1.5.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 110/31


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-26 ta’ April 2010

li taġġusta l-allowances previsti fid-Deċiżjoni 2003/479/KE u d-Deċiżjoni 2007/829/KE dwar ir-regoli applikabbli għal esperti nazzjonali u persunal militari ssekondati mas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill

(2010/248/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 41(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 240(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 15(7) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/479/KE (1) u l-Artikolu 15(6) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/829/KE (2) jipprevedu li l-allowances ta’ kuljum u ta’ kull xahar għandhom jiġu aġġustati kull sena, mingħajr effett retroattiv fuq il-bażi tal-adattament tas-salarji bażiċi ta’ uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fi Brussell u l-Lussemburgu.

(2)

Fit-23 ta’ Diċembru 2009 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1296/2009 li jaġġusta b’effett mill-1 ta’ Lulju 2009 r-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom (3), li japplika aġġustament ta’ 1,85 %,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Fl-Artikolu 15(1) tad-Deċiżjoni 2003/479/KE u l-Artikolu 15(1) tad-Deċiżjoni 2007/829/KE, l-ammonti EUR 30,75 u EUR 122,97 għandhom jinbidlu b’EUR 31,32 u EUR 125,25 rispettivament.

2.   Fl-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni 2003/479/KE u l-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni 2007/829/KE t-tabella għandha tinbidel b’dan li ġej:

“Distanza bejn il-post ta’ oriġini u l-post tas-sekondament

(f’km)

Ammont f’EUR

0-150

0,00

> 150

80,50

> 300

143,12

> 500

232,59

> 800

375,71

> 1 300

590,40

> 2 000

706,72 ”

3.   Fl-Artikolu 15(4) tad-Deċiżjoni 2003/479/KE l-ammont EUR 30,75 għandu jinbidel b’EUR 31,32.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar wara l-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, is-26 ta’ April 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Á. MORATINOS


(1)  ĠU L 160, 28.6.2003, p. 72.

(2)  ĠU L 327, 13.12.2007, p. 10.

(3)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 10.