|
30.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 83/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ ATALANTA/1/2010
tal-5 ta’ Marzu 2010
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/2/2009 dwar l-aċċettazzjoni ta’ kontributi ta’ Stati terzi għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/3/2009 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta’ Kontributuri għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)
(2010/184/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/2/2009 (2) u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/3/2009 (3), u l-addendum magħha (4),
Billi:
|
(1) |
Fis-16 ta’ Diċembru 2008 l-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE żamm Konferenza dwar il-Ħolqien ta’ Forza. |
|
(2) |
Wara l-offerta mill-Ukraina li tikkontribwixxi għall-operazzjoni Atalanta, ir-rakkomandazzjoni mill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u l-parir mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea, il-kontribut mill-Ukraina għandu jiġi aċċettat. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta’ difiża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Atalanta/2/2009 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 1
Kontribuzzjonijiet ta’ Stati Terzi
Wara l-Konferenzi dwar il-Ħolqien u l-Forniment ta’ Forzi, il-kontributi tan-Norveġja, il-Kroazja, il-Montenegro u l-Ukraina għandhom jiġu aċċettati għall-operazzjoni militari tal-UE bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)”.
Artikolu 2
L-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Atalanta/3/2009 huwa sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
C. FERNÁNDEZ-ARIAS
(1) ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.
ANNESS
“ANNESS
LISTA TA’ STATI TERZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(1)
|
— |
Norveġja |
|
— |
Kroazja |
|
— |
Montenegro |
|
— |
Ukraina”. |