22.1.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 16/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta' Jannar 2010

li taħtar żewġ membri tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

2010/C 16/03

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH) u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 79 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 79 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 jipprevedi li l-Kunsill għandu jaħtar bħala Membri tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru.

(2)

Bid-Deċiżjoni tas-7 ta' Ġunju 2007 (2) l-Kunsill ħatar 27 membru tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi.

(3)

Bid-Deċiżjoni tal-15 ta' Novembru 2007 (3) l-Kunsill, fuq it-talba tal-Gvern Belġjan, issostitwixxa r-rappreżentant Belġjan fil-Bord ta' Tmexxija.

(4)

Il-Gvern Belġjan informa lill-Kunsill bil-ħsieb tiegħu li jissostitwixxi lir-rappreżentant Belġjan fil-Bord ta' Tmexxija u ppreżenta nomina għal rappreżentant ġdid, li għandu jinħatar għal perijodu li jintemm fil-31 ta' Mejju 2011.

(5)

Il-Gvern tar-Renju Unit informa lill-Kunsill bil-ħsieb tiegħu li jissostitwixxi lir-rappreżentant tar-Renju Unit fil-Bord ta' Tmexxija u ppreżenta nomina għal rappreżentant ġdid, li għandu jinħatar għal perijodu li jintemm fil-31 ta' Mejju 2011,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Helmut DE VOS ta' nazzjonalità Belġjana, imwieled fil-25 ta' Frar 1978, għandu jinħatar membru tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi flok is-Sur Marc LEEMANS għall-perijodu minn fil-23 ta' Jannar 2010 sal-31 ta' Mejju 2011.

Artikolu 2

Is-Sur Arwyn DAVIES ta' nazzjonalità Brittanika, imwieled fis-17 ta' Jannar 1957, għandu jinħatar membru tal-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi flok is-Sur John vROBERTS għall-perijodu mit-23 ta' Jannar 2010 sal-31 ta' Mejju 2011.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'll-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Jannar 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

E. ESPINOSA


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1. Verżjoni korretta fil-ĠU L 136, 29.5.2007, p. 3.

(2)  ĠU C 134, 16.6.2007, p. 6.

(3)  ĠU C 280, 23.11.2007, p. 2.