|
29.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 107/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-26 ta’ April 2010
li taħtar membru u membru supplenti Awstrijaki fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2010/242/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Awstrijak,
Billi:
|
(1) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/EU u 2010/29/EU li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015 (1). |
|
(2) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Herbert SAUSGRUBER sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni. Post ta’ membru supplenti sar vakanti wara l-ħatra tas-Sur Markus WALLNER bħala membru tal-Kumitat tar-Reġjuni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:
|
(a) |
bħala membru:
u |
|
(b) |
bħala membru supplenti:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu is-26 ta’ April 2010.
Ghall-Kunsill
Il-President
M. Á. MORATINOS
(1) ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22 u ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.