|
19.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 69/16 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-8 ta’ Marzu 2010
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/22/KE li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perjodu mill-2008 sal-2013 bħala parti mill-programm Ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni” rigward is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-Istati Membri, ir-regoli għall-ġestjoni amministrattiva u finanzjarja u l-eliġibbiltà tan-nefqa fuq il-proġetti kofinanzjati mill-Fond
(notifikata bid-dokument numru C(2010) 1210)
(It-testi bil-Bulgaru, biċ-Ċek, bl-Estonjan, bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg, bl-Ingliż, bl-Ispanjol, bl-Isvediż, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bit-Taljan u bl-Ungeriż biss huma awtentiċi)
(2010/163/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Mejju 2007 li tistabbilixxi l-Fond Ewropew għar-Refuġjati għall-perjodu mill-2008 sal-2013 bħala parti mill-programm Ġenerali “Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi Migratorji”, u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/904/KE (1), u partikolarment l-Artikolu 23 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni Nru 573/2007/KE kif l-aħħar implimentata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/22/KE (2). |
|
(2) |
Fir-rigward tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni finanzjarja soda, huwa xieraq li jiġi stabbilit limitu għat-total kumulattiv ta’ pagamenti minn qabel il-finanzjament li għandhom jingħataw lill-Istati Membri għal programmi annwali. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, ir-Renju Unit huwa marbut bl-att bażiku u, konsegwentement, b’din id-Deċiżjoni. |
|
(4) |
Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Irlanda hija marbuta bl-att bażiku u, konsegwentement, b’din id-Deċiżjoni. |
|
(5) |
Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix marbuta b’din id-Deċiżjoni u lanqas m’hija suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni 2008/22/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2008/22/KE hija emendata kif ġej:
|
1. |
It-titolu tal-Artikolu 24 jinbidel b’dan li ġej: “Progress u rapporti finali dwar l-implimentazzjoni tal-programmi annwali u talbiet għal pagamenti” |
|
2. |
Fl-Artikolu 24 jiżdied il-paragrafu 4 li ġej: “4. B’referenza għall-Artikolu 39(3) u (4) tal-att bażiku, it-total kumulattiv tal-pagamenti ta’ qabel il-finanzjament li jsir lil Stat Membru m’għandux jeċċedi 90 % tal-ammont totali allokat lil tali Stat Membru dan fid-deċiżjoni finanzjarja li tapprova l-programm annwali. Fejn Stat Membru impenja ruħu fuq livell nazzjonali għal anqas mill-ammont totali allokat mid-deċiżjoni finanzjarja li tapprova l-programm annwali, it-total kumulattiv tal-pagamenti ta’ qabel il-finanzjament m’għandux jeċċedi 90 % tal-ammont li ġie impenjat fuq livell nazzjonali.” |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika tal-Bulgarija, lir-Repubblika Ċeka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika tal-Estonja, lill-Irlanda, lir-Repubblika Ellenika, lir-Renju ta’ Spanja, lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Repubblika ta’ Ċipru, lir-Repubblika tal-Latvja, lir-Repubblika tal-Litwanja, lill-Gran-Dukat tal-Lussemburgu, lir-Repubblika tal-Ungerija, lir-Repubblika ta’ Malta, lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, lir-Repubblika tal-Awstrija, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Repubblika Portugiża, lir-Rumanija, lir-Repubblika tas-Slovenja, lir-Repubblika Slovakka, lir-Repubblika tal-Finlandja, lir-Renju tal-Isvezja, lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni
Cecilia MALMSTRÖM
Membru tal-Kummissjoni