11.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 117/85


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ April 2010

li temenda d-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/195/KEE, 93/197/KEE u 2004/211/KE dwar l-importazzjoni ta’ żwiemel irreġistrati minn ċerti partijiet taċ-Ċina u l-adattament ta’ ċerti denominazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 2635)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/266/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni tal-ekwidi minn pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12(1) u (4), punt (a) tal-Artikolu 15, l-Artikolu 16(2) u l-fażi introduttorja u l-punti (i) u (ii) tal-Artikolu 19 tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/260/KEE tal-10 ta’ April 1992 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ annimali u ċertifikazzjoni veterinarja għal dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati (2) tagħti kompiti lil pajjiżi terzi, li minnhom ġie awtorizzat id-dħul temporanju fl-Unjoni ta’ żwiemel irreġistrati, lil gruppi sanitarji ta’ pajjiżi għall-applikazzjoni ta’ ħtiġijiet speċifiċi tas-saħħa tal-annimali u taċ-ċertifikazzjoni.

(2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE tat-2 ta’ Frar 1993 dwar is-saħħa tal-annimali u l-kundizzjonijiet tagħhom u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tagħhom għad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel irreġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u avvenimenti kulturali wara esportazzjoni temporanja (3) tagħti kompiti lil pajjiżi terzi, li minnhom ġie awtorizzat id-dħul mill-ġdid fl-Unjoni ta’ dawn iż-żwiemel, lil gruppi sanitarji għall-applikazzjoni ta’ ħtiġijiet speċifiċi tas-saħħa tal-annimali u tipprovdi mudell ta’ ċertifikati tas-saħħa tal-annimali biex jintużaw għal żwiemel irreġistrati li pparteċipaw f’avvenimenti ekwestri speċifiċi.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/197/KEE tal-5 ta’ Frar 1993 dwar kundizzjonijiet tas-saħħa ta’ annimali u ċertifikazzjoni veterinarja għall-importazzjoni ta’ annimali tar-razza tal-ekwidi rreġistrati għat-tnissil u produzzjoni (4) tagħti kompiti lil pajjiżi terzi, li minnhom ġie awtorizzat id-dħul temporanju fl-Unjoni ta’ dawn l-ekwidi, lil gruppi sanitarji għall-applikazzjoni ta’ ħtiġijiet speċifiċi tas-saħħa tal-annimali u taċ-ċertifikazzjoni.

(4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta’ Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi u ta’ partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta’ ekwidi ħajjin u ta’ semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina (5) tistabbilixxi lista ta’ pajjiżi terzi, jew partijiet minnhom, li l-Istati Membri jawtorizzaw minnhom, fost l-oħrajn, id-dħul temporanju ta’ żwiemel irreġistrati, id-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel irreġistrati wara esportazzjoni temporanja għal tiġrija, kompetizzjoni u avvenimenti kulturali u l-importazzjoni ta’ ekwidi rreġistrati u ekwidi għat-tgħammir u l-produzzjoni. Dik il-lista, stabbilita fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni, tagħti l-kompitu wkoll lil dawk il-pajjiżi terzi u l-partijiet tagħhom lil ċerti gruppi sanitarji speċifiċi.

(5)

Id-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/195/KEE u 93/197/KEE jqisu r-reġjonalizzazzjoni kif prevista fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 92/160/KEE (6) Din id-Deċiżjoni tħassret bid-Deċiżjoni 2004/211/KE. Skont dan, huwa meħtieġ li jiġi emendat l-Anness I ta’ dawn it-tliet Deċiżjonijiet abbażi ta’ reġjonalizzazzjoni kif issa ġiet prevista fid-Deċiżjoni 2004/211/KE, kif ukoll il-gruppi sanitarji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni.

(6)

Sabiex jospitaw l-avvenimenti ekwestri tas-16-il edizzjoni tal-Logħob Asjatiku, l-awtoritajiet kompetenti talbu r-rikonoxximent taż-żona ħielsa mill-marda tal-ekwina li dawn stabbilixxew fid-distrett amministrattiv tal-Belt ta’ Conghua, il-Muniċipalità ta’ Guangzhou, il-Provinċja ta’ Guangdong fiċ-Ċina. F’Jannar 2010, il-Kummissjoni għamlet spezzjoni veterinarja fiċ-Ċina, inkluża ż-żona ħielsa mill-marda tal-ekwina, li tikkonsisti f’żona ċentrali, li hi inkorporata f’żona ta’ sorveljanza mdawra b’żona ta’ protezzjoni, u li hi konnessa ma’ ajruport u port b’passaġġi għall-awtostrada ta’ bijosigurtà.

(7)

L-awtoritajiet Ċiniżi pprovdew għadd ta’ garanziji b’mod partikolari fir-rigward ta’ notifikabilità tal-mard imsemmi fl-Anness A tad-Direttiva 90/426/KEE f’pajjiżhom u l-istabbiliment biex jikkonformaw b’mod sħiħ mal-Artikolu 12(2)(f) fir-rigward tan-notifika ta’ mard immedjat lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri.

(8)

Sabiex jiżguraw il-ħarsien sostenibbli tal-istatus tas-saħħa tal-popolazzjoni ekwina fiż-żona ħielsa mill-mard tal-ekwini, l-awtoritajiet Ċiniżi ntrabtu biex iħaddmu faċilità ta’ kwarantina fiż-żona ta’ protezzjoni biex tikkontrolla d-dħul ta’ ekwidi minn stabbilimenti f’partijiet oħrajn taċ-Ċina jew minn pajjiżi mhux imsemmija fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE. Matul din il-kwarantina ta’ qabel id-dħul, l-annimali huma soġġetti għat-testijiet tas-saħħa tal-annimali f’konformità mal-kundizzjonijiet tal-importazzjoni tal-UE.

(9)

Qabel il-kwarantina ta’ qabel id-dħul, iċ-ċaqliq ta’ dawn l-ekwidi hu kkontrollat biex jiżgura li l-istandards stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 90/426/KEE jista’ jiġi ċċertifikat għall-istabbilimenti barra ż-żona ħielsa mill-mard tal-ekwini li dawn inżammu fiha matul 180 jum qabel ma ntbagħtu lejn l-Unjoni Ewropea.

(10)

Filwaqt li jiġu kkunsidrati r-riżultati sodisfaċenti rrappurtati minn din l-ispezzjoni, flimkien mal-informazzjoni u l-garanziji pprovduti miċ-Ċina, huwa xieraq li ċ-Ċina tiġi inkluża fil-lista stipulata fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE, iżda fl-istess ħin biex iċ-Ċina tinqasam f’reġjuni għal ċertu mard tal-ekwina u biex tawtorizza biss l-introduzzjoni ta’ żwiemel irreġistrati miż-żona ħielsa mill-mard tal-ekwina f’Guangzhou, il-Provinċja ta’ Guangdong.

(11)

Mil-lat epidemjoloġiku ż-żona ħielsa mill-marda tal-ekwina f’Guangzhou, il-Provinċja ta’ Guangdong, fiċ-Ċina għandha tingħata lill-grupp sanitarju C fil-lista fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE. Dak l-Anness għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(12)

Konsegwentement, huwa meħtieġ li tiġi emendata d-Deċiżjoni 92/260/KEE biex tinkludi din il-parti taċ-Ċina fil-lista ta’ pajjiżi fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni u li jiġu adattati t-titolu u ċerti rekwiżiti ta’ ttestjar taċ-Ċertifikat tas-Saħħa C tal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

(13)

Għall-iskop tad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel irreġistrati, huwa meħtieġ li jiġi aġġornat l-Artikolu 1 biex jinkludi din il-parti taċ-Ċina fil-lista ta’ pajjiżi fl-Anness I, li jiġi adattat it-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa fl-Anness II u li jinbidel iċ-ċertifikat tas-saħħa fl-Anness VII tad-Deċiżjoni 93/195/KEE.

(14)

Huwa meħtieġ ukoll li tiġi emendata d-Deċiżjoni 93/197/KEE biex tinkludi din il-parti taċ-Ċina fil-lista ta’ pajjiżi fl-Anness I u biex jiġu adattati t-titolu u ċerti rekwiżiti ta’ ttestjar taċ-Ċertifikat tas-Saħħa C tal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

(15)

Fl-istess ħin ċerti denominazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi fid-Deċiżjonijiet 92/260/KEE, 93/195/KEE u 93/197/KEE huma adattati għad-denominazzjonijiet korrispondenti fil-lista ta’ pajjiżi terzi stabbiliti bid-Deċiżjoni 2004/211/KE.

(16)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Emendi għad-Deċiżjoni 92/260/KEE

Id-Deċiżjoni 92/260/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

L-Anness I jinbidel bit-test tal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni;

(2)

Fit-titolu ta’ kull wieħed miċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali minn A sa F tal-Anness II il-kliem li jsegwu l-kliem “ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA” huma mibdula b’dan li ġej:

“għad-dħul temporanju fl-Unjoni Ewropea ta’ żwiemel irreġistrati għal perjodu ta’ inqas minn 90 jum f’konformità mad-Deċiżjoni 2004/211/KE”;

(3)

Il-punt (l) fit-Taqsima III taċ-ċertifikat tas-saħħa C tal-Anness II hu mibdul b’dan li ġej:

“(l)

Jekk iż-żiemel jiġi miċ-Ċina(1) (3) jew mit-Tajlandja (3), kien soġġett għal test ta’ fissazzjoni kumplimentari għall-glanders u għal dourine li kellu riżultati negattivi f’tidwib tas-serum ta’ wieħed f’10 fuq kampjun tad-demm miġbur fi żmien għaxart ijiem ta’ esportazzjoni fuq…(4) (5);”.

Artikolu 2

Emendi għad-Deċiżjoni 93/195/KEE

Id-Deċiżjoni 93/195/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

Is-seba’ inċiż tal-Artikolu 1 jinbidel b’dan li ġej:

“—

ħadu sehem fl-avvenimenti ekwestri tal-Logħob Asjatiku jew għat-Tazza tad-Dinja tal-Kapaċità ta’ Reżistenza, irrispettivament f’liema mill-pajjiżi terzi, territorji jew partijiet tagħhom se ssir il-kompetizzjoni, u mil-liema dħul mill-ġdid fl-Unjoni hi awtorizzata kif previst mit-tieni inċiż tal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2004/211/KE u indikat fil-kolonna 7 tal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni, u jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fiċ-ċertifikat tas-saħħa f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness VII ta’ din id-Deċiżjoni.”

(2)

It-titolu taċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali fl-Anness II huwa mibdul b’dan li ġej:

“ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA

għad-dħul mill-ġdid fl-Unjoni Ewropea ta’ żwiemel irreġistrati għat-tiġrija, kompetizzjoni u avvenimenti kulturali wara esportazzjoni temporanja għal perjodu ta’ inqas minn 30 jum”.

(3)

L-Annessi I u VII jinbidlu f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 3

Emendi għad-Deċiżjoni 93/197/KEE

Id-Deċiżjoni 93/197/KEE hija emendata kif ġej:

(1)

l-Anness I hu mibdul mit-test fl-Anness III għal din id-Deċiżjoni;

(2)

Fit-titolu ta’ kull wieħed miċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali minn A sa F tal-Anness II il-kliem li jsegwu l-kliem “ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA” huma mibdula b’dan li ġej:

“għal importazzjonijiet fl-Unjoni Ewropea ta’ ekwidi rreġistrati u ekwidi għat-tgħammir u l-produzzjoni f’konformità mad-Deċiżjoni 2004/211/KE”.

(3)

Il-punt (m) fit-Taqsima III taċ-ċertifikat tas-saħħa C tal-Anness II hu mibdul b’dan li ġej:

“(m)

Jekk iż-żiemel jiġi miċ-Ċina(1) (3) jew mit-Tajlandja (3), kien soġġett għal test ta’ fissazzjoni kumplimentari għall-glanders u għal dourine li kellu riżultati negattivi f’tidwib tas-serum ta’ wieħed f’10 fuq kampjun tad-demm miġbur fi żmien 21 jum ta’ esportazzjoni fuq …(4);”.

Artikolu 4

Emendi għad-Deċiżjoni 2004/211/KE

L-Anness I tad-Deċiżjoni Nru 2004/211/KE huwa emendat skont l-Anness IV ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 5

Indirizzati

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42.

(2)  ĠU L 130, 15.5.1992, p. 67.

(3)  ĠU L 86, 6.4.1993, p. 1.

(4)  ĠU L 86, 6.4.1993, p. 16.

(5)  ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1.

(6)  ĠU L 71, 18.3.1992, p. 27.


ANNESS I

“ANNESS I

Il-Grupp Sanitarju A  (1)

L-Isvizzera (CH), il-Groenlandja (GL), l-Islanda (IS)

Il-Grupp Sanitarju B  (1)

L-Awstralja (AU), il-Belarus (BY), il-Kroazja (HR), il-Montenegro (ME), dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (2) (MK), New Zealand(NZ), is-Serbja(RS), ir-Russja (3) (RU), l-Ukrajna (UA)

Il-Grupp Sanitarju C  (1)

Il-Kanada (CA), Iċ-Ċina (3) (CN), Ħong Kong (HK), il-Ġappun (JP), ir-Repubblika tal-Korea (KR), il-Makaw (MO), il-Malasja (peninsula) (MY), Singapor (SG), it-Tajlandja (TH), l-Istati Uniti tal-Amerika (US)

Il-Grupp Sanitarju D  (1)

L-Arġentina (AR), il-Barbados (BB), il-Bermuda (BM), il-Bolivja (BO), il-Brażil (3) (BR), iċ-Ċili (CL), Kuba (CU), il-Ġamajka (JM), il-Messiku (3) (MX), il-Peru (3) (PE), il-Paragwaj (PY), l-Urugwaj (UY)

Il-Grupp Sanitarju E  (1)

L-Emirati Għarab Magħquda (AE), il-Baħrejn (BH), l-Alġerija (DZ), l-Eġittu (3) (EG), l-Iżrael (IL), il-Ġordan (GO), il-Kuwajt (KW), il-Libanu (LB), il-Libja (LY), il-Marokk (MA), l-Oman (OM), il-Qatar (QA), l-Arabja Sawdija (3) (SA), is-Sirja (SY), it-Tuneżija (TN), it-Turkija (3) (TR)

Il-Grupp Sanitarju F  (1)

L-Afrika t’Isfel (3) (ZA)


(1)  Il-grupp sanitarju kif indikat fil-kolonna 5 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE. Pajjiżi terzi, territorji jew partijiet tagħhom assenjati lil dak il-grupp sanitarju għandhom jużaw iċ-ċertifikat tas-saħħa bl-istess ittra stipulata fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

(2)  Dan il-Kodiċi proviżorju ma jippreġudika, bl-ebda mod, id-denominazzjoni definittiva għal dan il-pajjiż, li se tkun approvata wara l-konklużjoni tan-negozjati li għaddejjin bħalissa fin-Nazzjonijiet Uniti.

(3)  Parti mill-pajjiż terz jew territorju f’konformità mal-Artikolu 13(2)(a) tad-Direttiva 90/426/KEE kif indikat fil-kolonni 3 u 4 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE.


ANNESS II

L-Annessi I u VII mad-Deċiżjoni 93/195/KEE jiġu emendati kif gej:

1.

L-Anness I jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS I

Il-Grupp Sanitarju A  (1)

L-Isvizzera (CH), il-Groenlandja (GL), l-Islanda (IS)

Il-Grupp Sanitarju B  (1)

L-Awstralja (AU), il-Belarus (BY), il-Kroazja (HR), il-Montenegro (ME), dik li kienet Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (2) (MK), New Zealand (NZ), is-Serbja(RS), ir-Russja (3) (RU), l-Ukrajna (UA)

Il-Grupp Sanitarju C  (1)

Il-Kanada (CA), iċ-Ċina (CN) (3), Ħong Kong (HK), il-Ġappun (JP), ir-Repubblika tal-Korea (KR), il-Makaw (MO), il-Malasja (peninsula) (MY), Singapor (SG), it-Tajlandja (TH), l-Istati Uniti tal-Amerika (US)

Il-Grupp Sanitarju D  (1)

L-Arġentina (AR), il-Barbados (BB), il-Bermuda (BM), il-Bolivja (BO), il-Brażil (3) (BR), iċ-Ċili (CL), il-Kosta Rika (3) (CR), Kuba (CU), il-Ġamajka (JM), il-Messiku (3) (MX), il-Peru (3) (PE), il-Paragwaj (PY), l-Urugwaj (UY)

Il-Grupp Sanitarju E  (1)

L-Emirati Għarab Magħquda (AE), il-Baħrejn (BH), l-Alġerija (DZ), l-Eġittu (3) (EG), l-Iżrael (IL), il-Ġordan (GO), il-Kuwajt (KW), il-Libanu (LB), il-Libja (LY), il-Marokk (MA), l-Oman (OM), il-Qatar (QA), l-Arabja Sawdija (3) (SA), is-Sirja (SY), it-Tuneżija (TN), it-Turkija (3) (TR)

2.

L-Anness VII jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS VII

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

Image

Test ta 'immaġni

(1)  Il-grupp sanitarju kif indikat fil-kolonna 5 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE.

(2)  Dan il-Kodiċi proviżorju ma jippreġudika, bl-ebda mod, id-denominazzjoni definittiva għal dan il-pajjiż, li se tkun approvata wara l-konklużjoni tan-negozjati li għaddejjin bħalissa fin-Nazzjonijiet Uniti.

(3)  Parti mill-pajjiż terz jew territorju f’konformità mal-Artikolu 13(2)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE kif indikat fil-kolonni 3 u 4 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE.


ANNESS III

“ANNESS I

Il-Grupp Sanitarju A  (1)

L-Isvizzera (CH), il-Ġżejjer Falkland (FK), il-Groenlandja (GL), l-Islanda (IS)

Il-Grupp Sanitarju B  (1)

L-Awstralja (AU), il-Belarus (BY), il-Kroazja (HR), il-Kirgiżstan (2)  (3) (KG), il-Montenegro (ME), dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (4) (MK), New Zealand (NZ), is-Serbja (RS), ir-Russja (2) (RU), l-Ukrajna (UA)

Il-Grupp Sanitarju C  (1)

Il-Kanada (CA), iċ-Ċina (2)  (3) (CN), Ħong Kong (3) (HK), il-Ġappun (3) (JP), ir-Repubblika tal-Korea (3) (KR), il-Makaw (3) (MO), il-Malasja (peninsula) (3) (MY), Singapor (3) (SG), it-Tajlandja (3) (TH), l-Istati Uniti tal-Amerika (US)

Il-Grupp Sanitarju D  (1)

L-Arġentina (AR), il-Barbados (3) (BB), il-Bermuda (3) (BM), il-Bolivja (3) (BO), il-Brażil (2) (BR), iċ-Ċili (CL), Kuba (3) (CU), il-Ġamajka (3) (JM), il-Messiku (2) (MX), il-Peru (2)  (3) (PE), il-Paragwaj (PY), l-Urugwaj (UY)

Il-Grupp Sanitarju E  (1)

L-Emirati Għarab Magħquda (3) (AE), il-Baħrejn (3) (BH), l-Alġerija (DZ), l-Eġittu (2)  (3) (EG), l-Iżrael (IL), il-Ġordan (3) (GO), il-Kuwajt (3) (KW), il-Libanu (3) (LB), il-Marokk (MA), il-Mawrizju (3) (MU), l-Oman (3) (OM), il-Qatar (3) (QA), l-Arabja Sawdija (2)  (3) (SA), is-Sirja (3) (SY), it-Tuneżija (TN), it-Turkija (2)  (3) (TR)

Il-Grupp Sanitarju F  (1)

L-Afrika t’Isfel (2)  (3) (ZA)

Il-Grupp Sanitarju G  (1)

Saint Pierre u Miquelon (PM)


(1)  Il-grupp sanitarju kif indikat fil-kolonna 5 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE.

Pajjiżi terzi, territorji jew partijiet tagħhom assenjati lil dak il-grupp sanitarju għandhom jużaw iċ-Ċertifikat tas-Saħħa bl-istess ittra stipulata fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

(2)  Parti mill-pajjiż terz jew territorju f’konformità mal-Artikolu 13(2)(a) tad-Direttiva 90/426/KEE kif indikat fil-kolonni 3 u 4 tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2004/211/KE.

(3)  Żwiemel irreġistrati biss.

(4)  Il-Kodiċi proviżorju ma jippreġudika, bl-ebda mod, id-denominazzjoni definittiva għal dan il-pajjiż, li se tkun approvata wara l-konklużjoni tan-negozjati li għaddejjin bħalissa fin-Nazzjonijiet Uniti.”


ANNESS IV

L-Anness I għad-Deċiżjoni 2004/211/KE huwa emendat kif ġej:

(1)

Ir-ringiela li ġejja tiddaħħal wara d-daħla taċ-Ċili (CL):

“CN

Iċ-Ċina

CN-0

Il-pajjiż kollu

 

 

CN-1

Iż-żona ħielsa mill-marda tal-ekwina fil-Belt ta’ Conghua, il-Muniċipalità ta’ Guangzhou, il-Provinċja ta’ Guangdong inkluż il-passaġġi għall-awtostrada ta’ bijosigurtà mill-ajruport u lejh fi Guangzhou u Ħong Kong (ara l-kaxxa 3 għad-dettalji)

C

X

X

X

—”

 

(2)

Għandha tiżdied il-Kaxxa 3 li ġejja:

“Kaxxa 3:

CN

Iċ-Ċina

CN-1

Iż-żona speċifika ħielsa mill-marda tal-ekwina fil-Provinċja ta’ Guangdong bid-delimitazzjoni li ġejja:

Iż-żona ċentrali

:

is-sit ekwestru fil-Villaġġ ta’ Reshui, Lingkou tal-Belt ta’ Conghua u ż-żona tal-madwar li qiegħda f’radju ta’ ħames km ikkontrollata mit-triq tal-post ta’ kontroll fit-Triq Nazzjonali 105;

Iż-żona ta’ sorveljanza

:

id-diviżjonijiet amministrattivi kollha fil-Belt ta’ Conghua u ż-żona tal-madwar li tkopri erja ta’ 2 009  km2;

Iż-żona ta’ protezzjoni

:

fruntieri ‘l barra mid-diviżjonijiet amministrattivi kontigwi li ġejjin li jdawru ż-żona ta’ sorveljanza:

id-Distrett ta’ Baiyun, id-Distrett ta’ Luogang tal-Belt Conghua,

id-Distrett ta’ Huadu tal-Belt Guangzhou,

il-Belt ta’ Zengcheng,

id-diviżjonijiet amministrattivi fid-Distrett ta’ Qingcheng tal-Belt Qingyuan,

il-Kontea ta’ Yongkang;

il-Kontea ta’ Xinfeng;

il-Kontea Longmen;

Il-bijosigurtà il-passaġġ tal-awtostrada

:

mis-sit ekwestru fiż-żona ċentrali għall-Ajruport Internazzjonali Guangzhou Baiyun mit-Triq Nazzjonali 105, l-Awtostrada Jiebei, it-triq veloċi tal-ajruport, inkluża ż-żona ta’ esklużjoni ekwina ta’ 1 km madwar l-Ajruport Internazzjonali ta’ Baiyun fil-Belt ta’ Guangzhou;

mis-sit ekwestru fiż-żona ċentrali għall-Port Shenzhen Huanggang fil-fruntiera taċ-Ċina ma’ Ħong Kong mit-Triq Nazzjonali 105, l-awtostrada Jiebei, it-triq veloċi taċ-ċirku tat-Tramuntana Nru 2 u l-awtostrada ta’ Guang-Shen maż-żona ta’ esklużjoni ekwina fuq iż-żewġ naħat ta’ dik l-awtostrada ta’ wisa’ ta’ mill-inqas 1 km;

Kwarantina ta’ qabel id-dħul

:

il-faċilitajiet ta’ kwarantina fiż-żona protetta magħżula mill-awtorità kompetenti għall-preparazzjoni ta’ ekwidi minn partijiet oħra taċ-Ċina għad-dħul fiż-żona ħielsa mill-marda tal-ekwina.”