|
22.4.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 100/10 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tad-19 ta’ April 2010
dwar iċ-ċaħda ta’ lista ta’ applikazzjonijiet għad-dħul fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 2385)
(it-test bil-Ġermaniż biss huwa awtentiku)
(2010/225/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta’ Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fl-1994, il-Ġermanja nnotifikat lill-Kummissjoni dwar għadd kbir ta’ applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni li jikkonċernaw l-ilmijiet minerali, li minnhom 108 għadhom pendenti, skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 (2), |
|
(2) |
Fil-każ tal-31 isem elenkati fl-Anness I għal din id-Deċiżjoni, l-isem propost għar-reġistrazzjoni mhuwiex inkluż fil-lista tal-ilmijiet minerali naturali rikonoxxuti mill-Istati Membri (3), skont l-Artikolu 1 tad-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali (4). Minħabba f’dan, dawn l-ismijiet ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala rikonoxxuti fis-suq intern bħala ilmijiet minerali li jistgħu jitqiegħdu fis-suq u għalhekk ma għandhomx jiġu rreġistrati. |
|
(3) |
Fil-każ tas-7 ismijiet elenkati fl-Anness II għal din id-Deċiżjoni, ingħata biss l-isem u l-ebda tagħrif ieħor, u b’hekk il-Kummissjoni ma setgħetx tagħmel il-kontrolli tagħha skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 sabiex tivvaluta jekk dawn l-ismijiet jissodisfawx il-kondizzjonijiet għar-reġistrazzjoni. Għalhekk, dawn l-ismijiet ma għandhomx jiġu rreġistrati. |
|
(4) |
Fil-każ tas-70 isem inklużi fl-Anness III għal din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni talbet lill-awtoritajiet Ġermaniżi, b’ittra datata l-20 ta’ Lulju 2004, biex jagħtu tagħrif addizzjonali, b’mod partikolari dettalji dwar il-korpi tal-kontroll, il-ħerqa tal-produtturi biex ikopru l-ispejjeż tal-ispezzjoni u l-istrutturi li jiggarantixxu t-tqegħid fis-suq tal-ilma taħt isem uniku. Fil-15 ta’ Mejju 2006 u għal darb’oħra fit-22 ta’ Mejju 2007 il-Kummissjoni Ewropea talbet lill-awtoritajiet Ġermaniżi biex jew iwieġbu l-ittra datata l-20 ta’ Lulju 2004 jew jirtiraw l-applikazzjonijiet pendenti, u infurmawhom ukoll li jekk ma jsirx dan, il-Kummissjoni Ewropea se tikkunsidra tiċħad dawn l-applikazzjonijiet. Minħabba li ma ingħatax tagħrif addizzjonali, dawn l-ismijiet ma għandhomx jiġu rreġistrati. |
|
(5) |
Fid-dawl tat-tagħrif ta’ hawn fuq, l-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjonijiet elenkati fl-Annessi għal din id-Deċiżjoni għandhom jiġu miċħuda. |
|
(6) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Indikazzjonijiet Ġeografiċi Protetti u d-Denominazzjonijiet Protetti tal-Oriġini, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni tad-denominazzjonijiet elenkati fl-Annessi għal din id-Deċiżjoni huma miċħuda.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ April 2010.
Għall-Kummissjoni
Dacian CIOLOŞ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
ANNESS I
Ilmijiet minerali naturali u ilmijiet tal-għejun
IL-ĠERMANJA
|
|
Bad Kissinger Theresienquelle |
|
|
Bad Liebenwerda Stille Urquelle |
|
|
Bad Rappenauer Mineralquelle |
|
|
Bad Vilbeler Elisabethen Stille Quelle |
|
|
Deutschlandsprudel |
|
|
Elfen-Quelle Dortelweil |
|
|
Geotaler |
|
|
Gold der Oberpfalz |
|
|
Hessen-Quelle |
|
|
Hessen-Quelle Stilles Mineralwasser Bad Vilbel |
|
|
Hochwald Stille Quelle |
|
|
Ileburger Schlossbrunnen |
|
|
Köllertaler Sprudel, Köllertaler Still (Alexander-Quelle) |
|
|
Kondrauer Mineralsprudel Heilwasser Prinz-Ludwig-Quelle |
|
|
Mariahilfberger |
|
|
Mühlenquelle Löhne |
|
|
Osning-Quelle Bielefeld-Brackwede |
|
|
Peterstaler Mineralquelle |
|
|
Reinbecker Schlossquelle |
|
|
Rippoldsauer Mineralwasser |
|
|
Romina-Medium Rommelsbach |
|
|
Romina-Stilles Rommelsbach |
|
|
Rommelsbacher Silberbrunnen |
|
|
Rosbacher Brunnen |
|
|
Rosbacher Diana Quelle |
|
|
Silberquelle Höxter-Bruchhausen |
|
|
Taunusquelle |
|
|
Tönissteiner Römerfüllung |
|
|
Urstein-Quelle Riesa a.d. Elbe |
|
|
Walsumer Quelle |
|
|
Wiesentaler Stilles Mineralwasser |
ANNESS II
Ilmijiet minerali naturali u ilmijiet tal-għejun
IL-ĠERMANJA
|
|
Dauner Still |
|
|
Falkenbergquelle |
|
|
Rosbacher Urquelle |
|
|
Stiftsquelle Essen |
|
|
Kondrauer Stilles Mineralwasser Antonien-Quelle |
|
|
Kondrauer Mineral-Sprudel Gerwig-Quelle |
|
|
Urstein Quelle Bad Windsheim CASCADA |
ANNESS III
Ilmijiet minerali naturali u ilmijiet tal-għejun
IL-ĠERMANJA
|
|
Arienheller |
|
|
Bad Liebenwerdaer |
|
|
Bad Nieratz-Quelle |
|
|
Bad Vilbeler Hermanns Quelle |
|
|
Bad Vilbeler Urquelle |
|
|
Breisgauer Mineralwasser |
|
|
Buchhorn Quelle |
|
|
Diemeltaler Quelle |
|
|
Dietenbronner Lazarus-Quelle |
|
|
Dunaris, Heilwasser aus der Dunaris-Quelle |
|
|
Eifel-Quelle |
|
|
Emsland-Quelle |
|
|
Emstaler Brunnen |
|
|
Extaler-Mineralquell |
|
|
Eyachtal-Quellen |
|
|
Freyersbacher Mineralwasser |
|
|
Fuldataler Mineralbrunnen |
|
|
Fürstenfelder Prinzenquelle |
|
|
Gänsefurther Schlossquelle |
|
|
Germeta-Quelle |
|
|
Griesbacher Mineralquelle |
|
|
Harzer Berg-Brunnen |
|
|
Harzer Grauhof Brunnen |
|
|
Harzer Kristall Brunnen |
|
|
Harzer Viktoria Brunnen |
|
|
Harzer Weinbrunnen |
|
|
Hochwald-Sprudel |
|
|
Knetzgauer Steigerwald Naturbrunnen |
|
|
Kondrauer Mineralsprudel Bayern-Quelle |
|
|
Labertaler Sebastiani-Brunnen |
|
|
Labertaler Stephanie Brunnen |
|
|
Lauchstädter Heilbrunnen |
|
|
Lesumer Urquelle |
|
|
Lüttertaler Mineralbrunnen |
|
|
Markgrafen Quelle |
|
|
Markgräfler Mineralwasser |
|
|
Märkisch Kristall vormals Private Quelle Grüneberg II |
|
|
Neuselters Mineralquelle |
|
|
Oberharzer Brunnen |
|
|
Oberselters Mineralbrunnen |
|
|
Okertaler Mineralbrunnen |
|
|
Peterstaler Mineralquelle |
|
|
Pfälzer Silberbrunnen |
|
|
Q3 Mineralquelle |
|
|
Rangau-Quelle |
|
|
Rheinfels Quelle |
|
|
Rheinfels Urquell |
|
|
Rhönsprudel |
|
|
Rippoldsauer Mineralquelle |
|
|
Rohrauer Friedrichsquelle |
|
|
Roisdorfer Mineralwasser |
|
|
Salinger Bronnen |
|
|
Schildetaler Mineralquell (Schildetaler Dodow) |
|
|
Schillerbrunnen Bad Lauchstädt |
|
|
Schwarzwald Quirliquelle |
|
|
Schwarzwald-Sprudel |
|
|
Sodenthaler Mineralbrunnen |
|
|
St. Medardus Quelle |
|
|
Staatlich Fachingen |
|
|
Steigerwald-Mineralbrunnen |
|
|
Stralsunder |
|
|
Tönissteiner Sprudel |
|
|
Ulmtal-Quelle |
|
|
Vilsa-Brunnen |
|
|
Vinsebecker Säuerling |
|
|
Wald-Quelle Kirkel |
|
|
Westfalenborn |
|
|
Wiesentaler Mineralwasser |
|
|
Wittmannsthal-Quelle |
|
|
Zwestener Löwensprudel |