17.4.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 97/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-16 ta’ April 2010

li temenda d-Deċiżjoni 2006/415/KE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward ta’ tifqigħa tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja ħafna tas-subtip H5N1 fit-tjur tal-irziezet fir-Rumanija

(notifikata bid-dokument numru C(2010) 2348)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2010/218/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar, veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Kommunitarju ta’ ċertu annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħtiġijiet rigward is-saħħa tal-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali tal-pets u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE (3), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 18 tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza tat-tjur u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 63(3) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni fir-rigward tal-influwenza avjarja tas-sottotip H5N1 ta’ patoġeniċità għolja ħafna fit-tjur tal-Komunità (5) tistipula ċerti miżuri ta’ protezzjoni biex ikunu applikati sabiex tkun evitata l-firxa ta’ dik il-marda, fosthom it-twaqqif ta’ żoni A u B wara tifqigħa suspettata jew konfermata tal-marda. Dawn iż-żoni huma elenkati fit-tabella stipulata fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni.

(2)

Wara inċidenza kkonfermata ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja ħafna tas-subtip H5N1 fir-Rumanija, dak l-Istat Membru ħa miżuri ta’ protezzjoni skont id-Deċiżjoni 2006/415/KE, inkluż it-twaqqif ta’ żoni A u B, kif previst fl-Artikolu 4 ta’ dik id-Deċiżjoni.

(3)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/158/UE tas-16 ta’ Marzu 2010 dwar ċerti miżuri protettivi interim fir-rigward ta’ influwenza tat-tjur ta’ patoġeniċità għolja tas-sottotip H5N1 fit-tjur fir-Rumanija (6) ġiet adottata wara tifqigħa ta’ dik il-marda fir-Rumanija. Dik id-Deċiżjoni tiddefinixxi ż-żoni li għandhom japplikaw fihom il-miżuri ta’ protezzjoni previsti fid-Deċiżjoni 2006/415/KE u l-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dawk il-miżuri.

(4)

Dawk il-miżuri interim ta’ protezzjoni issa ġew riveduti fi ħdan il-qafas tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.

(5)

Mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2010/158/UE ġiet ikkonfermata tifqigħa oħra f’żona diġà soġġetta għall-miżuri interim ta’ protezzjoni tagħha. Għaldaqstant, hu xieraq li din it-tifqigħa ġdida titqies fid-definizzjoni tad-daqs taż-Żona A u tal-perjodu ta’ applikazzjoni tal-miżuri ta’ protezzjoni li issa għandhom jiġu kkonfermati.

(6)

Għalhekk l-Anness tad-Deċiżjoni 2006/415/KE għandu jiġi emendat skont dan.

(7)

Fl-interess taċ-ċarezza tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, id-Deċiżjoni 2010/158/UE għandha tiġi revokata b’mod espliċitu.

(8)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness tad-Deċiżjoni 2006/415/KE jinbidel bit-test fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni 2010/158/UE hija revokata.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ April 2010.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU, L 395, 30.12.1989, p. 13.

(2)   ĠU, L 224, 18.8.1990, p. 29.

(3)   ĠU, L 146, 13.6.2003, p. 1.

(4)   ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16.

(5)   ĠU, L 164, 16.6.2006, p. 51.

(6)   ĠU L 67, 17.3.2010, p. 10.


ANNESS

“ANNESS

PARTI A

Iż-Żona A kif stabbilita skont l-Artikolu 4(2):

Kodiċi tal-Pajjiż ISO

Stat Membru

Żona A

Data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 4(4) (b)(iii)

Kodiċi

(jekk disponibbli)

Isem

RO

Ir-Rumanija

00038

Żona li tinkludi:

17.4.2010

Żona ta’ protezzjoni:

Letea

Żona ta’ sorveljanza:

C.A. Rosetti

Sfiștofca

Cardon

RO

Ir-Rumanija

00038

Żona ta’ protezzjoni:

Plauru

27.4.2010

PARTI B

Iż-Żona B kif stabbilita skont l-Artikolu 4(2):

Kodiċi tal-Pajjiż ISO

Stat Membru

Żona B

Data sa meta applikabbli skont l-Artikolu 4(4) (b)(iii)

Kodiċi

(jekk disponibbli)

Isem

RO

Ir-Rumanija

00038

Iż-Żoni tal-Kontea ta’ Tulcea minbarra dawk elenkati fil-Parti A.

27.4.2010”