiet reġjonali ta’ bħalissa NORD, SYD, ØST u l-unitajiet lokali huma sostitwiti b’dan li ġej:

DK00001     REGION VEST

DK00800

HADERSLEV

DK00900

ESBJERG

DK01000

VEJLE

DK01100

HERNING

DK01200

ÅRHUS

DK01300

VIBORG

DK01400

AALBORG

DK00002     REGION ØST

DK00100

RØDOVRE

DK00400

RINGSTED

DK00700

ODENSE”

(2)

Fil-parti li tikkonċerna l-Ġermanja, id-daħla għal “NIEDERSACHSEN” hija emendata kif ġej:

(a)

ZWECKVERBAND JADE-WESER hija mibdula kif ġej:

“DE14103

ZWECKVERBAND VETERINÄRAMT JADEWESER”

(b)

BRAKE, ZWECKVERBAND JADE-WESER hija mibdula kif ġej:

“DE46103

BRAKE, ZWECKVERBAND VETERINÄRAMT JADEWESER”

(c)

WITTMUND, ZWECKVERBAND JADE-WESER hija mibdula kif ġej:

“DE46903

WITTMUND, ZWECKVERBAND VETERINÄRAMT JADEWESER”

(3)

Fil-parti li tkkonċerna lill-Irlanda, id-daħliet għall-unitajiet lokali huma mħassra:

“IE00100

CARLOW

IE00300

CLARE

IE01000

KILKENNY

IE01400

LONGFORD

IE01500

LOUTH

IE02100

TIPPERARY NORTH

IE01200

SLIGO”

(4)

Fil-parti li tikkonċerna l-Italja fir-reġjun ta’ “Lombardia”, id-daħla għall-unità lokali Milano 3 hija mibdul b’dan li ġej:

“IT02903

MONZA e BRIANZA”

(5)

Il-parti li tikkonċerna lil-Latvja hija emendata kif ġej:

(a)

id-daħla għall-unità lokali RIGA (BFT) hija mibdula b’dan li ġej:

“LV00028

RIGA-MN”

(b)

id-daħla għall-unità lokali li ġejja hija mħassra:

“LV00030

BALTMARINE TERMINAL”

(6)

Il-parti li tikkonċerna l-Finlandja hija emendata kif ġej:

(a)

id-daħla għall-unità ċentrali hija mibdula b’dan li ġej:

“FI00000

ELINTARVIKETURVALLISUUSVIRASTO EVIRA”

(b)

id-daħliet għall-unitajiet ċentrali huma mibdula b’dan li ġej:

“FI00100

ETELÄ-SUOMEN ALUEHALLINTOVIRASTO, HELSINKI

FI00200

LOUNAIS-SUOMEN ALUEHALLINTOVIRASTO

FI00300

AHVENANMAAN VALTIONVIRASTO

FI00400

ETELÄ-SUOMEN ALUEHALLINTOVIRASTO, HÄMEENLINNA

FI00402

LÄNSI- JA SISÄ-SUOMEN ALUEHALLINTOVIRASTO, TAMPERE

FI00500

ETELÄ-SUOMEN ALUEHALLINTOVIRASTO, KOUVOLA

FI00600

ITÄ-SUOMEN ALUEHALLINTOVIRASTO, MIKKELI

FI00700

ITÄ-SUOMEN ALUEHALLINTOVIRASTO, JOENSUU

FI00800

ITÄ-SUOMEN ALUEHALLINTOVIRASTO, KUOPIO

FI00900

LÄNSI- JA SISÄ-SUOMEN ALUEHALLINTOVIRASTO, JYVÄSKYLÄ

FI01000

LÄNSI- JA SISÄ-SUOMEN ALUEHALLINTOVIRASTO, VAASA

FI01100

POHJOIS-SUOMEN ALUEHALLINTOVIRASTO

FI01200

LAPIN ALUEHALLINTOVIRASTO”